10.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 182/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 22/2008

ta' l-14 ta' Marzu 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel, li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2007/45/KE tħassar, b'effett mill-11 ta' April 2009, id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE (3) u 80/232/KEE (4) li huma inkorporati fil-Ftehim u li għalhekk se jiġu mħassra taħt l-istess Ftehim b'effett mill-11 ta' April 2009,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu IX ta' l-Anness II mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE):

“—

32007 L 0045: Id-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 21.9.2002, p. 17).”

2)

Dan il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 27b (id-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“27c.

32007 L 0045: Id-Direttiva 2007/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi regoli dwar kwantitajiet nominali għal prodotti mballati minn qabel, li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 75/106/KEE u 80/232/KEE, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17).”

3)

It-test tal-punt 12 (id-Direttiva tal-Kunsill Nru 75/106/KEE) u tal-punt 25 (id-Direttiva tal-Kunsill Nru 80/232/KEE) għandhom jiġu mħassra b'seħħ mill-11 ta' April 2009.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2007/45/KE fil-lingwa Iżlandiż u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 14 ta' Marzu 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 247, 21.9.2007, p. 17.

(3)   ĠU L 42, 15.2.1975, p. 1.

(4)   ĠU L 51, 25.2.1980, p. 1.

(*1)  Ebda obbligu kostituzzjonali m'huwa indikat.