|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/800 |
21.3.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 179/2023
tal-5 ta’ Lulju 2023
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2024/800]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/183 tat-23 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-konformità mal-prattika tajba tal-laboratorju għall-prodotti mediċinali veterinarji stipulati fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 22 (ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“— |
32023 R 0183: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/183 tat-23 ta’ Novembru 2022 (ĠU L 26, 30.1.2023, p. 7).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2023/183 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Lulju 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Pascal SCHAFHAUSER
(*1) Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/800/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)