Official Journal L 119 , 07/05/1999 P. 0057 - 0059
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 1999 dwar regolament komuni tekniku għal tagħmir ta' telekomunikazzjonijiet diġitali imsaħħaħ mingħajr fil (DECT) li jaċċessa networks diġitali ta' servizzi ntegrati (ISDN) (notifikat bid-dokument numru K (1999) 999) (Test b'relevanza ŻEE) (1999/310/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 1998 li tirrelata mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' stazzjon terrestri tas-satellita, inkluż r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [1], u b'mod partikolari Artikolu 7(2), it-tieni inċiz tiegħu, (1) Billi l-Kummissjoni adottat il-miżura li tidentifika t-tip ta' tagħmir terminali li għalih regolament tekniku komuni huwa meħtieġ, kif ukoll dikjarazzjoni dwar il-qasam ta' l-applikazzjoni assoċjat miegħu skond Artikolu 7(2), l-ewwel inċiż, (2) Billi l-istandards armonizzati li jikkorrispondu, jew partijiet minnhom, li jimplimentaw il-ħtiġijiet essenzjali li għandhom jiġu mibdula f'regolamenti tekniċi komuni għandhom jiġu adottati; (3) Billi biex tiġi żgurata konformità fl-aċċess għas-swieq mill-manifatturi, huwa meħtieġ li jiġu permessi arranġamenti tranżitorji dwar tagħmir approvat skond ir-regolamenti tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali; (4) Billi l-proposta kienet intbagħtet lill-Kumitat tal-Approvazzjonijiet għal Tagħmir ta' Telekomunikazzjonijiet (ACTE), skond Artikolu 29(2) tad-Direttiva 98/13/KE; (5) Billi r-regolament tekniku komuni li għandu jiġi adottat minn din id-Deċiżjoni jaqbel ma' l-opinjoni ta' l-ACTE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal tagħmir terminali maħsub biex jiġi konness ma' network pubbliku ta' telekomunikazzjonijiet u li jaqa' fil-qasam ta' l-applikazzjoni ta' l-istandard armonizzat riferit f'Artikolu 2(1). 2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi regolament tekniku komuni li jkopri il-ħtiġijiet ta' konnessjoni għal tagħmir DECT li jaċċessa l-ISDN. Artikolu 2 1. Dan ir-regolament tekniku komuni għandu jinkludi standard armonizzat imħejji mill-korp ta' standardizzazzjoni rilevanti li jimplimenta sal-limitu applikabbli l-ħtiġijiet essenzjali li għalihom jirreferi Artikolu 5(ċ), sa (ġ) tad-Direttiva 98/13/KEE. Ir-riferenzi għall-istandard huma mniżżla f'Anness I, bl-eċċezzjoni tal-ħtiġijiet elenkati f'Anness II. 2. It-tagħmir terminali kopert b'din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma jew mar-regolament komuni tekniku riferit fil-paragrafu 1 jew alternattivament għandu jikkonforma mar-regolamenti komuni tekniċi kif definiti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 98/515/KE [2] u 97/523/KE [3]. B'żieda ma' dan irid jilħaq il-ħtiġijiet essenzjali riferuti f'Artikolu 5(a) u (b) tad-Direttiva 98/13/KEE, u għandu jilħaq il-ħtiġijiet ta' kull Direttiva oħra applikabbli, partikolarment id-Direttivi tal-Kunsill 73/23/KEE [4] u 89/336/KEE [5]. Artikolu 3 Korpi notifikati ntiżi biex iwettqu il-proċeduri li għalihom jirreferi Artikolu 10 tad-Direttiva 98/13/KEE għandhom, fir-rigward ta' tagħmir terminali kopert b'Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, jużaw jew jiżguraw li jiġi wżat l-istandard armonizzat riferit f'Anness I jew alternattivament l-istandard armonizzat riferit fl-Annessi li jinsabu mad-Deċiżjonijiet 98/515/KE u 97/523/KE. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' April 1999. Għall-Kummissjoni Martin Bangemann Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 74, tat-12.03.1998, p. 1. [2] ĠU L 232, tad-19.08.1998, p. 7. [3] ĠU L 215, 07.08.1997, p. 48. [4] ĠU L 77, tas-26.03.1973, p. 29. [5] ĠU L 139, tat-23.05.1989, p. 19. -------------------------------------------------- ANNESS I Riferenza għall-istandard armonizzat applikabbli L-istandard armonizzat li għalih jirreferi Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni huwa: (Telekomunikazzjonijiet diġitali msaħħa mingħajr fil (DECT); network diġitali ta' servizzi integrati (ISDN); ħtiġijiet tat-tqabbid għal tagħmir terminali għall-profil ta' applikazzjonijiet interworking għad-DECT/ISDN) ETSI Istitut għall-Istandards tat-Telekommunikazzjonijiet Ewropew Segretarjat ETSI TBR8 - Ġunju 1998 Tagħrif addizzjonali: L-Istitut Ewropew ta' l-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet huwa rikonoxxut skond id-Direttiva tal-Kunsill 98/34/KEE [1]. L-istandard armonizzat riferit hawn fuq kien ġie armonizzat skond il-Mandat maħruġ skond il-proċeduri rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 98/34/KEE. It-test sħiħ tal-istandard armonizzat riferit hawn fuq jista’ jinkiseb mill European Telecommunications Standards Institute,650, route des Lucioles,F-06921 | jew | Kummissjoni EwropeaDG XIII/A/2 - (BU 31 1/7),Rue de la Loi/Wetstraat 200,B-1049 | jew minn kull organizzazzjoni oħra responsabbli li tagħmel l-istandards ta' l-ETSI disponibbli, li tagħhom lista tista tinstab fuq l-Internet fl-indirizz www.ispo.cec.be. [1] ĠU L 204, tal-21.07.1998, p. 37. -------------------------------------------------- ANNESS II Partijiet tat-TBR 40, li mhumiex applikabbli Riferenza TBR | [20], 5.2.2.1 | [20], 5.2.2.3 | [20], 5.2.2.4 | [20], 5.2.2.6 | [21], 4.1.6 | [21], 4.1.10 | [20], 5.2.4.1 | | | --------------------------------------------------