European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/3141

12.12.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3141

tal-11 ta’ Diċembru 2024

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għar-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi tal-pajjiżi terzi, tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew minn żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom sabiex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tliet tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI, highly pathogenic avian influenza) fil-pollam fil-Provinċji ta’ British Columbia (2) u Manitoba (1), li ġew ikkonfermati fil-21 ta’ Novembru 2024 u fis-27 ta’ Novembru 2024, rispettivament, permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fil-Kontea ta’ Norfolk, l-Ingilterra, li ġiet ikkonfermata fil-5 ta’ Diċembru 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-P+CR).

(7)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 27 tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fl-Istati ta’ California (14), Minnesota (3), North Dakota (3), South Dakota (5), Tennessee (1) u Utah (1), li ġew ikkonfermati bejn it-22 ta’ Novembru 2024 u l-5 ta’ Diċembru 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(8)

Wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(9)

Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u l-miżuri meħuda biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI wara dawn it-tifqigħat reċenti tal-HPAI.

(10)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni kkonċernati mit-tifqigħat reċenti jenħtieġ li jiġi sospiż sabiex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(11)

Barra minn hekk, il-Kanada u l-Istati Uniti pprovdew informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni b’rabta mas-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom fir-rigward tal-HPAI li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(12)

Il-Kanada ppreżentat informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ tifqigħa tal-HPAI fil-Provinċja ta’ Saskatchewan, li ġiet ikkonfermata fid-29 ta’ Ottubru 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(13)

L-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ tifqigħa tal-HPAI fil-pollam fl-Istat ta’ Utah, li ġiet ikkonfermata fil-15 ta’ Ottubru 2024 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(14)

Il-Kanada u l-Istati Uniti ppreżentaw ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara dawn it-tifqigħat tal-HPAI, il-Kanada u l-Istati Uniti implimentaw politika ta’ qerda sabiex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, kif ukoll lestew ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettat.

(15)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni li ppreżentaw il-Kanada u l-Istati Uniti, u jidhrilha li dawn ipprovdew il-garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti fl-Unjoni miż-żoni kkonċernati, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex tirrappreżenta theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni, u li, għalhekk, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni kkonċernati tal-Kanada u tal-Istati Uniti li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.

(16)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex ikunu jqisu s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti.

(17)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ mal-Kanada u mal-Istati Uniti, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(18)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.238 hija sostitwita b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.238

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

29.10.2024

6.12.2024”

(ii)

fl-entrata għall-Kanada, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.245, CA-2.246 u CA-2.247 wara r-ringiela għaż-żona CA-2.244:

“CA

Il-Kanada

CA-2.245

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

21.11.2024

 

CA-2.246

N, P1

 

21.11.2024

 

CA-2.247

N, P1

 

27.11.2024”

 

(iii)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela li ġejja għaż-żona GB-2.331 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona GB-2.330:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.331

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

5.12.2024”

 

(iv)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.683 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.683

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

15.10.2024

6.12.2024”

(v)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.716 sa US-2.742 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.715:

“US

L-Istati Uniti

US-2.716

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

25.11.2024

 

US-2.717

N, P1

 

22.11.2024

 

US-2.718

N, P1

 

27.11.2024

 

US-2.719

N, P1

 

27.11.2024

 

US-2.720

N, P1

 

27.11.2024

 

US-2.721

N, P1

 

27.11.2024

 

US-2.722

N, P1

 

29.11.2024

 

US-2.723

N, P1

 

27.11.2024

 

US-2.724

N, P1

 

29.11.2024

 

US-2.725

N, P1

 

22.11.2024

 

US-2.726

N, P1

 

2.12.2024

 

US-2.727

N, P1

 

29.11.2024

 

US-2.728

N, P1

 

29.11.2024

 

US-2.729

N, P1

 

29.11.2024

 

US-2.730

N, P1

 

29.11.2024

 

US-2.731

N, P1

 

3.12.2024

 

US-2.732

N, P1

 

3.12.2024

 

US-2.733

N, P1

 

4.12.2024

 

US-2.734

N, P1

 

