31979R1117



Official Journal L 139 , 07/06/1979 P. 0011 - 0011
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0008
Greek special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0119
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0008
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0126
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0126


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1117/79

tas-6 ta’ Ġunju 1979

li jispeċifika l-prodotti fis-settur taż-żrieragħ li jkunu suġġetti għal liċenzi ta’ importazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 t’Ottubru 1971 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żrieragħ [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 234/79 [2], u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(2) li hemm fih,

Billi, kif inhi s-sitwazzjoni tas-suq għall-qamħirrun ibridu għaż-żrigħ, hemm bżonn li jkun possibbli li jiġi monitorjat kontinwament l-andament tal-kummerċ ma’ pajjiżi barra l-Komunità;

Billi, fil-każ ta’ qamħirrun ibridu għaż-żrigħ, għandu jsir użu tal-poter li hemm fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 biex jagħmlu l-importazzjoni taż-żrieragħ soġġett għal liċenza ta’ importazzjoni, sabiex il-volum prevedibbli ta’ importazzjoni jista’ jkun magħruf bil-quddiem sewwa, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu kwalunkwe miżuri li jista’ jirrikjedi l-iżvilupp tas-suq;

Billi il-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żrieragħ ma’ tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stipulat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti li ġejjin jkunu soġġetti għal sistema ta’ liċenzi ta’ importazzjoni li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71:

CCT Titolu Nru | Deskrizzjoni |

1 | 2 |

10.05 | Qamħirrun: A.Qamħirrun ibridu għaż-żrigħ:I.Ibridi doppji u ibridi top-crossII.Ibridi three-crossIII.Ibridi singliIV.Oħrajn |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1979.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Ġunju 1979.

Għall-Kummissjoni

Finn Gundelach

Viċi-President

[1] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1.

[2] ĠU L 34, tad-9.2.1979, p. 2.

--------------------------------------------------