Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal de grande instance ta’ Nanterre – Validità tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81, tal-Artikolu 27(3) tar-Regolament (KE) Nru 2038/1999, tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2073/2000, tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1745/2002 u tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1739/2003 – Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor – Kwoti ta’ produzzjoni tal-isoglukożju – (Non) inklużjoni tal-isoglukożju użat bħala prodott intermedjarju – Validità tar-Regolamenti (KEE) Nru 1443/82 u (KE) Nru 314/2002 – Metodu ta’ kalkolu tal-imposti dovuti fuq il-produzzjoni tal-isoglukożju.
Dispożittiv
1) Mill-eżami tal-ewwel domanda magħmula ma rriżultawx elementi ta’ natura li jaffettwaw l-validità tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta’ Ġunju 1981, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, tal-Artikolu 27(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2038/1999 tat-13 ta’ Settembru 1999, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2000 tad-29 ta’ Settembru 2000, li jnaqqas, għas-sena tas-suq 2000/2001, il-kwantità garantita taħt l-iskema ta’ kwoti tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor u l-provvista massima meqjusa meħtieġa għar-raffineriji taz-zokkor taħt l-iskemi ta’ importazzjonijiet preferenzjali, tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 tad-19 ta’ Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1745/2002 tat-30 ta’ Settembru 2002, li jnaqqas, għas-sena tas-suq 2002/2003, il-kwantità garantita taħt l-iskema ta’ kwoti tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor u l-provvista massima meqjusa meħtieġa għar-raffineriji taz-zokkor taħt l-iskemi ta’ importazzjonijiet preferenzjali, u tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1739/2003 tat-30 ta’ Settembru 2003, li jnaqqas, għas-sena tas-suq 2003/2004, il-kwantità garantita taħt il-kwoti tal-produzzjoni għas-settur taz-zokkor u l-provvista massima meqjusa meħtieġa għar-raffineriji taz-zokkor taħt l-importazzjonijiet preferenzjali.
2) Mill-eżami tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1443/82 tat-8 ta’ Ġunju 1982, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 392/94, u tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002 tal-20 ta’ Frar 2002, li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti fis-settur taz-zokkor, jekk ikun il-każ, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1140/2003 tas-27 ta’ Ġunju 2003, ma rriżultawx element ta’ natura li jaffettwaw l-validità tagħhom.