<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑424/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0424</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:780">EU:C:2016:780</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20161019">19.10.2016</DATE> – KAWŻA C‑424/15</P><P>ORMAETXEA GARAI U LORENZO ALMENDROS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20161019">19 ta’ Ottubru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2002/21/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Imparzjalità u indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Riforma istituzzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Amalgamazzjoni ta’ awtorità regolatorja nazzjonali ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra</KEYWORD><KEYWORD>Terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol tal-President u ta’ kunsillier ta’ awtorità regolatorja nazzjonali amalgamata qabel l-iskadenza tal-mandati tagħhom</KEYWORD><KEYWORD>Raġuni għat-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol mhux prevista mid-dritt nazzjonali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑424/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Supremo (qorti suprema, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150703">3 ta’ Lulju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Xabier Ormaetxea Garai,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Bernardo Lorenzo Almendros</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Administración del Estado,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Prechal, A. Rosas, C. Toader u E. Jarašiūnas (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Rubio González, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn J. Van Holm u M. Jacobs, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn J. Langer kif ukoll minn M. Bulterman u M. de Ree, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Rius u G. Braun kif ukoll minn L. Nicolae, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol, 29, p. 349), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="37" DATE.PUB="2009">ĠU L 337, p. 37</REF.DOC.OJ> u rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="241" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 241, p. 8</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva Qafas<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Xabier Ormaetxea Garai u Bernardo Lorenzo Almendros mal-Administración del Estado (amministrazzjoni tal-Istat, Spanja) fir-rigward tad-digrieti rjali li temmew il-mandati tagħhom, rispettivament, ta’ kunsillier u ta’ President mal-Comisión del Mercado de las Telecomunicaciones (kummissjoni tas-suq tat-telekomunikazzjonijiet, Spanja, iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>CMT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), awtorità regolatorja nazzjonali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ARN<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) fis-sens tad-Direttiva Qafas.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva Qafas</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 11 tad-Direttiva Qafas tistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Skond il-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet regolatorji u operazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza ta’ [ARN] bil-ħsieb li jiżguraw l-imparzjalità tad-deċiżjonijiet tagħhom. Il-ħtieġa ta’ l-indipendenza hija mingħajr preġudizzju għall-awtonomija istituzzjonali u l-obbligazzjonijiet kostituzzjonali ta’ l-Istati Membri jew tal-prinċipju ta’ newtralità fir-rigward tar-regoli fl-Istati Membri li jirregolaw is-sistema tas-sidien tal-proprjetà preskritta f’Artikolu [345 TFUE]. L-awtoritajiet nazzjonali regolatorji għandhom ikunu fil-pussess tar-riżorsi kollha meħtieġa, fir-rigward tan-numru ta’ impjegati, kapaċità, u mezzi finanzjarji, għat-twettieq tax-xogħol tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(g) tad-Direttiva Qafas jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[ARN]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> bħala li jfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>il-korp jew kopri fdati minn Stat Membru b’xi wieħed mix-xogħlijiet regolatorji assenjati f’din id-Direttiva jew fid-Direttivi Speċifiċi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. L-Artikolu 2(l) jelenka d-direttivi li, minbarra d-Direttiva Qafas, jifformaw il-qafas regolatorju applikabbli fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u li huma koperti mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Direttivi Speċifiċi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2009/140 introduċiet fl-Artikolu 3 tal-verżjoni inizjali tad-Direttiva Qafas, il-paragrafi ġodda 3 sa 3c, dwar l-indipendenza tal-ARN. Il-premessa 13 tad-Direttiva 2009/140 tippreċiża f’dan ir-rigward li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-indipendenza tal-[ARN] għandha tissaħħaħ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni iktar effettiva tal-qafas regolatorju u biex tiżdied l-awtorità tagħhom u l-prevedibbiltà fid-deċiżjonijiet tagħhom. Għal dan il-għan, għandha ssir dispożizzjoni espressa fil-liġi nazzjonali biex jiġi żgurat li, fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħha, l-[ARN] responsabbli għar-regolament tas-suq ex ante jew għar-riżoluzzjoni ta’<?PAGE NO="3"?> kwistjonijiet bejn impriżi tkun protetta mill-interventi esterni jew pressjoni politika li jistgħu jipperġudikaw l-evalwazzjoni indipendenti tagħha ta’ materji li jiġu quddiemha. […] Għal dak il-għan, għandhom jiġu stabbiliti minn qabel regoli dwar ir-raġunijiet għat-tkeċċija tal-kap tal-awtorità regolatorja nazzjonali, sabiex jitneħħa kull dubju dettat mir-raġuni dwar in-newtralità ta’ dik l-entità u l-kapaċità tagħha li ma tkunx influwenzata minn fatturi esterni. Huwa importanti li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali responsabbli għar-regolament tas-suq ex ante jkollhom il-baġit tagħhom stess, partikolarment sabiex ikunu jistgħu jirreklutaw għadd suffiċjenti ta’ persunal kwalifikat. Biex tiġi żgurata t-trasparenza, dan il-baġit għandu jiġi pubblikat kull sena.