European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/581

15.1.2024

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006  (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/581)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem tas-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2024) 8

8 ta’ Jannar 2024

4-Nonilfenol, ramifikat u lineari, etossilat (4-NPnEO)

Nru KE-; Nru CAS-

Fysol S.A.S., 130 avenue des Follaz, 73000, Chambéry, Franza

REACH/23/40/0

Taħlit ta’ reżina epossidika li fiha 4-NPnEO, li jirriżulta f’taħlitiet li jkun fihom inqas minn 0,1 % piż skont il-piż (w/w) ta’ 4-NPnEO għall-manifattura ta’ oġġetti tal-fibra tal-ħġieġ għall-partijiet komposti kritiċi tal-ħelikopters

31 ta’ Diċembru 2025

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata.


(1)   ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1

(2)  Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/581/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)