<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-129/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0129</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:248">EU:C:2019:248</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20190326">26.3.2019</DATE> – Kawża C‑129/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">MS (Wild imqiegħed taħt kafala Alġerina)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20190326">26 ta’ Marzu 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu u li jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/38/KE</KEYWORD><KEYWORD>Membri tal-familja taċ-ċittadin tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(2)(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Wild taħt tutela legali permanenti skont is-sistema tal-kafala (għoti ta’ kura) Alġerina</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(2)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Membri oħra tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7 u Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Ħajja tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>L-aħjar interessi tal-wild</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑129/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180214">14 ta’ Frar 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20180219">19 ta’ Frar 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">SM</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Entry Clearance Officer, UK Visa Sezzjoni,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Coram Children’s Legal Centre (CCLC),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">AIRE Centre,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta, Viċi President, A. Arabadjiev, A. Prechal, M. Vilaras u K. Jürimäe (Relatur), Presidenti ta’ Awla, A. Rosas, E. Juhász, M. Ilešič, D. Šváby, C. G. Fernlund, N. Piçarra u L. S. Rossi, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20181204">4 ta’ Diċembru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal MS, minn T. Muman u R. de Mello, barristers, kif ukoll minn L. Tang, solicitor,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għal Coram Children’s Legal Centre (CCLC), minn M. S. Gill, QC, kif ukoll minn N. Acharya u S. Freeman, solicitors,</P></ITEM><ITEM><P>għal AIRE Centre, minn A. O’Neill, QC, D. Chirico u C. Robinson, barristers, A. Lidbetter, M. Evans, L. Nassif, C. Hall, C. Iacono, A. Thornton, M. Papadouli u A. Tidona, solicitors, L. Van den Hende, advocaat, kif ukoll minn N. Mole, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn F. Shibli u R. Fadoju, bħala aġenti, assistiti minn B. Kennelly, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn M. Jacobs u L. Van den Broeck, bħala aġenti, assistiti minn E. Derriks, avocate,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u R. Kanitz, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn J. M. Hoogveld kif ukoll minn M. K. Bulterman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Montaguti kif ukoll minn M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20190226">26 ta’ Frar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2)(ċ) kif ukoll tal-Artikoli 27 u 35 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn SM, ċittadina Alġerina, u l-Entry Clearance Officer, UK Visa Section (l-aġent inkarigat milli jeżamina talbiet għal permess ta’ dħul, taqsima tal-viżi, ir-Renju Unit) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>aġent kompetenti fil-qasam ta’ permessi ta’ dħul<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jagħti lil SM permess ta’ dħul fit-territorju tar-Renju Unit bħala wild adottat ta’ ċittadin taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1993</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tat-Tfal u l-Kooperazzjoni rigward l-Adozzjoni bejn il-Pajjiżi, konkluża f’Den Haag fid-<DATE ISO="19930529">29 ta’ Mejju 1993</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1993<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), ġiet irratifikata jew ġiet aderita mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(a) u (b) tagħha, din il-konvenzjoni għandha l-għan, b’mod partikolari, li tistabbilixxi garanziji sabiex l-adozzjonijiet internazzjonali jseħħu fl-aħjar interessi tal-wild u fl-osservanza tad-drittijiet fundamentali li huma rrikonoxxuti lilhom fid-dritt internazzjonali kif ukoll li tiġi stabbilita sistema ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati kontraenti sabiex tiġi żgurata l-osservanza ta’ dawn il-garanziji u l-prevenzjoni tal-ħtif, tal-bejgħ jew tat-traffikar tat-tfal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(2) tagħha, l-imsemmija konvenzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>tikkonċerna biss l-adozzjonijiet stabbiliti permezz ta’ rabta ta’ filjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1996</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni dwar il-Ġurisdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, ir-Rikonoxximent, l-Infurzar u l-Kooperazzjoni fir-Rigward tar-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal, konkluża f’Den Haag fid-<DATE ISO="19961019">19 ta’ Ottubru 1996</DATE> (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1996) ġiet irratifikata jew ġiet aderita mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Din il-konvenzjoni tipprovdi regoli intiżi sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tat-tfal f’sitwazzjonijiet ta’ natura internazzjonali u sabiex jiġu evitati kunflitti bejn is-sistemi legali tal-Istati firmatarji dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar tal-miżuri ta’ protezzjoni tat-tfal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(e) ta’ din il-konvenzjoni, il-miżuri ta’ protezzjoni tat-tfal jistgħu b’mod partikolari jikkonċernaw it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[t]-tqegħid tat-tifel ġo familja foster jew f’kura istituzzjonjonali, jew l-proviżjoni ta’ kura minn <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>kafala<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> jew istituzzjoni simili<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(b) ta’ din l-istess konvenzjoni jeskludi mill-qasam