3.12.2024

 

US-2.735

N, P1

 

4.12.2024

 

US-2.736

N, P1

 

4.12.2024

 

US-2.737

N, P1

 

4.12.2024

 

US-2.738

N, P1

 

4.12.2024

 

US-2.739

N, P1

 

5.12.2024

 

US-2.740

N, P1

 

5.12.2024

 

US-2.741

N, P1

 

5.12.2024

 

US-2.742

N, P1

 

5.12.2024”

 

(b)

il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għar-Renju Unit, tiżdied id-deskrizzjoni li ġejja taż-żona GB-2.331 wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.330:

“Ir-Renju Unit

GB-2.331

near Watton, Mid Norfolk, Norfolk, England, GB

the area contained with a circle of a radius of 10 km, centred on WGS84 dec, coordinates Lat: N52.59 and Long: E0.92”

(ii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, jiżdiedu d-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.716 sa US-2.742 wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.715:

“L-Istati Uniti

US-2.716

State of Minnesota

Meeker 16

Meeker County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 94.7380487°W 45.3292402°N)

US-2.717

State of California

Merced 15

Merced County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 120.8441855°W 37.4820235°N)

US-2.718

State of Utah

Sanpete 21

Sanpete County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 111.7010448°W 39.3435832°N)

US-2.719

State of South Dakota

Faulk 04

Faulk County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 99.0490372°W 45.2130104°N)

US-2.720

State of South Dakota

Beadle 13

Faulk County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 98.2049754°W 44.6550632°N)

US-2.721

State of North Dakota

Ransom 02

Ransom County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 97.4437895°W 46.4126604°N)

US-2.722

State of Tennessee

Gibson 01

Gibson County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 88.8121691°W 36.0432140°N)

US-2.723

State of Minnesota

Meeker 17

Meeker County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 94.7259318°W 45.3309600°N)

US-2.724

State of Minnesota

Meeker 18

Meeker County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 94.6698436°W 45.3284092°N)

US-2.725

State of North Dakota

McHenry 02

McHenry County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 100.4001305°W 48.1554597°N)

US-2.726

State of North Dakota

Bottineau 02

Bottineau County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 100.5837468°W 49.0484769°N)

US-2.727

State of California

Merced 16

Merced County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 120.3267890°W 37.3951607°N)

US-2.728

State of California

Fresno 18

Fresno County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 119.7269380°W 36.5623371°N)

US-2.729

State of California

Fresno 19

Fresno County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 119.6811229°W 36.5607187°N)

US-2.730

State of California

Tulare 06

Tulare County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 119.3615730°W 36.5600491°N)

US-2.731

State of South Dakota

McPherson 11

McPherson County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 98.8351890°W 45.6944596°N)

US-2.732

State of South Dakota

Spink 12

Spink County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 98.0528429°W 44.8284039°N)

US-2.733

State of South Dakota

Charles Mix 10

Charles Mix County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 98.6595165°W 43.2680132°N)

US-2.734

State of California

Fresno 10

Fresno County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 119.9514794°W 36.4968027°N)

US-2.735

State of California

Sacramento 06

Sacramento County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 121.1942227°W 38.5370944°N)

US-2.736

State of California

Stanislaus 07

Stanislaus County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 121.1045824°W 37.5404032°N)

US-2.737

State of California

Stanislaus 08

Stanislaus County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 121.0128999°W 37.6282064°N)

US-2.738

State of California

Stanislaus 09

Stanislaus County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 121.0627515°W 37.6087934°N)

US-2.739

State of California

San Joaquin 06

San Joaquin County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 121.4027507°W 38.2538323°N)

US-2.740

State of California

Merced 17

Merced County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 120.8530684°W 37.5109607°N)

US-2.741

State of California

Merced 19

Merced County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 120.8752658°W 37.5127148°N)

US-2.742

State of California

Merced 20

Merced County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 120.8286797°W 37.5123272°N)”

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.238 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.238

POU, RAT

N, P1

 

29.10.2024

6.12.2024

GBM

P1

 

29.10.2024

6.12.2024”

