European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6717

31.10.2024

Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

(C/2024/6717)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' JO Kyongchol (nru 11), PAK Jong-chon (nru 17), HONG Yong Chil (nru 21), YUN Chang Hyok (nru 23), Kim Su Gil (nru 28), JON Il Ho (nru 29), Yongbyon Nuclear Scientific Research Centre (nru 4), Korean People's Army (nru 5), persuni u entitajiet li jidhru fit-taqsima I tal-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1) u fl-Anness XV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (2), kif ukoll KIM Chang Hyok (nru 8), RYANG Su Nyo (nru 10), PYON Won Gun (nru 11), PAE Won Chol (nru 12), RI Sin Song (nru 13), KIM Sung Su (nru 14), KIM Pyong Chol (nru 15), IM Song Sun (nru 27), CHOE Song Chol (nru. 28), Pan Systems Pyongyang (nru 4), Korea Paekho Trading Corporation (nru 8), persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 u fl-Anness XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni u l-entitajiet huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni relatata maż-żamma fis-seħħ tal-miżuri restrittivi, qabel 7 ta’ Novembru 2024 , fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(2)   ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6717/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)