tagħha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>deċiżjonijiet fuq l-adozzjoni, miżuri preparatorji għall-adozzjoni, jew l-annullament jew revoka ta’ adozzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1996 jipprovdi l-proċedura li għandha tiġi segwita, kemm fl-Istat ta’ oriġini kif ukoll fl-Istat ospitanti ta’ wild, għall-finijiet ta’ tqegħid f’kustodja internazzjonali tiegħu, inkluż fil-każ ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>proviżjoni ta’ kura minn <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>kafala<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-premessi 5, 6 u 31 tad-Direttiva 2004/38 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>(5)</NO.P><TXT>Id-dritt taċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni li jiċċaqalu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri għandu, jekk se jiġi eżerċitat taħt il-kondizzjonijiet objettivi tal-libertà u d-dinjità, jingħata wkoll lill-membri tal-familja tagħhom, irrispettivament miċ-ċittadinanza. […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Sabiex tinżamm l-unità tal-familja fis-sens l-aktar wiesgħa u mingħajr diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza, is-sitwazzjoni ta’ dawk il-persuni li mhumiex inklużi fid-definizzjoni ta’ membri ta’ familja taħt din id-Direttiva, u li għalhekk ma jgawdux minn dritt awtomatiku ta’ dħul u ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti, għandha tiġi eżaminata mill-Istat Membru ospitanti skond il-bażi tal-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, sabiex jiddeċiedi jekk id-dħul u r-residenza għandhomx jiġu awtorizzati lil dawn il-persuni, waqt li titqies ir-relazzjoni tagħhom maċ-ċittadin ta’ l-Unjoni jew kwalunkwe ċirkostanzi oħrajn, bħad-dipendenza finanzjarja jew fiżika fuq iċ-ċittadin ta’ l-Unjoni.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(31)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fondamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta’ l-Unjoni Ewropea […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, fil-paragrafu 2(ċ) tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser:</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>id-dixxendenti diretti li għandhom inqas minn 21 sena jew li huma dipendenti u dawk tar-raġel jew tal-mara jew tas-sieħeb/sieħba kif imfissra fil-punt (b)<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Benefiċjarji<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni li jiċċaqilqu jew li jgħixu fi Stat Membru għajr iċ-ċittadini ta’ l-istess Stat Membru [dak li għandhom in-nazzjonalità tiegħu], u għall-membri tal-familja tagħhom kif imfissra fil-punt 2 ta’ l-Artikolu 2 li jakkumpanjawhom jew li jingħaqdu magħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt ta’ moviment liberu u residenza li l-persuni kkonċernati jista’ jkollhom, l-Istat Membru ospitanti, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, għandu jiffaċilita d-dħul u r-residenza tal-persuni li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>kwalunkwe membri oħrajn tal-familja, irrispettivament miċ-ċittadinanza, li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni tal-punt 2 ta’ l-Artikolu 2 li, fil-pajjiż li ġejjin minnu huma dipendenti jew membri tad-dar taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni li għandu d-dritt primarju ta’ residenza, jew meta raġunijiet serji ta’ saħħa strettament jeħtieġu l-kura personali tal-membru tal-familja miċ-ċittadin ta’ l-Unjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>L-Istat Membru ospitanti għandu jaffettwa eżami estensiv taċ-ċirkostanzi personali u għandu jiġġustifika kwalunkwe tiċħid ta’ dħul jew ta’ residenza lil dawn in-nies.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) tal-istess direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Id-dritt ta’ residenza previst fil-paragrafu 1 għandu jkun estiż għall-membri tal-familja li mhumiex ċittadini ta’ Stat Membru, li jakkumpanjaw jew li jingħaqdu maċ-ċittadin ta’ l-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti, sakemm dan iċ-ċittadin ta’ l-Unjoni jissoddisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 (a), (b) jew (ċ).<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tad-Direttiva 2004/38 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali relatati mal-limitazzjoni tad-dritt ta’ dħul u tad-dritt ta’ residenza għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika jew ta’ saħħa pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 35 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Abbuż tad-drittijiet<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-miżuri neċessarji biex jirrifjutaw, itemmu jew jirrevokaw kwalunkwe dritt mogħti b’din id-Direttiva f’każ ta’ abbuż jew frodi, bħal żwiġijiet ta’ konvenjenza. Kwalunkwe miżura bħal din għandha tkun proporzjonata u bla ħsara għall-garanziji proċedurali previsti fl-Artikoli 30 u 31.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regoli dwar l-Immigrazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Immigration (European Economic Area) Regulations 2006 (ir-Regolament tal-2006 dwar l-Immigrazzjoni (Żona Ekonomika Ewropea)), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Regolament tal-2006<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), ittraspona d-Direttiva 2004/38 fid-dritt tar-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-2006 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-paragrafu (2), għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, il-persuni segwenti għandhom jitqiesu bħala membri tal-familja ta’ persuna oħra:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>id-dixxendenti diretti tagħha u dawk tal-konjuġi tagħha jew tas-sieħeb ċivili tagħha li:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>ikollhom inqas minn wieħed u għoxrin; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>ikunu dipendenti fuqha jew dipendenti fuq il-konjuġi tagħha, jew fuq is-sieħeb ċivili tagħha […]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-2006 jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>membri tal-familja estiża<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tar-regolament preżenti, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>membru tal-familja estiża<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> jfisser kull persuna li ma tkunx membru tal-familja ta’ ċittadin taż-ŻEE skont l-Artikolu 7(1)(a), (b), jew (c) u li tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fil-paragrafi (2), (3), (4) jew (5).