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva Qafas intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[ARN]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull wieħed mix-xogħlijiet assenjati lill-[ARN] f’din id-Direttiva u fid-Direttiva Speċifiċi jitwettaq minn korp kompetenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza ta’ l-[ARN] billi jassiguraw li jkun legalment distinti minn u funzjonalment indipendenti mill-organizzazzjonijiet kollha li jipprovdu networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, apparat jew servizzi. L‑Istati Membri li jżommu l‑proprjetà jew jikkontrollaw intrapriżi li jipprovdu networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u/jew servizzi għandhom jassiguraw is‑separazzjoni strutturali effettiva tal‑funzjoni regolatorja mill‑attivitajiet assoċjati mal‑proprjetà jew kontroll.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-[ARN] jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod imparzjali, trasparenti u tempestiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-[ARN] jkollhom ir-riżorsi umani u finanzjarji xierqa biex iwettqu d-dmirijiet assenjati lilhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003A"><NO.PARAG>3a</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5, [ARN] responsabbli għal regolazzjoni tas-suq ex-ante jew għar-riżoluzzjoni ta’ disputi bejn impriżi […] għandhom jaġixxu indipendentement u m’għandhom jitolbu jew jieħdu struzzjonijiet minn ebda korp fir-rigward tal-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti assenjati lilhom taħt il-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi Komunitarja. Dan ma għandux ifixkel is-superviżjoni skont il-liġi kostituzzjonali nazzjonali. Korpi ta’ appell biss stabbiliti skont l-Artikolu 4 għandu jkollhom is-setgħa jissospendu jew idawru deċiżjonijiet mill-[ARN].</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap ta’ [ARN], jew fejn applikabbli, il-membri tal-korp kolleġġjali li jkopri dik il-funzjoni f’[ARN] msemmija fl-ewwel subparagrafu jew is-sostituti tagħhom ikunu jistgħu jitkeċċew biss jekk ma jissodisfawx iktar il-kondizzjonijiet mitluba għat-twettiq ta’ dmirijiethom li jkunu stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali. Id-deċiżjoni biex jitkeċċa l-kap tal-[ARN], jew fejn applikabbli biex jitkeċċew il-membri tal-korp kolleġġjali li jkopri dik il-funzjoni għandha ssir pubblika fiż-żmien tat-tkeċċija. Il-kap imkeċċi tal-[ARN], jew fejn applikabbli l-membri tal-korp kolleġġjali li jkopri dik il-funzjoni, għandhom jirċievu dikjarazzjoni ta’ raġunijiet u għandu jkollhom id-dritt jitolbu l-pubblikazzjoni tagħha, jekk din ma tkunx ser issir, f’liema każ hija tiġi pubblikata.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li [ARN] msemmija fl-ewwel subparagrafu jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu pubblikati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-[ARN] jkollhom riżorsi umani u finanzjarji xierqa sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem b’mod attiv fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) [ikkostitwit bir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE>, li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 337, p. 1</REF.DOC.OJ>)], kif ukoll jagħtu l-kontribut tagħhom lil dan il-Korp.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ix-xogħlijiet imwettqa mill-[ARN] f’forma faċilment aċċessibbli, b’mod partikolari fejn dawk ix-xogħlijiet huma assenjati lill-aktar minn korp wieħed. L-Istati Membri għandhom jassiguraw, fejn xieraq, konsultazzjoni u koperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet, u bejn dawk l-awtoritajiet u l-awtoritajiet nazzjonali fdati bl-implimentazzjoni tal-liġi tal-konsumatur, dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-[ARN] u l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għandhom jipprovdu lill-xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-[ÀRN] kollha assenjati xogħlijiet taħt din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi, u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Dritt ta’ appell<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprevedi, essenzjalment, li l-Istati Membri jiżguraw mekkaniżmi effettivi, fil-livell nazzjonali, li kull utent u impriża li jkunu affettwati minn deċiżjoni ta’ ARN jkollhom id-dritt li jappellaw kontra d-deċiżjoni quddiem organu li jkun indipendenti mill-partijiet ikkonċernati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 95/46/KE</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE>, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355), huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Awtorità ta’ superviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. L-Artikolu 28(1) jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kull Stat Membru għandu jipprovdi li awtorità pubblika waħda jew aktar ikunu responsabbli tas-sorveljanza tal-applikazzjoni fit-territorju tiegħu tad-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri skont din id-Direttiva.</ALINEA><ALINEA>Dawn l-awtoritajiet għandhom jaġixxu b’indipendenza sħiħa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet fdati lilhom.