|
14.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 451/22 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9210 — NN Group/Allianz Group/NRP/Entitajiet fil-Mira)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 451/09)
1.
Fis-7 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
NN Group N.V. (“NN Group”, in-Netherlands), |
|
— |
Allianz SE (“Allianz Group”, il-Ġermanja), |
|
— |
NRP Group (“NRP”, in-Norveġja), |
|
— |
tmien kumpaniji tal-proprjetà u l-proprjetatjiet immobbli korrispondenti tagħhom (l-“Entitajiet fil-Mira”, id-Danimarka u l-Isvezja). |
NN Group, Allianz Group, u NRP jakkwsitaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Entitajiet fil-Mira.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— NN Group: fornitur ta’ servizzi finanzjarji li joffri servizzi ta’ irtirar, assikurazzjoni, investimenti u prodotti bankarji,
— Allianz Group: fornitur dinji tal-servizzi finanzjarji attiv fis-segmenti kollha tas-suq relatati mal-assikurazzjoni, il-ġestjoni tal-assi u, sa ċertu punt limitat, mal-proprjetà immobbli,
— NRP: ditta tal-investiment attiva fil-provvista ta’ investimenti diretti u soluzzjonijiet ta’ fondi fis-setturi tal-proprjetà immobbli, it-tbaħħir u l-offshore,
— għall-Entitajiet fil-Mira: tmien kumpaniji tal-proprjetà u l-proprjetajiet immobbli korrispondenti tagħhom li jinsabu fid-Danimarka u l-Isvezja. Ħamsa mill-Entitajiet fil-Mira bħalissa huma kkontrollati unikament minn NRP u t-tliet Entitajiet fil-Mira l-oħra bħalissa huma kkontrollati b’mod konġunt minn NRP u terza persuna oħra mhux affiljata (T. Klaveness Eiendom AS għal tnejn mit-tliet Entitajiet fil-Mira, u Västerport Holding AB għat-tielet Entità fil-Mira).
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9210 — NN Group / Allianz Group / NRP / Entitajiet fil-Mira
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).