IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.9.2025
COM(2025) 493 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U
LILL-KUNSILL
dwar l-eżerċizzju tas-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji
1.INTRODUZZJONI
Id-Direttiva (UE) 2015/2193() tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 stabbiliet qafas regolatorju biex jiġu limitati l-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit (SO2), l-ossidi tan-nitroġenu (NOx) u t-trab fl-arja mill-impjanti tal-kombustjoni medji. L-għan huwa li jitnaqqsu r-riskji relatati għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Dik id-Direttiva tistabbilixxi wkoll ir-regoli għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO). L-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva jippermetti lill-Kummissjoni tadotta atti delegati biex tadatta d-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-konformità stabbiliti fil-punt 2 tal-Parti 2 tal-Anness III għall-progress xjentifiku u tekniku. L-Artikolu 14 jindirizza l-proċedura u l-kundizzjonijiet li skonthom il-Kummissjoni tingħata l-awtorità li tadotta atti delegati.
2.BAŻI LEGALI
Dan ir-rapport huwa meħtieġ skont l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2193, fejn is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin mit-18 ta’ Diċembru 2015 u li jirrikjedi lill-Kummissjoni tfassal rapport fir-rigward ta’ dik id-delega tas-setgħa. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni sa mhux iktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. L-Artikolu 14(3) jgħid li d-delega tas-setgħa tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.
Il-Kummissjoni adottat ir-rapport preċedenti() dwar l-eżerċizzju tad-delega tas-setgħa mogħtija lilha fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2015/2193 fit-3 ta’ Awwissu 2020. Hija rrapportat li ma kienet adottat l-ebda att delegat u stiednet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jieħdu nota ta’ dak ir-rapport.
3.EŻERĊIZZJU TAD-DELEGA
Il-Kummissjoni tirrapporta li matul l-aħħar 5 snin (2020 – 2025), hija ma adottatx atti delegati minħabba (i) id-dati reċenti tal-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/2193 għal xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha(); u (ii) in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar il-progress tekniku u xjentifiku marbut mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 tal-Parti 2 tal-Anness III relatat mal-valutazzjoni tal-konformità tal-valuri tal-emissjonijiet imkejla mal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet fil-każ ta’ kejl kontinwu.
4.KONKLUŻJONI
Matul l-aħħar 5 snin (2020 – 2025), il-Kummissjoni ma eżerċitatx is-setgħat delegati mogħtija lilha skont id-Direttiva (UE) 2015/2193. Hija tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jieħdu nota ta’ dan ir-rapport.