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Persuna tissodisfa l-kundizzjoni prevista f’dan il-paragrafu jekk tkun ġenitur ta’ ċittadin taż-ŻEE, tal-konjuġi tiegħu, jew tas-sieħba ċivili tiegħu u:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk tirrisjedi fi [pajjiż ieħor barra r-Renju Unit] fejn jirrisjedi wkoll iċ-ċittadin taż-ŻEE u jekk din tkun dipendenti fuqu jew tgħix f’daru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jekk din kienet tissodisfa l-kundizzjoni prevista fil-punt (a) u takkumpanja ċ-ċittadin taż-ŻEE fir-Renju Unit jew tixtieq tingħaqad miegħu; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>jekk din kienet tissodisfa l-kundizzjoni prevista fil-punt (a), ingħaqdet maċ-ċittadin taż-ŻEE fir-Renju Unit u tibqa’ tkun dipendenti fuqu jew tgħix f’daru.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ċittadin ikkonċernat taż-ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> ifisser, fir-rigward ta’ membru tal-familja estiża, iċ-ċittadin taż-ŻEE li jkun, jew li l-konjuġi jew sieħba ċivili tiegħu hija l-ġenitur tal-membru tal-familja estiża għall-finijiet tal-paragrafi (2), (3), jew (4), jew iċ-ċittadin taż-ŻEE li jkun is-sieħeb tal-membru tal-familja estiża għall-finijiet tal-paragrafu 5.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-2006, l-aġent kompetenti fil-qasam ta’ permessi ta’ dħul għandu joħroġ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>permess tal-familja ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, meta jiġu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet. Skont l-Artikolu 12(2) ta’ dan ir-regolament, dan l-istess aġent jista’ joħroġ tali permess lil <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>membru tal-familja estiża<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jekk ċerti kundizzjonijiet jiġu ssodisfatti, jew, fi kwalunkwe każ, jekk jidhirlu li huwa xieraq li jinħareġ tali permess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-regoli fil-qasam tal-adozzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont it-Taqsima 83 tal-Adoption and Children Act 2002 (il-Liġi tal-2002 dwar l-Adozzjoni u t-Tfal), huwa punibbli, ħlief jekk l-Adoption with a Foreign Element Regulations 2005 (ir-Regolament tal-2005 dwar l-Adozzjoni li Tinkludi Element Barrani) ikun ġie osservat, il-fatt li jiddaħħal wild fir-Renju Unit, fid-dawl tal-adozzjoni tiegħu f’dan il-pajjiż, u l-fatt li jiddaħħal wild li kien diġà ġie suġġett għal adozzjoni f’pajjiż ieħor. Dan ir-regolament jeħtieġ, b’mod partikolari, li aġenzija ta’ adozzjoni tar-Renju Unit tevalwa l-kapaċità tal-persuni sabiex jadottaw. Dan ir-rekwiżit ma japplikax, madankollu, għall-adozzjonijiet li jaqgħu taħt il-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1993, implimentata fid-dritt tar-Renju Unit permezz tal-Adozzjoni (Intercountry Aspects) Act 1999 (il-Liġi tal-1999 dwar l-Adozzjoni (Aspetti Internazzjonali)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>It-Taqsima 66(1) tal-Liġi tal-2002 dwar l-Adozzjoni u t-Tfal telenka l-lista tal-adozzjonijiet irrikonoxxuti mid-dritt tal-Ingilterra u Wales bħala li tagħti lill-wild il-kwalità ta’wild adottat. Il-kafala (għoti ta’ kura) ma hijiex inkluża f’din il-lista.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Is-Sur M. u s-Sinjura M. huma żewġ ċittadini Franċiżi li żżewġu fir-Renju Unit fl-2001. Huma żaru l-Alġerija, matul is-sena 2009, sabiex, fil-kuntest tas-sistema Alġerina tal-kafala, il-kapaċità tagħhom sabiex isiru tuturi ta’ wild tiġi evalwata. Fi tmiem din l-evalwazzjoni, dawn tqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>adattati<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> li jżommu għandhom wild taħt din is-sistema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>SM, imwielda fl-Alġerija fis-<DATE ISO="20100627">27 ta’ Ġunju 2010</DATE>, ġiet abbandunata mill-ġenituri bijoloġiċi tagħha sa mit-twelid tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-konjuġi M. talbu sabiex isiru t-tuturi ta’ SM konformement mas-sistema Alġerina tal-kafala.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Wara din it-talba, inbeda terminu ta’ stennija ta’ tliet xhur, li matulu l-ġenituri bijoloġiċi ta’ SM setgħu jibdlu d-deċiżjoni ta’ abbandun tagħhom, ħaġa li ma għamlux.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>B’att tal-President tat-tribunal de Boufarik (il-Qorti ta’ Boufarik, l-Alġerija), tat-<DATE ISO="20110322">22 ta’ Marzu 2011</DATE>, MS tqiegħdet taħt it-tutela tal-konjuġi M., li lilhom ġie ddelegat l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri skont id-dritt Alġerin. Skont dan l-att, il-konjuġi M. impenjaw ruħhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>li jagħtu edukazzjoni Iżlamika lill-wild […], li jżommuha fis-saħħa fiżika u morali tajba, billi jissodisfaw il-bżonnijiet tagħha, billi jieħdu ħsieb l-istruzzjoni tagħha, billi jitrattawha bl-istess mod bħallikieku jagħmlu ġenituri bijoloġiċi, li jipproteġuha, li jiddefenduha quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji u li jieħdu r-responsabbiltà ċivili ta’ atti dannużi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Dan l-att jawtorizza lill-konjuġi M. li jiksbu allowances tal-familja, sussidji u kumpensi, li jiffirmaw kull dokument amministrattiv u tal-ivvjaġġar kif ukoll li jivvjaġġaw ma’ SM barra l-Alġerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-tribunal de Tizi Ouzou (il-Qorti ta’ Tizi Ouzou, l-Alġerija) tat-<DATE ISO="20110503">3 ta’ Mejju 2011</DATE>, il-kunjom ta’ SM, kif kien imniżżel fiċ-ċertifikat tat-twelid tagħha, ġie emendat sabiex isir dak tal-konjuġi M.