Official Journal L 047 , 19/02/1983 P. 0025 - 0025
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0239
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0239
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Frar 1983 li tikkonċerna l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk minn ċerti pajjiżi terzi (83/70/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar is-saħħa u l-problemi ta’ spezzjonijiet veterinarji ma’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini u majjali u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], u b’mod partikolari Artikoli 16 u 28 tagħha, Billi d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 78/693/KEE [2], 78/694/KEE [3], 78/695/KEE [4], 79/238/KEE [5], 79/543/KEE [6], 79/544/KEE [7], 81/526/KEE [8], 81/545/KEE [9], 81/546/KEE [10] u 81/547/KEE [11] stipulaw il-kundizzjonijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali u l-ħtiġiet ta’ ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ laħam frisk mill-Arġentina, l-Brażil, l-Urugwaj, il-Paragwaj, Spanja, iċ-Cili, l-Isvizzera, l-Bulgarija, l-Awstrija u l-Jugoslavja rispettivament; Billi kundizzjonijiet speċjali kienu stipulati fid-Deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq għal ċerti Stati membri li jżommu mal-linja ta’ kundizzjonijiet applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju; billi l-Kunsill, permezz tad-Direttiva 82/893/KEE [12], kien ftiehem għal estensjoni fl-applikazzjoni ta’ dawk il-kondizzjonijiet speċjali; Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. F’Artikolu 2 tad-Deċiżjonijiet 78/693/KEE, 78/694/KEE u 78/695/KEE li jikkonċernaw l-Arġentina, l-Brażil u l-Urugwaj rispettivament, "31 ta’ Diċembru 1982" hija, għaldaqstant, mibdula bi "31 ta’ Diċembru 1983". 2. Artikolu 4 tad-Deċiżjonijiet 78/693/KEE, 78/694/KEE, 78/695/KEE, 79/238/KEE, 79/543/KEE, 79/544/KEE u 81/526/KEE li jikkonċernaw l-Arġentina, l-Brażil, l-Urugwaj, il-Paragwaj, Spanja, iċ-Cili u l-Isvizzera rispettivament huma, għaldaqstant, mibdula b’dan li ġej: "Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rieżaminata bil-ħsieb li tiġi adattata għar-regoli tal-Komunità li jikkonċernaw il-kontroll u eradikazzjoni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Komunità." 3. L-Artikolu 4 tad-Deċiżjonijiet 81/545/KEE, 81/546/KEE u 81/547/KEE li jikkonċernaw il-Bulgarija, l-Awstrija u l-Jugoslavja rispettivament, huma, għaldaqstant, mibdula b’dan li ġej: "Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rieżaminata bil-ħsieb li tiġi adattata għar-regoli tal-Komunità li jikkonċernaw il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u l-marda tal-ħnieżer fil-Komunità." Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-1 ta’ Frar 1983. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. [2] ĠU L 236, tas-26.8.1978, p. 19. [3] ĠU L 236, tas-26.8.1978, p. 29. [4] ĠU L 236, tas-26.8.1978, p. 37. [5] ĠU L 53, tat-3.3.1979, p. 33. [6] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 18. [7] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 24. [8] ĠU L 196, tat-18.7.1981, p. 19. [9] ĠU L 206, tas-27.7.1981, p. 1. [10] ĠU L 206, tas-27.7.1981, p. 7. [11] ĠU L 206, tas-27.7.1981, p. 15. [12] ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 57. --------------------------------------------------