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-Real Decreto-Ley 6/1996 de Liberalización de las Telecomunicaciones (Digriet Leġiżlattiv Irjali 6/1996, dwar il-liberalizzazzjoni tat-telekomunikazzjonijiet), tas-<DATE ISO="19960607">7 ta’ Ġunju 1996</DATE> (BOE Nru 139, tat-<DATE ISO="19960608">8 ta’ Ġunju 1996</DATE>, p. 18973), kien stabbilixxa ċ-CMT bħala korp indipendenti inkarigat sabiex jissorvelja l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet kif ukoll sabiex jarbitra bejn l-operaturi f’dan is-settur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Ley 2/2011 de Economía Sostenible (Liġi 2/2011, dwar l-ekonomija sostenibbli), tal-<DATE ISO="20110304">4 ta’ Marzu 2011</DATE> (BOE Nru 55, tal-<DATE ISO="20110305">5 ta’ Marzu 2011</DATE>, p. 25033), kellha l-għan li tirriforma l-istatut ta’ ċerti organi regolatorji u ta’ superviżjoni eżistenti, sabiex b’mod partikolari ssaħħaħ l-indipendenza tagħhom. L-Artikolu 13 tiegħu stabbilixxa regoli ġodda dwar il-ħatra tal-president u tal-kunsilliera ta’ dawn l-organi, it-tul tal-mandat tagħhom u l-modalitajiet ta’ tiġdid tagħhom. Dan l-artikolu, li b’mod partikolari japplika għaċ-CMT, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-President u l-kunsilliera huma maħtura mill-gvern permezz ta’ digriet irjali adottat fuq proposta tal-ministru kompetenti; huma magħżula minn fost persuni li l-awtorità u l-abbiltà professjonali tagħhom kienu magħrufa, wara li l-ministru u l-persuni proposti bħala president u kunsilliera jkunu nstemgħu mill-kummissjoni korrispondenti tal-Congreso de los Diputados (kungress tad-deputati, Spanja) […]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-mandat tal-President u tal-kunsilliera huwa ta’ sitt snin mingħajr ma jkunu jistgħu jiġu eletti mill-ġdid bħala membri tal-kunsill. Il-kunsilliera huma mġedda parzjalment sabiex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-kontinwità tal-kunsill.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-Liġi 2/2011 jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Il-President u l-kunsilliera jieqfu milli jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>permezz ta’ riżenja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fl-iskadenza tal-mandat tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>minħabba f’inkompatibbiltà <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>insegwitu għal kundanna għal reat intenzjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>minħabba f’inkapaċità permanenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>permezz tat-tmiem tal-impjieg deċiż mill-gvern f’każ ta’ ksur gravi tad-dmirijiet marbuta mal-kariga tagħhom jew il-ksur tal-obbligi f’materja ta’ inkompatibbiltajiet, ta’ kunflitti ta’ interess u tad-dmir ta’ diskrezzjoni. […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Id-disa’ dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi 2/2011 tistabbilixxi miżuri tranżitorji intiżi għall-adattament tal-kompożizzjoni tal-kunsilli tal-organi regolatorji u ta’ superviżjoni kkonċernati u tal-Comisión Nacional de la Competencia (kummissjoni nazzjonali tal-kompetizzjoni, Spanja) għar-riforma li din il-liġi kienet timplementa. Din id-dispożizzjoni tipprevedi b’mod partikolari li, f’terminu ta’ xahrejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, il-gvern irid, permezz ta’ digriet irjali, ikeċċi lill-membri tal-kunsilli tal-organi li l-mandat tagħhom kien skada fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet irjali, li l-ħatra tal-presidenti l-ġodda sseħħ fi tmiem l-mandati tal-presidenti fil-kariga, u li l-kunsilliera l-ġodda kellhom jinħatru meta n-numru ta’ kunsilliera fil-kariga li l-mandat tagħhom kien sejjer jispiċċa kien ser ikun inqas minn sitta. Fir-rigward tal-viċi presidenti, din id-dispożizzjoni tipprevedi li, fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Liġi 2/2011, dawn kellhom jibqgħu jeżerċitaw il-kariga tagħhom sal-iskadenza tal-mandat tagħhom, u wara dan il-kariga ta’ viċi president ta’ kull organu kellu jitħassar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20110510">10 ta’ Mejju 2011</DATE> ġew ippubblikati r-Real Decreto 667/2011 por el que se nombra Presidente de la Comisión del Mercado de las Telecomunicaciones a don Bernardo Lorenzo Almendros (Digriet Irjali 667/2011 li jaħtar lil B. L. Almendros bħala President tal-kummissjoni tas-suq tat-telekomunikazzjonijiet), tad-<DATE ISO="20110509">9 ta’ Mejju 2011</DATE> (BOE Nru 111 tal-<DATE ISO="20110510">10 ta’ Mejju 2011</DATE>, p 47215) kif ukoll ir-Real Decreto 669/2011 por el que se nombra Consejero de la Comisión del Mercado de las Telecomunicaciones a don Xabier Ormaetxea Garai (Digriet Irjali 669/2011 li jaħtar lil X. Ormaetxea Garai bħala kunsillier tal-kummissjoni tas-suq tat-telekomunikazzjonijiet), tad-<DATE ISO="20110509">9 ta’ Mejju 2011</DATE> (BOE Nru 111 tal-<DATE ISO="20110510">10 ta’ Mejju 2011</DATE>, p. 47217). Dawn il-ħatriet twettqu konformement mal-Artikolu 13 u mad-disa’ dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi 2/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Ley 3/2013 de creación de la Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia (Liġi 3/2013 li tistabbilixxi l-kummissjoni nazzjonali tas-swieq u tal-kompetizzjoni), tal-<DATE ISO="20130604">4 ta’ Ġunju 2013</DATE> (BOE Nru 134, tal-<DATE ISO="20130605">5 ta’ Ġunju 2013</DATE>, p. 42191), ħassret l-Artikolu 13 tal-Liġi 2/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-preambolu tal-Liġi 3/2013 jippreċiża b’mod partikolari li r-riforma li din il-leġiżlazzjoni tqiegħed fis-seħħ, li tikkonsisti fil-ħolqien tal-Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia (kummissjoni nazzjonali tas-swieq u tal-kompetizzjoni, Spanja, iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>CNMC<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), li ser jgħaqqad il-funzjonijiet relatati mal-funzjonament tajjeb tas-swieq u tas-setturi ssorveljati sa dakinhar minn awtoritajiet regolatorji differenti, hija intiża sabiex iżżid l-ekonomiji ta’ skala u tiżgura l-koerenza u l-effettività tar-regolament tal-industriji kollha tan-netwerk, għall-benefiċċju tal-konsumaturi u<?PAGE NO="6"?