|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1079 |
15.12.2023 |
P9_TA(2023)0125
Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE/Euratom/Ukrajna: il-liberalizzazzjoni temporanja tal-kummerċ li tissupplimenta l-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Mejju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liberalizzazzjoni temporanja tal-kummerċ li tissupplimenta l-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (COM(2023)0106 – C9-0027/2023 – 2023/0051(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2023/1079)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0106), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0027/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta’ April 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0165/2023), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2023)0051
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta’ Mejju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ temporanji li jissupplimenta l-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2023/1077.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1079/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)