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’Ottubru 2011, is-Sur M. irritorna fir-Renju Unit, fejn igawdi minn dritt ta’ residenza permanenti, għal raġunijiet professjonali. Fir-rigward tas-Sinjura M., hija baqgħet l-Alġerija ma’ SM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’Mejju 2012, SM ippreżentat applikazzjoni għal permess ta’ dħul fir-Renju Unit bħala wild adottat ta’ ċittadin taż-ŻEE. L-applikazzjoni tagħha ġiet miċħuda mill-aġent kompetenti fil-qasam ta’ permessi ta’ dħul minħabba li t-tutela taħt is-sistema tal-kafala Alġerina ma kinitx irrikonoxxuta bħala adozzjoni fis-sens tad-dritt tar-Renju Unit u li l-ebda applikazzjoni għal adozzjoni internazzjonali ma kienet ġiet ifformulata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>SM ippreżentat rikors quddiem il-First-tier Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) (il-Qorti tal-Ewwel Istanza (Awla tal-Immigrazzjoni u tal-Ażil), ir-Renju Unit), Dan ir-rikors ġie miċħud b’sentenza tas-<DATE ISO="20131007">7 ta’ Ottubru 2013</DATE>. Skont din il-qorti, SM ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet sabiex titqies bħala wild adottat skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fil-qasam tal-immigrazzjoni jew bħala membru tal-familja, membru tal-familja estiża jew bħala wild adottat minn ċittadin taż-ŻEE fis-sens tar-Regolament tal-2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-imsemmija qorti qieset li l-konjuġi M. kienu bdew passi, fl-Alġerija, sabiex jiksbu l-kustodja ta’ wild taħt is-sistema tal-kafala, wara li saru jafu li kien iktar faċli li tinkiseb il-kustodja ta’ wild f’dan il-pajjiż milli fir-Renju Unit. Din l-istess qorti osservat ukoll li l-proċess ta’ evalwazzjoni tal-kapaċità tagħhom li jsiru tuturi, li fi tmiemu huma tqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>adattati<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> li jżommu għandhom wild taħt is-sistema tal-kafala Alġerina, kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>limitat<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>SM ippreżentat rikors kontra din is-sentenza quddiem l-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) (il-Qorti tal-Ewwel Istanza (Awla tal-Immigrazzjoni u tal-Ażil), ir-Renju Unit). Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20140514">14 ta’ Mejju 2014</DATE>, din tal-aħħar iddeċidiet favur tagħha, billi qieset li, għalkemm hija ma setgħetx titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regolament tal-2006, hija kienet, min-naħa l-oħra, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>membru tal-familja estiża<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ta’ dan iċ-ċittadin, fis-sens tal-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-aġent kompetenti fil-qasam ta’ permessi ta’ dħul appella din is-sentenza tal-aħħar quddiem il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) (il-Qorti tal-Appell (Ingilterra u Wales) (Sezzjoni Ċivili), ir-Renju Unit). Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20151104">4 ta’ Novembru 2015</DATE>, din tal-aħħar laqgħet l-appell billi qieset, b’mod partikolari, li SM ma kinitx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2004/38, peress li ma kinitx ġiet adottata taħt forma rikonoxxuta mid-dritt tar-Renju Unit. Din il-qorti, barra minn hekk, qieset li SM lanqas ma setgħet taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva inkwantu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>membru ieħor tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>SM ġiet awtorizzata tadixxi quddiem il-qorti tar-rinviju, is-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, SM għandha, tal-inqas, titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>membru ieħor tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni, fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38. Fil-fatt, dan il-kunċett huwa suffiċjentement wiesgħa sabiex ikopri wild li fir-rigward tiegħu ċittadin tal-Unjoni huwa detentur tal-awtorità tal-ġenituri skont il-liġi tal-pajjiż ta’ oriġini tal-wild, u dan minkejja li ma teżisti ebda rabta bijoloġika u lanqas adottiva bejn il-wild u dan iċ-ċittadin. SM hija dipendenti tal-ħajja tad-dar komposta mill-konjuġi M., li minnha tagħmel parti, u dan fl-Alġerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, din il-qorti hija tal-fehma li l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva japplika biss jekk SM ma għandhiex dritt ta’ dħul fir-Renju Unit bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(ċ) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk wild imqiegħed taħt sistema ta’ tutela, bħal dik tal-kafala Alġerina, jaqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> fis-sens tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, risposta fl-affermattiv għal din id-domanda tista’ tirriżulta mill-punt 2.1.2 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar gwida għal traspożizzjoni u applikazzjoni aħjar tad-Direttiva 2004/38 ((KUMM (2009) 313 finali), li jinkludi fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>minuri li jkunu fil-kustodja ta’ gwardjan legali permanenti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Tali tweġiba tista’ tibbaża wkoll fuq il-fatt li, fl-assenza ta’ kwalunkwe riferiment, fl-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2004/38, għal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu, uniformi u konformi mal-għanijiet ta’ din id-direttiva. Issa, il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni jista’ jiġi ostakolat kieku l-Istati Membri kienu liberi li jirrikonoxxu t-tfal imqiegħda taħt is-sistema kafala Alġerina bħala dixxendenti diretti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tosserva wkoll li interpretazzjoni awtonoma ta’ dan il-kunċett ma għandhiex neċessarjament tkun wiesgħa u li interpretazzjoni li tgħid li wild imqiegħed taħt is-sistema tal-kafala Alġerina huwa kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> tista’ twassal sabiex it-tfal jitqiegħdu fi djar li, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti, ma jkunux ikkunsidrati adattati sabiex iżommu għandhom tfal. Interpretazzjoni bħal din tista’ wkoll toħloq riskju ta’ sfruttament, ta’ abbuż u ta’ traffikar tat-tfal li l-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1993 hija intiża li tipprevjeni u li tiddisswadi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-punt jekk id-dritt ta’ dħul, fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti taċ-ċittadin tal-Unjoni, ta’ wild imqiegħed taħt is-sistema tal-kafala Alġerina jistax ikun limitat skont l-Artikoli 27 u 35 tad-Direttiva 2004/38 meta l-wild ikun vittma ta’ sfruttament, ta’ abbuż jew ta’ traffikar jew meta jeżisti riskju li jista’ jkun il-vittma ta’ dawn. Barra minn hekk, hija tistaqsi jekk, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(2)(ċ) ta’ din id-direttiva, Stat Membru jistax jivverifika li l-aħjar interessi tal-wild ikunu ttieħdu inkunsiderazzjoni meta jitqiegħed taħt tutela.