> tal-utenti. Dan il-preambolu jindika wkoll li ċ-CNMC għandu personalità ġuridika għalih u li għandu kapaċità pubblika u privata u li qed jaġixxi f’konformità sħiħa mal-liġi, f’awtonomija organika u funzjonali u indipendentement mill-gvern, mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u mill-interessi tal-intrapriżi u dawk kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tal-Liġi 3/2013, iċ-CNMC huwa nkarigat mis-sorveljanza u mill-kontroll tal-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Artikoli oħra ta’ din il-liġi kienu jinkarigawh b’funzjonijiet oħra, bħal li jippreżerva u jippromwovi l-kompetizzjoni fuq is-swieq kollha u s-setturi produttivi kif ukoll sabiex jissorvelja u jikkontrolla s-swieq tal-elettriku u tal-gass, is-settur postali, is-suq tax-xandir u s-settur ferrovjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>It-tieni dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi 3/2013, tiddisponi fil-paragrafu 1 tagħha, li t-twaqqif taċ-CNMC iwassal għat-tneħħija tal-kummissjoni nazzjonali tal-kompetizzjoni, tal-Comisión Nacional de Energía (kummissjoni nazzjonali tal-elettriku, Spanja), taċ-CMT, tal-Comisión Nacional del Sector Postal (kummissjoni nazzjonali tas-settur postali, Spanja), tal-Comité de Regulación Ferroviaria (kumitat tar-regolazzjoni ferrovjarja, Spanja) tal-Comisión Nacional del Juego (kummissjoni nazzjonali tal-logħob tal-flus u tal-ażżard, Spanja), tal-Comisión de Regulación Económica Aeroportuaria (kummissjoni ta’ regolazzjoni ekonimika tal-ajruporti, Spanja) u tal-Consejo Estatal de Medios Audiovisuales (kunsill tal-istat dwar ix-xandir, Spanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(1) tal-Liġi 3/2013 jipprevedi essenzjalment l-istess raġunijiet tat-tmiem tal-kariga tal-membri tal-kunsill li jmexxi l-kummissjoni nazzjonali tas-swieq u tal-kompetizzjoni bħal dawk li jissemmew fl-Artikolu 16 tal-Liġi 2/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-Real Decreto 657/2013 por el que se aprueba el Estatuto Orgánico de la Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia (Digriet Irjali 657/2013, dwar l-adozzjoni ta’ statut organiku taċ-CNMC), ġie adottat fit-<DATE ISO="20130830">30 ta’ Awwissu 2013</DATE> (BOE Nru 209, tal-<DATE ISO="20130831">31 ta’ Awwissu 2013</DATE>, p. 63623).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20130910">10 ta’ Settembru 2013</DATE> ġew ippubblikati d-Digrieti Rjali tad-<DATE ISO="20130909">9 ta’ Settembru 2013</DATE> li jaħtru lill-President, lill-Viċi President u lill-kunsilliera taċ-CNMC (BOE Nru 217, p. 66444 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20131011">11 ta’ Ottubru 2013</DATE> ġew adottati r-Real Decreto 795/2013 por el que se dispone el cese de don Bernardo Lorenzo Almendros como Presidente de la Comisión del Mercado de las Telecomunicaciones (Digriet Irjali 795/2013, li jneħħi lil B. Lorenzo Almendros mill-funzjonijiet tiegħu ta’ President tal-kummissjoni tas-suq tat-telekomunikazzjonijiet) (BOE Nru 247, tal-<DATE ISO="20131015">15 ta’ Ottubru 2013</DATE>, p. 83736) kif ukoll ir-Real Decreto 800/2013 por el que se dispone el cese de don Xabier Ormaetxea Garai como Consejero de la Comisión del Mercado de las Telecomunicaciones (Digriet Irjali 800/2013, li jneħħi lil X. Ormaetxea Garai mill-funzjonijiet tiegħu ta’ kunsillier tal-kummissjoni tas-suq tat-telekomunikazzjonijiet) (BOE Nru 247, tal-<DATE ISO="20131015">15 ta’ Ottubru 2013</DATE>, p. 83741). Dawn iż-żewġ Digrieti Rjali jipprevedu li dawn it-terminazzjonijiet tar-relazzjoni tax-xogħol kellhom effett retroattiv għas-<DATE ISO="20131007">7 ta’ Ottubru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>X. Ormaetxea Garai u B. Lorenzo Almendros jikkontestaw quddiem it-Tribunal Supremo (qorti suprema, Spanja) id-Digrieti Rjali 795/2013 u 800/2013 li ċaħħduhom mill-mandati tagħhom, rispettivament, ta’ kunsillier u ta’ President għaċ-CMT. Insostenn tar-rikors tagħhom, huma jsostnu b’mod partikolari li t-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom tikser l-Artikolu 3(3a) tad-Direttiva Qafas, minħabba li permezz ta’ dawn id-digrieti rjali, intemmu il-funzjonijiet tagħhom qabel l-iskadenza tal-mandati tagħhom mingħajr raġuni legali għat-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol, b’dawn ir-raġunijiet ikunu indikati b’mod eżawrjenti fid-dritt nazzjonali. Huma jenfasizzaw<?PAGE NO="7"?> ukoll li l-adozzjoni ta’ tali digrieti rjali ma kienet ippreċeduta minn l-ebda proċedura dixxiplinari, li dawn ma humiex immotivati u li r-raġunijiet għat-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol tagħhom ma ġewx ikkomunikati lilhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, waqt li tagħmel riferiment għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3a) tad-Direttiva Qafas u għas-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080306">6 ta’ Marzu 2008</DATE>, <NAME.CASE>Comisión del Mercado de las Telecomunicaciones</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑82/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:143">EU:C:2008:143</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101006">6 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140408">8 ta’ April 2014</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Ungerija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑288/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:237">EU:C:2014:237</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jekk il-ħolqien ta’ organu wieħed ta’ superviżjoni u ta’ regolamentazzjoni tas-swieq u tal-kompetizzjoni, li jamalgama flimkien numru ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali li kienu responsabbli minn setturi differenti, inkluż l-ARN fis-sens tad-Direttiva Qafas, huwiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, skont din il-qorti, din tal-aħħar tista’ tiġi mifhuma fis-sens li teżiġi li, sabiex l-indipendenza kif ukoll il-kompetenza teknika tal-ARN fis-sens ta’ din id-direttiva jiġu żgurati b’mod adegwat, dawn għandhom ikunu mgħammra bi struttura indipendenti li ma hijiex integrata f’entità oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar il-fatt jekk, matul tali riforma istituzzjonali, u li kieku wieħed kellu jassumi li dan huwa validu taħt id-Direttiva Qafas, huwiex possibbli li ma jiġix irrispettat it-tul kollu tal-mandati inizjalment mogħtija lill-kunsilliera u lill-President tal-ARN li kienu preċedentement fil-kariga. F’dan ir-rigward, hija tirrileva li tali riforma u t-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol li tirriżulta minnha jistgħu jiġu koperti