(b)

fl-entrata għall-Kanada, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.245, CA-2.246 u CA-2.247 wara r-ringieli għaż-żona CA-2.244:

“CA

Il-Kanada

CA-2.245

POU, RAT

N, P1

 

21.11.2024

 

GBM

P1

 

21.11.2024

 

CA-2.246

POU, RAT

N, P1

 

21.11.2024

 

GBM

P1

 

21.11.2024

 

CA-2.247

POU, RAT

N, P1

 

27.11.2024

 

GBM

P1

 

27.11.2024”

 

(c)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żona GB-2.331 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona GB-2.330:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.331

POU, RAT

N, P1

 

5.12.2024

 

GBM

P1

 

5.12.2024”

 

(d)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.683 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.683

POU, RAT

N, P1

 

15.10.2024

6.12.2024

GBM

P1

 

15.10.2024

6.12.2024”

(e)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.716 sa US-2.742 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona US-2.715:

“US

L-Istati Uniti

US-2.716

POU, RAT

N, P1

 

25.11.2024

 

GBM

P1

 

25.11.2024

 

US-2.717

POU, RAT

N, P1

 

22.11.2024

 

GBM

P1

 

22.11.2024

 

US-2.718

POU, RAT

N, P1

 

27.11.2024

 

GBM

P1

 

27.11.2024

 

US-2.719

POU, RAT

N, P1

 

27.11.2024

 

GBM

P1

 

27.11.2024

 

US-2.720

POU, RAT

N, P1

 

27.11.2024

 

GBM

P1

 

27.11.2024

 

US-2.721

POU, RAT

N, P1

 

27.11.2024

 

GBM

P1

 

27.11.2024

 

US-2.722

POU, RAT

N, P1

 

29.11.2024

 

GBM

P1

 

29.11.2024

 

US-2.723

POU, RAT

N, P1

 

27.11.2024

 

GBM

P1

 

27.11.2024

 

US-2.724

POU, RAT

N, P1

 

29.11.2024

 

GBM

P1

 

29.11.2024

 

US-2.725

POU, RAT

N, P1

 

22.11.2024

 

GBM

P1

 

22.11.2024

 

US-2.726

POU, RAT

N, P1

 

2.12.2024

 

GBM

P1

 

2.12.2024

 

US-2.727

POU, RAT

N, P1

 

29.11.2024

 

GBM

P1

 

29.11.2024

 

US-2.728

POU, RAT

N, P1

 

29.11.2024

 

GBM

P1

 

29.11.2024

 

US-2.729

POU, RAT

N, P1

 

29.11.2024

 

GBM

P1

 

29.11.2024

 

US-2.730

POU, RAT

N, P1

 

29.11.2024

 

GBM

P1

 

29.11.2024

 

US-2.731

POU, RAT

N, P1

 

3.12.2024

 

GBM

P1

 

3.12.2024

 

US-2.732

POU, RAT

N, P1

 

3.12.2024

 

GBM

P1

 

3.12.2024

 

US-2.733

POU, RAT

N, P1

 

4.12.2024

 

GBM

P1

 

4.12.2024

 

US-2.734

POU, RAT

N, P1

 

3.12.2024

 

GBM

P1

 

3.12.2024

 

US-2.735

POU, RAT

N, P1

 

4.12.2024

 

GBM

P1

 

4.12.2024

 

US-2.736

POU, RAT

N, P1

 

4.12.2024

 

GBM

P1

 

4.12.2024

 

US-2.737

POU, RAT

N, P1

 

4.12.2024

 

GBM

P1

 

4.12.2024

 

US-2.738

POU, RAT

N, P1

 

4.12.2024

 

GBM

P1

 

4.12.2024

 

US-2.739

POU, RAT

N, P1

 

5.12.2024

 

GBM

P1

 

5.12.2024

 

US-2.740

POU, RAT

N, P1

 

5.12.2024

 

GBM

P1

 

5.12.2024

 

US-2.741

POU, RAT

N, P1

 

5.12.2024

 

GBM

P1

 

5.12.2024

 

US-2.742

POU, RAT

N, P1

 

5.12.2024

 

GBM

P1

 

5.12.2024”

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3141/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)