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>1)</NO.P><TXT>Tifel jew tifla li tinsab taħt tutela legali permanenti ta’ ċittadin jew ċittadini tal-Unjoni, taħt kefalah [kafala] jew xi tip ta’ arranġament ekwivalwnti previst mil-liġi tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew tagħha, hija <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="2019" ID="QE0044"/> fis-sens tal-Artikolu 2(2)(c) tad-Direttiva 2004/38?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 27 u 35, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jiġi miċħud id-dħul [fit-territorju] lil tali tfal jekk ikunu vittmi ta’ sfruttament, abbuż jew traffikar jew jekk ikun hemm ir-riskju li jiġrilhom hekk?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Stat Membru għandu dritt jinvestiga, qabel ma jirrikonoxxi lil tifel jew tifla li ma hijiex dixxendent b’konsangwinità taċ-[ċittadin tal-Unjoni], bħala dixxendent dirett taħt l-Artikolu 2(2)(c), jekk il-proċeduri għat-tqegħid tat-tifel jew tat-tifla fit-tutela jew fil-kustodja ta’ dan [iċ-ċittadin tal-Unjoni] kinux tali li jieħdu suffiċjentement inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi ta’ dak it-tifel jew tifla?<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni li jinsab fl-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2004/38 għandux jiġi interpretat fis-sens li jinkludi wild li jkun tqiegħed taħt it-tutela legali permanenti ta’ ċittadin jew ta’ ċittadini tal-Unjoni skont il-kafala Alġerina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>L-ewwel nett, mill-atti tal-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 36 sa 38 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-kafala tikkostitwixxi, skont id-dritt Alġerin, l-impenn ta’ adult, minn naħa, li jieħu inkarigu tal-manteniment, tal-edukazzjoni u tal-protezzjoni ta’ wild, l-istess bħal ma jagħmel ġenitur għall-wild tiegħu, u, min-naħa l-oħra, li jeżerċita t-tutela legali<?PAGE NO="9"?> fuq dan il-wild. B’differenza ta’ adozzjoni, li hija pprojbita mid-dritt Alġerin, it-tqegħid ta’ wild taħt kafala ma jagħtix lill-wild l-istatus ta’ werriet tat-tutur. Barra minn hekk, kafala tieqaf meta l-wild jilħaq l-età legali u tista’ tiġi rtirata fuq talba tal-ġenituri bijoloġiċi jew tat-tutur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-gvernijiet kollha li ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub isostnu li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2004/38 jeħtieġ l-eżistenza ta’ rabta ta’ filjazzjoni, kemm jekk bijoloġika jew adottiva, bejn il-wild u ċ-ċittadin tal-Unjoni. Skont dawn il-gvernijiet, dan il-kunċett ma jistax, minħabba dan il-fatt, jinkludi lil wild imqiegħed taħt is-sistema tal-kafala Alġerina, peress li din is-sistema ta’ tutela ma toħloqx tali rabta bejn il-wild u t-tutur tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, SM, Coram Children’s Legal Centre (CCLC), AIRE Centre u l-Kummissjoni huma tal-fehma li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> jista’ jinkludi wild li ċittadin tal-Unjoni jeżerċita tutela legali permanenti fuqu, bħall-kafala Alġerina. Din l-interpretazzjoni timponi, essenzjalment, li tinżamm, fl-aħjar interessi tal-wild, il-ħajja tal-familja li dan ikollu mat-tutur tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 3(1) tagħha, id-Direttiva 2004/38 tapplika għal kull ċittadin tal-Unjoni li jiċċaqlaq jew li jirrisjedi fi Stat Membru għajr dak li għandu n-nazzjonalità tiegħu, kif ukoll għall-membri tal-familja tiegħu, kif iddefiniti fl-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva, li jakkumpanjawh jew li jingħaqdu miegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fost dawn il-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni hemm, b’mod partikolari, skont l-Artikolu2(2)(ċ) tad-Direttiva 2004/38, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>dixxendenti diretti<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> tiegħu li għandhom inqas minn 21 sena jew li huma dipendenti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni ma tinkludi ebda riferiment speċifiku għad-drittijiet tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati s-sens u l-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>. F’dawn il-kundizzjonijiet, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mill-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li t-termini ta’ din id-dispożizzjoni għandhom normalment jingħataw, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Ziolkowski u Szeja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑424/10 u C‑425/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:866">EU:C:2011:866</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-Direttiva 2004/38 ma tinkludi ebda definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(ċ) tagħha. F’dawn iċ-ċirkustanzi, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hemm lok, għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101007">7 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Lassal</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:592">EU:C:2010:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> jirreferi komunement għall-eżistenza ta’ rabta ta’ filjazzjoni, f’linja diretta, li tgħaqqad il-persuna kkonċernata ma’ persuna oħra. Fl-assenza ta’ kwalunkwe rabta ta’ filjazzjoni bejn iċ-ċittadin tal-Unjoni u l-wild ikkonċernat, dan tal-aħħar ma jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> tal-ewwel, fis-sens tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għalkemm dan il-kunċett primarjament jiffoka fuq l-eżistenza ta’ rabta ta’ filjazzjoni bijoloġika, għandu madankollu jitfakkar li, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita, id-Direttiva 2004/38 għandha bħala għan li tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt fundamentali u individwali ta’ moviment u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri, dritt mogħti direttament liċ-ċittadini tal-Unjoni permezz tal-Artikolu 21(1) TFUE u li b’mod partikolari għandha bħala għan li ssaħħaħ dan id-dritt (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140312">12 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>O. u B.