mil-libertà tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-mudell tal-ARN tagħhom. Madankollu, il-fatt li din ir-riforma wasslet għat-terminazzjoni bikrija tal-mandati tal-kunsilliera preċedentement maħtura meta ma kien hemm ebda raġuni stabbilita għat-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol espressament prevista fl-Artikolu 16 tal-Liġi 2/2011, u fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji li jippermettu l-ikkompletar ta’ dawn il-mandati, fil-fehma tagħha, dan seta’ jiġi kkunsidrat bħala li huwa kuntrarju għar-rekwiżit ta’ indipendenza tal-ARN previst fl-Artikolu 3(2) u (3a) tad-Direttiva Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, din il-qorti tar-rinviju tistaqsi b’mod partikolari jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>indipendenza<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tal-ARN taħt id-Direttiva Qafas għandux jiġi interpretat fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet żviluppati fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140408">8 ta’ April 2014</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Ungerija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑288/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:237">EU:C:2014:237</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ indipendenza tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-data personali previst fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Supremo (qorti suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1)</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tad-[Direttiva Qafas] tippermetti li jitqies li, mill-perspettiva tal-ħarsien effettiv tal-interessi ġenerali li għandu jiġi ggarantit mill-awtorità nazzjonali regolatorja [fil-qasam ta’ netwerks u tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi], il-ħolqien mil-leġiżlatur nazzjonali ta’ awtortià regolatorja u ta’ superviżjoni bbażata fuq mudell istituzzjonali mhux speċjalizzat, li jgħaqqad taħt organu wieħed l-awtoritajiet ta’ superviżjoni li kienu jeżistu sa dakinhar b’mod partikolari fil-qasam tal-enerġija, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-kompetizzjoni, huwa kompatibbli ma din id-direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-rekwiżiti ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>indipendenza<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> tal-[ARN], li għalihom jagħmlu riferiment l-Artikoli 3(2) u 3a tad-[Direttiva Qafas] għandhom ikunu analogi għal dawk imposti mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ supervizjoni tal-protezzjoni tad-data personali dis-sens tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46[…]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza li tinsab fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja […] tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140408">8 ta’ April 2014</DATE> [Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs L‑Ungerija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑288/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:237">EU:C:2014:237</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>),] tista’ tiġi applikata għal każ fejn il-persuni responsabbli għal [ARN] jingħataw is-sensja qabel ma jintemm il-mandat tagħhom minħabba qafas legali ġdid li joħloq awtorità ta’ superviżjoni li tiġbor taħtha diversi […] setturi […]? Din is-sensja<?PAGE NO="8"?> antiċipata, biss minħabba d-dħul fis-seħħ ta’ liġi nazzjonali ġdida u mhux minħabba l-għajbien <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT> tar-rekwiżiti <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tal-aġenti tagħhom, li kienu ġew stabbiliti minn qabel fid-dritt nazzjonali, tista’ titqies kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(3a) tad-[Direttiva Qafas]?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva Qafas għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonsisti fil-fatt li jiġu amalgamati ARN, fis-sens ta’ din id-direttiva, ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra, bħalma huma dawk responsabbli mill-kompetizzjoni, mis-settur postali u mis-settur tal-enerġija, sabiex jinħoloq organu regolatur multisettorjali responsabbli b’mod partikolari mill-kompiti assenjati lill-ARN, fis-sens ta’ din l-aħħar direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Taħt l-Artikolu 2(g) tad-Direttiva Qafas, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ARN<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jindika l-organu jew l-organi fdati minn Stat Membru b’xi wieħed mix-xogħlijiet regolatorji assenjati f’din id-Direttiva Qafas jew fid-Direttivi Speċifiċi. Madankollu, hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat, la d-Direttiva Qafas u lanqas id-Direttivi Speċifiċi ma jindikaw il-korpi tal-Istati Membri li dawn tal-aħħar għandhom jafdawlhom il-kompiti regolatorji mogħtija lill-ARN tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101006">6 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li mill-Artikolu 288 TFUE jirriżulta li l-Istati Membri, waqt it-traspożizzjoni ta’ direttiva, għandhom l‑obbligu jiżguraw effett sħiħ ta’ din, waqt li jiddisponu minn marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa fl-għażla tal-mezzi u tal-metodi sabiex jiżguraw l-implementazzjoni tagħha. Għalhekk din il-libertà ma taffetwax l‑obbligu li kull wieħed mill-Istati Membri destinatarji għandu li jadotta kull miżura neċessarja sabiex jiżgura l‑effett sħiħ tad-direttiva kkonċernata, konformement mal-għan imfittex mid-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101006">6 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jekk, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Istati Membri jgawdu minn awtonomija istituzzjonali fl-organizzazzjoni u fl-istrutturazzjoni tal-ARN tagħhom fis-sens tal-Artikolu 2(g) tad-Direttiva Qafas, din l-awtonomija tista’ tiġi eżerċitata biss b’osservanza tal-għanijiet u tal-obbligi stabbiliti f’din id-direttiva (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080306">6 