European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6196

15.10.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2693 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2042 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea.

(C/2024/6196)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2693 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1284/2009 (3), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2042 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq ikomplu jissodisfaw il-kriterju stabbilit fid-Deċiżjoni 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2024/2693 u fir-Regolament (UE) Nru 1284/2009, kif emendat bir-Regolament (UE) 2022/2042 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea u għalhekk għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjonijiet ta' dawn il-persuni jidhru fl-entrata rilevanti f'dawk l-Annessi.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1284/2009, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 8 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba quddiem il-Kunsill qabel l-20 ta' Ġunju 2025 , flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn li jenħtieġ li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2024/2693, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea.

Tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10.

(2)   ĠU L, 2024/2693, 15.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2693/oj.

(3)   ĠU L 346, 23.12.2009, p. 26.

(4)   ĠU L 275, 25.10.2022, p. 48.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6196/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)