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑456/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:135">EU:C:2014:135</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180605">5 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Coman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:385">EU:C:2018:385</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fir-rigward ta’ dawn l-għanijiet, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38, sa fejn jinkludu l-Artikolu 2(2) tagħha, għandhom jiġu interpretati b’mod wiesa’ (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140116">16 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NO.CASE>C‑423/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:16">EU:C:2014:16</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ogieriakhi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑244/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2068">EU:C:2014:2068</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>rabta ta’ filjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> imsemmi fil-punt 52 ta’ din is-sentenza, għandu jinftiehem b’mod wiesa’, b’mod li jkopri kull rabta ta’ filjazzjoni, kemm jekk tkun ta’ natura bijoloġika jew legali. Isegwi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2004/38, għandu jinftiehem bħala li jkopri kemm il-wildi bijoloġiku kif ukoll il-wild adottat ta’ tali ċittadin, peress li huwa stabbilit li l-adozzjoni toħloq rabta ta’ filjazzjoni legali bejn il-wild u ċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, dan l-istess rekwiżit ta’ interpretazzjoni wiesgħa ma jistax jiġġustifika interpretazzjoni, bħal dik li tirriżulta mill-punt 2.1.2 tal-Komunikazzjoni KUMM (2009) 313 finali, li tgħid li wild imqiegħed taħt it-tutela legali ta’ ċittadin tal-Unjoni jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Peress li t-tqegħid ta’ wild taħt is-sistema kafala Alġerina ma joħloqx rabta ta’ filjazzjoni bejn il-wild u t-tutur tiegħu, wild, bħal SM, imqiegħed taħt it-tutela legali ta’ ċittadini tal-Unjoni skont din is-sistema ma jistax jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Madankollu, tali wild, kif enfasizzat il-qorti tar-rinviju, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>membru ieħor tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> previst fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri jiffaċilitaw, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, id-dħul u r-residenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>membri oħrajn tal-familja, […] li, fil-pajjiż li ġejjin minnu huma dipendenti jew membri tad-dar taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni li għandu d-dritt primarju ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>It-termini użati f’din id-dispożizzjoni huma għalhekk ta’ natura li jkopru s-sitwazzjoni ta’ wild li jkun tqiegħed, ma’ ċittadini tal-Unjoni, taħt is-sistema ta’ tutela legali bħall-kafala Alġerina, u li ċ-ċittadini tagħha jiżguraw il-manteniment, l-edukazzjoni u l-protezzjoni, skont impenn meħud abbażi tad-dritt tal-pajjiż ta’ oriġini tal-wild.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>L-għan tal-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2004/38 jikkonsisti, hekk kif jirriżulta mill-premessa 6 ta’ din id-direttiva, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>tinżamm l-unità tal-familja fis-sens l-aktar wiesgħa<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> billi jiġu vantaġġati d-dħul u r-residenza ta’ persuni li ma humiex inklużi fid-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni li tinsab fl-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva, iżda li madankollu ma’ ċittadin tal-Unjoni jkollhom rabtiet tal-familja mill-qrib u stabbli minħabba ċirkustanzi fattwali speċifiċi, bħal dipendenza ekonomika, appartenenza fil-ħajja tad-dar jew minħabba raġunijiet ta’ saħħa serji (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Rahman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:519">EU:C:2012:519</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38 jimponi fuq l-Istati Membri obbligu li jagħtu ċertu vantaġġ lill-applikazzjonijiet ippreżentati minn ċittadini ta’ Stati terzi previsti f’dan l-artikolu meta mqabbla mal-applikazzjonijiet ta’ dħul u ta’ residenza ta ċittadini oħra ta’ Stati terzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Rahman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:519">EU:C:2012:519</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Banger</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:570">EU:C:2018:570</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Istati Membri għandhom, konformement ma’ din id-dispożizzjoni, jipprevedu l-possibbiltà għall-persuni previsti f’din id-dispożizzjoni li jiksbu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom li tkun fondata fuq eżami fil-fond tas-sitwazzjoni personali tagħhom, b’kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti differenti, u li, f’każ ta’ rifjut, tkun immotivata (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Rahman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:519">EU:C:2012:519</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Banger</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:570">EU:C:2018:570</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Ċertament, kull Stat Membru għandu marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fir-rigward tal-għażla tal-fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, sa fejn il-leġiżlazzjoni tagħhom tinkludi kriterji li jkunu konformi mas-sens abitwali tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>jiffaċilita<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> li tinsab fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2004/38, u li<?PAGE NO="11"?