ta’ Marzu 2008</DATE>, <NAME.CASE>Comisión del Mercado de las Telecomunicaciones</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑82/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:143">EU:C:2008:143</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101006">6 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>KPN</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑85/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:610">EU:C:2015:610</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, Stat Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ riforma istituzzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jagħti lill-organu regolatorju multisettorjali l-kompiti tal-ARN taħt id-Direttiva Qafas u id-Direttivi Speċifiċi ħlief jekk fl-eżerċizzju ta’ dawn il-kompiti, dan l-organu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ organizzazzjoni u ta’ ġestjoni li għalihom l‑imsemmija direttivi jissuġġettaw lill-ARN (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101006">6 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jirriżulta mill-Artikolu 3(1) sa (3) tad-Direttiva Qafas li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull wieħed mill-kompiti mogħtija lill-ARN jitwettaq minn organu kompetenti, għandhom jiggarantixxu l‑indipendenza ta’ dawn l‑ARN billi jiżguraw li jkunu legalment distinti minn u funzjonalment indipendenti mill-organizzazzjonijiet kollha li jipprovdu netwerks, apparat jew servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, u għandhom jiżguraw li l-imsemmija ARN jeżerċitaw is-setgħat tagħhom imparzjalment, b’mod trasparenti u fil-ħin u li huma għandhom ir-riżorsi umani u finanzjarji sabiex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 3(3a) tad-Direttiva Qafas, bla ħsara għall-każijiet ta’ konsultazzjoni u ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra previsti fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-artikolu, l-ARN responsabbli għar-regolament tas-suq <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> jew għar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet bejn impriżi għandhom jaġixxu indipendentement u ma għandhomx jitolbu jew jieħdu struzzjonijiet minn ebda korp ieħor fir-rigward tal-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti assenjati lilhom. Permezz ta’ dan l-istess Artikolu 3(3a), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali ARN jkollhom baġits annwali separati, li jiġu ppubblikati, u li dawn l-ARN jiddisponu minn riżorsi finanzjarji u umani xierqa sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem b’mod attiv u jagħtu kontribut lill-BEREC.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(4) u (6) tad-Direttiva Qafas jipprevedi wkoll li l-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-kompiti li għandhom jitwettqu mill-ARN b’mod faċilment aċċessibbli u li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ARN kollha assenjati xogħlijiet taħt id‑Direttiva Qafas u d‑Direttivi Speċifiċi, kif ukoll ir‑responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, konformement mal-Artikolu 4 tal-istess direttiva, id‑deċiżjonijiet tal-ARN għandhom ikunu appellabbli quddiem korp indipendenti mill-partijiet involuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li d-Direttiva Qafas ma tipprekludix, bħala prinċipju, li ARN, fis-sens ta’ din id-direttiva, jiġu amalgamati ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra u li dawn flimkien jifformaw organu wieħed ta’ regolamentazzjoni multisettorjali sakemm, fl-eżerċizzju tal-kompiti li d-Direttiva Qafas u d-Direttivi Speċifiċi jattribwixxu lill-ARN, dan l-organu jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kompetenza, ta’ indipendenza, ta’ imparzjalità u ta’ trasparenza previsti mid-Direttiva Qafas u li d‑deċiżjonijiet li huwa jieħu jistgħu jiġu appellati quddiem organu indipendenti mill-partijiet involuti (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101006">6 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Base <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑389/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:584">EU:C:2010:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>KPN</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑85/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:610">EU:C:2015:610</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk iċ-CNMC issodisfax dawn ir-rekwiżiti meta jintervjeni fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħala ARN. F’dan ir-rigward, madankollu, jista’ jiġi osservat li jidher li jirriżulta mil-Liġi 3/2013 li din fiha d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jiżguraw li ċ-CNMC jeżerċita l-funzjonijiet attribwiti lill-ARN mid-Direttiva Qafas u mid-Direttivi Speċifiċi, li ċ-CNMC huwa strutturat sabiex jirrifletti l-funzjonijiet differenti assenjati lilu, li l-korpi governattivi tiegħu huma komposti minn membri li l-awtorità u l-kompetenza professjonali tagħhom hija rikonoxxuta fl-oqsma li fihom iċ-CNMC huwa responsabbli u li għandu assi indipendenti minn dawk tal-amministrazzjoni ġenerali Spanjola kif ukoll awtonomija suffiċjenti u l-kapaċità ġuridika neċessarja għall-ġestjoni tar-riżorsi tiegħu. Jirriżulta wkoll mit-termini tal-Liġi 3/2013 li huma previsti rimedji ġudizzjarji kontra d-deċiżjonijiet taċ-CNMC.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata lill-ewwel domanda hija li d-Direttiva Qafas għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonsisti fil-fatt li ARN, fis-sens ta’ din id-direttiva, jiġu amalgamati ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra, bħalma huma dawk responsabbli mill-kompetizzjoni, mis-settur postali u mis-settur tal-enerġija, sabiex jinħoloq organu regolatur multisettorjali responsabbli b’mod partikolari mill-kompiti assenjati lill-ARN, fis-sens ta’ din id-direttiva, sakemm, fl-eżerċizzju ta’ dawn il-kompiti, dan l-organu jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kompetenza, ta’ indipendenza, ta’ imparzjalità u ta’ trasparenza previsti minn din u li d‑deċiżjonijiet li huwa jieħu jistgħu jiġu appellati quddiem organu indipendenti mill-partijiet involuti, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domandi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u tat-tielet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(3a) tad-Direttiva Qafas għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-President u l-kunsillier tal-ARN li qed jiġi amalgamat jiġu mkeċċija qabel l-iskadenza tal-mandati tagħhom, mis-sempliċi fatt li kien hemm riforma istituzzjonali li tikkonsisti fil-fatt li jiġu<?PAGE NO="10"?