5.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/178


P9_TA(2021)0424

Is-servizzjanti tal-kreditu u x-xerrejja tal-kreditu ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2021 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzjanti tal-kreditu, ix-xerrejja tal-kreditu u l-irkupru tal-kollateral (COM(2018)0135 – C8-0115/2018 – 2018/0063A(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2022/C 184/16)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0135),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 53 u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0115/2018),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Novembru 2018 (1),

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018 (2),

—

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-16 ta' Ottubru 2019 li tawtorizza lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji li jaqsam il-proposta tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq u li jħejji żewġ rapporti leġiżlattivi separati fuq il-bażi tagħha,

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-28 ta’ Ġunju 2021, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0003/2021),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 444, 10.12.2018, p. 15.

(2)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 43.


P9_TC1-COD(2018)0063A

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta’ Ottubru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzjanti tal-kreditu u x-xerrejja tal-kreditu u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2021/2167.)