> ma jċaħħdux din id-dispożizzjoni mill-effett utli tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Rahman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑83/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:519">EU:C:2012:519</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180712">12 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Banger</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑89/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:570">EU:C:2018:570</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, dan il-marġni ta’ diskrezzjoni għandu, fir-rigward tal-premessa 31 tad-Direttiva 2004/38, jiġi eżerċitat fid-dawl u fl-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>) (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>O <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑356/11 u C‑357/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:776">EU:C:2012:776</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 7 tal-Karta jirrikonoxxi d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja. Hekk kif jirriżulta mill-Ispjegazzjonijiet dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, C 303, p. 17</REF.DOC.OJ>), konformement mal-Artikolu 52(3) tal-Karta, id-drittijiet iggarantiti fl-Artikolu 7 tagħha għandhom l-istess sens u l-istess portata bħal dawk iggarantiti fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>McB.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑400/10 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:582">EU:C:2010:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180605">5 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Coman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑673/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:385">EU:C:2018:385</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jirriżulta li r-relazzjonijiet effettivi li wild li jitqiegħed taħt sistema ta’ kafala jżomm mat-tutur tiegħu jistgħu jaqgħu taħt il-kunċett tal-ħajja tal-familja, fir-rigward taż-żmien li jkunu għexu flimkien, il-kwalità tar-relazzjonijiet kif ukoll ir-rwol meħud mill-adult lejn il-wild (ara, f’dan is-sens, il-Qorti EDB, <DATE ISO="20141216">16 ta’ Diċembru 2014</DATE>, Chbihi Loudoudi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Belġju, CE:ECHR:2014:1216JUD005226510, punt 78). Skont din il-ġurisprudenza, l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali jipproteġi lill-individwu kontra l-indħil arbitrarju mill-awtoritajiet pubbliċi u jimponi fuq dawn tal-aħħar, fejn l-eżistenza ta’ rabta tal-familja hija stabbilita, li din ir-rabta tkun tista’ tiżviluppa u li tingħata protezzjoni legali li tagħmel possibbli l-integrazzjoni tal-wild mal-familja tiegħu (ara, f’dan is-sens, Qorti EDB, <DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE>, Harroudj vs Franza, CE:ECHR:2012:1004JUD004363109, punti 40 u 41, kif ukoll Qorti EDB, <DATE ISO="20141216">16 ta’ Diċembru 2014</DATE>, Chbihi Loudoudi <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Belġju, CE:ECHR:2014:1216JUD005226510, punti 88 u 89).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 7 tal-Karta għandu jinqara flimkien mal-obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi tal-wild, irrikonoxxuti fl-Artikolu 24(2) tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060627">27 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑540/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:429">EU:C:2006:429</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091223">23 ta’ Diċembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Detiček</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑403/09 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:810">EU:C:2009:810</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170510">10 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Chavez-Vilchez <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑133/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:354">EU:C:2017:354</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Sabiex dawn id-dispożizzjonijiet jiġu osservati fl-eżerċizzju tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħhom, huma għalhekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, waqt l-implimentazzjoni tal-obbligu li jiġu ffaċilitati d-dħul u r-residenza tal-membri l-oħra tal-familja, previst fl-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2004/38, li għandhom iwettqu evalwazzjoni ekwilibrata u raġonevoli taċ-ċirkustanzi attwali u rilevanti kollha tal-każ, b’kunsiderazzjoni tal-interessi involuti kollha u, b’mod partikolari, tal-aħjar interessi tal-wild ikkonċernat (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>O <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑356/11 u C‑357/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:776">EU:C:2012:776</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160913">13 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Rendón Marín</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑165/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:675">EU:C:2016:675</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160913">13 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>CS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑304/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:674">EU:C:2016:674</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Din l-evalwazzjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-età li fiha l-wild tpoġġa taħt is-sistema tal-kafala Alġerina, l-eżistenza ta’ ħajja komuni li l-wild ikollu mat-tuturi tiegħu mat-tqegħid tiegħu taħt din is-sistema, il-livell tar-relazzjonijiet affettivi li ngħaqdu bejn il-wild u t-tuturi tiegħu kif ukoll il-livell ta’ dipendenza tal-wild fir-rigward tat-tuturi tiegħu, sa fejn dawn jieħdu l-awtorità tal-ġenituri, u l-piż legali u finanzjarju tal-wild.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, hemm lok ukoll li jitqiesu eventwali riskji konkreti u individwalizzati li l-wild ikkonċernat ikun vittma ta’ abbuż, ta’ sfruttament jew ta’ traffikar. Riskji bħal dawn, madankollu, ma jistgħux jiġu preżunti fir-rigward tal-fatt li l-proċedura ta’ tqegħid taħt is-sistema<?PAGE NO="12"?