> amalgamati ARN, responsabbli għar-regolament tas-suq <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> jew għar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet bejn impriżi, ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra sabiex jinħoloq organu regolatorju multisettorjali inkarigat b’mod partikolari mill-kompiti mogħtija lill-ARN, fis-sens ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3a) tad-Direttiva Qafas jipprevedi, essenzjalment, li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap ta’ ARN responsabbli għar-regolament tas-suq <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> jew għar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet bejn impriżi jew, fejn applikabbli, il-membri tal-korp kolleġġjali li jkopri dik il-funzjoni f’ARN jistgħu jitkeċċew biss jekk ma jissodisfawx iktar il-kundizzjonijiet mitluba għat-twettiq ta’ dmirijiethom li jkunu stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, skont din id-dispożizzjoni, id-deċiżjoni ta’ terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol għandha ssir pubblika u r-raġunijiet għal din it-terminazzjoni għandhom jiġu kkomunikati lill-kap imkeċċi jew lill-membri mkeċċija tal-korp kolleġġjali li jkopru din il-funzjoni, li għandhom id-dritt li jistaqsu għall-pubblikazzjoni tagħhom, jekk dan ma jsirx awtomatikament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li huwa stabbilit, minn naħa, li ċ-CMT, li kien inkarigat mir-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet bejn impriżi tas-settur tat-telekomunikazzjoni, kien immexxi minn korp kolleġġjali u, min-naħa l-oħra, li t-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol tal-President u tal-kunsillier taċ-CMT, rikorrenti fil-kawża prinċipali, li seħħet qabel l-iskadenza tal-mandati rispettivi tagħhom, tirriżulta mhux mill-applikazzjoni ta’ waħda mir-raġunijiet għat-tmiem tal-funzjonijiet tagħhom hekk kif kienet prevista fl-Artikolu 16 tal-Liġi 2/2011, iżda mir-riforma istituzzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li wasslet għat-tneħħija taċ-CMT u għat-tkomplija tal-kompiti ta’ ARN ta’ din tal-aħħar miċ-CNMC, fis-sens tad-Direttiva Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Huwa stabbilit ukoll li għalkemm, matul ir-riforma li rriżultat mil-Liġi 2/2011, kienu previsti miżuri tranżitorji, dan ma kienx il-każ matul ir-riforma li rriżultat mil-Liġi 3/2013, li kellha l-effett li ttemm prematurament il-mandati tal-President u tal-kunsilliera taċ-CMT, mandati miżmuma mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat, fid-dawl tal-kliem tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3a) tad-Direttiva Qafas, li t-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni, peress li dan seħħ għal raġuni differenti mill-fatt, għal dawn ir-rikorrenti, li ma baqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, hekk kif iddefiniti minn qabel fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, madankollu, tistaqsi dwar il-fatt jekk, minħabba l-awtonomija istituzzjonali mogħti lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni u fl-istrutturar tal-ARN tagħhom, riforma istituzzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali setgħatx tikkostitwixxi madankollu raġuni valida għat-terminazzjoni bikrija tar-relazzjoni tax-xogħol, mingħajr ma tolqot l-indipendenza tal-ARN hekk kif hija ggarantita mid-Direttiva Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li jekk l-Artikolu 3 tad-Direttiva Qafas, fil-verżjoni oriġinali tiegħu, kien, essenzjalment, konformement mal-premessa 11 ta’ din id-direttiva, jiggarantixxi l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ARN billi jiżgura s-separazzjoni tal-funzjonijiet regolatorji u operazzjonali, il-leġiżlatur tal-Unjoni, bid-Direttiva 2009/140 u hekk kif indikat bil-premessa 13 ta’ din, kellu l-intenzjoni li jsaħħaħ l-indipendenza tal-ARN sabiex jiżgura applikazzjoni iktar effettiva tal-qafas regolatorju u sabiex tiżdied l-awtorità tagħhom u l-prevedibbiltà tad-deċiżjonijiet tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑240/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:608">EU:C:2016:608</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-premessa 13 tad-Direttiva 2009/140 għalhekk tistabbilixxi li għal dan il-għan għandha ssir dispożizzjoni espressa fil-liġi nazzjonali biex jiġi żgurat li, fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħha, ARN responsabbli għar-regolament tas-suq <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> jew għar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet bejn impriżi tkun protetta mill-interventi esterni jew mill-pressjoni politika li jistgħu jippreġudikaw l-evalwazzjoni indipendenti tagħha ta’ materji li jiġu quddiemha u li, għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti minn<?PAGE NO="11"?> qabel regoli dwar ir-raġunijiet għat-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol tal-kap tal-ARN sabiex jitneħħa kull dubju raġonevoli dwar in-newtralità ta’ dan l-organu u dwar li ma jkunx influwenzat minn fatturi esterni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, dan l-għan tat-tisħiħ tal-indipendenza u tal-imparzjalità tal-ARN minn issa ’l quddiem imfittex mid-Direttiva Qafas, li huwa espress fl-Artikolu 3(3a) tagħha, ikun kompromess jekk minħabba f’riforma istituzzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kien possibbli li jintemm prematurament u immedjatament il-mandat ta’ membru wieħed jew iktar tal-korp kolleġġjali li jmexxi l-ARN inkwistjoni. Fil-fatt, kieku dan kellu jiġi aċċettat, ir-riskju ta’ tkeċċija immedjata għal raġuni oħra barra minn dawk previsti bil-liġi, fejn anki membru wieħed biss ta’ tali korp kolleġġjali seta’ jiġi hekk ikkonfrontat bihom, dan seta’ joħloq dubju raġonevoli dwar in-newtralità tal-ARN ikkonċernata u dwar li ma tkunx influwenzata minn fatturi esterni u li jdgħajfu l-indipendenza, l-imparzjalità u l-awtorità tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat ukoll li, kif irrilevat, essenzjalment, mill-Avukat Ġenerali fil-punt 45 tal-konklużjonijiet tiegħu, fil-kuntest tal-kompiti assenjati lilhom mid-Direttiva Qafas u mid-Direttivi Speċifiċi, l-ARN huma b’mod partikolari msejħa sabiex jassenjaw drittijiet individwali u għar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet bejn impriżi, huma għandhom ċertu setgħa regolatorja ċara b’mod partikolari fil-qasam tal-kontroll tal-prezzijiet, u huma jistgħu jimponu obbligi fuq impriżi b’saħħa sinjifikattiva fis-suq. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat li, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet regolatorji tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi assenjati lilhom mid-Direttiva Qafas, l-ARN għandhom setgħa wiesgħa sabiex iqisu l-ħtieġa ta’ regolamentazzjoni ta’ suq skont kull sitwazzjoni, abbażi ta’ każ b’każ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091203">3 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑424/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:749">EU:C:2009:749</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi mfakkar li, jekk it-tisħiħ tal-indipendenza tal-ARN kienet imwettqa mid-Direttiva 2009/140, kif diġà ġie rrilevat fil-punt 45 ta’ din is-sentenza, sabiex tiġi żgurata applikazzjoni iktar effettiva tal-qafas regolatorju u sabiex tiżdied l-awtorità tagħhom u l-prevedibbiltà tad-deċiżjonijiet tagħhom, jibqa’ l-fatt li, konformement mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitata fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, l-Istati Membri għandhom, b’osservanza tal-għanijiet u tal-obbligi stabbiliti mid-Direttiva Qafas, awtonomija istituzzjonali fl-organizzazzjoni u fl-istrutturar tal-ARN tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>In-neċessità li jiġu rrispettati l-imparzjalità u l-indipendenza tal-kap ta’ ARN responsabbli għar-regolament tas-suq <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> jew għar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet bejn impriżi jew, fejn applikabbli, għall-membri tal-korp kolleġġjali li jkopru din il-funzjoni, għalhekk ma tistax tipprekludi riforma istituzzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li sseħħ meta l-mandati tagħhom għadhom għaddejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Madankollu, huwa għall-Istat Membru kkonċernat, sabiex jissodisfa l-obbligi stabbiliti mill-Artikolu 3(3a) tad-Direttiva Qafas, li jipprevedi għal regoli li jiggarantixxu li t-terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol qabel l-iskadenza tal-mandati tagħhom ma jaffettwax l-indipendenza u l-imparzjalità tal-persuni kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-risposta li għandha tingħata lit-tieni u lit-tielet domanda hija li l-Artikolu 3(3a) tad-Direttiva Qafas għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-President u l-kunsillier, li huma membri tal-korp kolleġġjali li jmexxi l-ARN li qed jiġi amalgamat, jiġu mkeċċija qabel l-iskadenza tal-mandati tagħhom, mis-sempliċi fatt li kien hemm riforma istituzzjonali li tikkonsisti fil-fatt li jiġu amalgamati ARN, responsabbli għar-regolament tas-suq <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> jew għar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet bejn impriżi, ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra sabiex jinħoloq organu regolatorju multisettorjali inkarigat b’mod partikolari mill-kompiti mogħtija lill-ARN, fis-sens ta’ din id-direttiva, sakemm ma jkunux previsti regoli li jiggarantixxu li tali terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol ma jaffettwawx l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonsisti fil-fatt li awtorità regolatorja nazzjonali, fis-sens tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, tiġi jiġu amalgamata ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra, bħalma huma dawk responsabbli mill-kompetizzjoni, mis-settur postali u mis-settur tal-enerġija, sabiex jinħoloq organu regolatur multisettorjali responsabbli b’mod partikolari mill-kompiti assenjati lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, fis-sens ta’ din id-direttiva kif emendata, sakemm, fl-eżerċizzju ta’ dawn il-kompiti, dan l-organu jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kompetenza, ta’ indipendenza, ta’ imparzjalità u ta’ trasparenza previsti minn din u li d‑deċiżjonijiet li huwa jieħu jistgħu jiġu appellati quddiem organu indipendenti mill-partijiet involuti, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(3a) tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-President u l-kunsillier, li huma membri tal-korp kolleġġjali li jmexxi l-awtorità regolatorja nazzjonali li qed tiġi amalgamata, jiġu mkeċċija qabel l-iskadenza tal-mandati tagħhom, mis-sempliċi fatt li kien hemm riforma istituzzjonali li tikkonsisti fil-fatt li jiġu amalgamati awtorità regolatorja nazzjonali, responsabbli għar-regolament tas-suq <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> jew għar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet bejn impriżi, ma’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra sabiex jinħoloq organu regolatorju multisettorjali inkarigat b’mod partikolari mill-kompiti mogħtija lill-awtorità regolatorja nazzjonali, fis-sens ta’ din id-direttiva kif emendata, sakemm ma jkunux previsti regoli li jiggarantixxu li tali terminazzjoni tar-relazzjoni tax-xogħol ma jaffettwawx l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>