> tal-kafala Alġerina hija bbażata fuq evalwazzjoni tal-kapaċità tal-adult u tal-interessi tal-wild li hija inqas fil-fond mill-proċedura mwettqa, fl-Istat Membru ospitanti, għall-bżonnijiet ta’ adozzjoni jew ta’ tqegħid f’kustodja ta’ wild jew mill-fatt li l-proċedura prevista fil-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1996 ma ġietx applikata fl-assenza ta’ ratifika ta’ din il-konvenzjoni mill-Istat terz ikkonċernat. Tali ċirkustanzi għandhom, għall-kuntrarju, jiġu bbilanċjati mal-punti ta’ fatt rilevanti oħra, bħal dawk esposti fil-punt preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fil-każ li jiġi stabbilit, fi tmiem l-evalwazzjoni tal-elementi msemmija fil-punti 69 u 70 ta’ din is-sentenza, li l-wild imqiegħed taħt is-sistema tal-kafala Alġerina u t-tuturi tiegħu, ċittadini tal-Unjoni, huma intiżi sabiex ikollhom ħajja tal-familja effettiva u li dan il-wild jiddependi mit-tuturi tiegħu, ir-rekwiżiti marbuta mad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja tal-familja, flimkien mal-obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi tal-wild, jeħtieġu, bħala prinċipju, l-għoti ta’ dritt ta’ dħul u ta’ residenza lill-imsemmi wild bħala membru ieħor tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2004/38, moqri fid-dawl tal-Artikolu 7 u tal-Artikolu 24(2) tal-Karta, bil-għan li l-wild ikun jista’ tgħix mat-tuturi tiegħu fl-Istat Membru ospitanti ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni tapplika <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> meta, minħabba r-rifjut li jingħata lill-wild imqiegħed taħt is-sistema tal-kafala Alġerina dritt ta’ dħul u ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti tat-tuturi tagħha, ċittadini tal-Unjoni, dawn it-tuturi jiġu mċaħħda, fil-fatt, li jgħixu ħajja komuni f’dan l-Istat Membru, peress li wieħed minnhom jinsab imġiegħel li jibqa’, mal-wild, fl-Istat terz ta’ oriġini tal-wild sabiex jieħu ħsiebu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, hemm lok li għall-ewwel domanda tingħata r-risposta kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni li jinsab fl-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jinkludix wild li jkun tqiegħed taħt it-tutela legali permanenti ta’ ċittadin tal-Unjoni skont il-kafala Alġerina, peress li dan it-tqegħid ma joħloq ebda rabta ta’ filjazzjoni bejniethom;</P></ITEM><ITEM><P>madankollu huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li għandhom jiffaċilitaw id-dħul u r-residenza ta’ tali wild inkwantu membru ieħor tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, konformement mal-Artikolu 3(2)(a) ta’ din id-direttiva, moqri fid-dawl tal-Artikolu 7 u tal-Artikolu 24(2) tal-Karta, billi titwettaq evalwazzjoni ekwilibrata u raġonevoli taċ-ċirkustanzi attwali u rilevanti kollha tal-każ, li tieħu inkunsiderazzjoni l-interessi involuti differenti u, b’mod partikolari, l-aħjar interessi tal-wild ikkonċernat. Fil-każ li jiġi stabbilit, fit-tmiem din l-evalwazzjoni, li l-wild u t-tutur tiegħu, ċittadin tal-Unjoni, huma intiżi sabiex ikollhom ħajja tal-familja effettiva u li dan il-wild jiddependi mit-tutur tiegħu, ir-rekwiżiti marbuta mad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja tal-familja, flimkien mal-obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi tal-wild, jeħtieġu, bħala prinċipju, l-għoti, lil dan il-wild, ta’ dritt ta’ dħul u ta’ residenza sabiex ikun jista’ jgħix mat-tutur tiegħu fl-Istat Membru ospitanti ta’ dan tal-aħħar.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikoli 27 u 35 tad-Direttiva 2004/38 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, f’każ ta’ riskju għal wild imqiegħed taħt is-sistema tal-kafala Alġerina li jkun is-suġġett ta’ abbuż, ta’ sfruttament jew ta’ traffikar, id-dritt tiegħu ta’ dħul jew ta’ residenza inkwantu membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti ta’ dan tal-aħħar jista’ jiġi rrifjutat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Mit-talba għal deċiżjoni preliminari f’din il-kawża jirriżulta li din id-domanda hija magħmula fl-ipoteżi fejn wild, bħal SM, imqiegħed taħt it-tutela legali ta’ ċittadin tal-Unjoni skont il-kafala Alġerina, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> ta’ dan iċ-ċittadin, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2004/38, li fil-prinċipju jiftaħlu dritt awtomatiku ta’ dħul u ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti ta’ dan iċ-ċittadin, konformement mal-Artikolu 7(2) ta’ din id-direttiva. Issa, mir-risposta għall-ewwel domanda jirriżulta li dan il-wild ma jistax jaqa’ taħt dan il-kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tielet domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>dixxendent dirett<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni li jinsab fl-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jinkludix wild li jkun tqiegħed taħt it-tutela legali permanenti ta’ ċittadin tal-Unjoni skont il-kafala Alġerina, peress li dan it-tqegħid ma joħloq ebda rabta ta’ filjazzjoni bejniethom.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Madankollu huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li għandhom jiffaċilitaw id-dħul u r-residenza ta’ tali wild inkwantu membru ieħor tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, konformement mal-Artikolu 3(2)(a) ta’ din id-direttiva, moqri fid-dawl tal-Artikolu 7 u tal-Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, billi titwettaq evalwazzjoni ekwilibrata u raġonevoli taċ-ċirkustanzi attwali u rilevanti kollha tal-każ, li tieħu inkunsiderazzjoni l-interessi involuti differenti u, b’mod partikolari, l-aħjar interessi tal-wild ikkonċernat. Fil-każ li jiġi stabbilit, fit-tmiem din l-evalwazzjoni, li l-wild u t-tutur tiegħu, ċittadin tal-Unjoni, huma intiżi sabiex ikollhom ħajja tal-familja effettiva u li l-wild jiddependi mit-tutur tiegħu, ir-rekwiżiti marbuta mad-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja tal-familja, flimkien mal-obbligu li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi tal-wild, jeħtieġu, bħala prinċipju, l-għoti, lil dan il-wild, ta’ dritt ta’ dħul u ta’ residenza sabiex ikun jista’ jgħix mat-tutur tiegħu fl-Istat Membru ospitanti ta’ dan tal-aħħar.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>