|
22.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 217/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2003/634/KE li tapprova programmi li għandhom l-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żoni approvati u ta’ farms approvati f’żoni li m’humiex approvati fir-rigward ta’ viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) fil-ħut
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3902)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/570/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ l-annimali u prodotti ta’ l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skond id-Direttiva 91/67/KEE, Stat Membru jista’ jissottometti lill-Kummissjoni programm maħsub biex jippermettilu sussegwentement jibda l-proċeduri biex żona jew farm f’żona li mhix approvata jiksbu l-istatus ta’ żona approvata jew farm approvat f’żona mhux approvata, fir-rigward ta’ waħda jew aktar mill-mardiet tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/634/KE (2) tapprova u tniżżel lista tal-programmi sottomessi minn diversi Stati Membri. |
|
(2) |
B’ittra ddatata t-28 ta’ Marzu 2007, ir-Renju Unit applika għal approvazzjoni tal-programm li jrid jiġi applikat fix-xmara Ouse biex tikseb mill-ġdid l-istatus ta’ żona approvata fir-rigward tal-VHS. Il-Kummissjoni fliet il-programm sottomess u sabet li jikkonforma ma’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/76/KEE. Skond dan, dak il-programm għandu jkun approvat u inkluż fil-lista fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2003/634/KE. |
|
(3) |
B’ittra ddatata l-21 ta’ Novembru 2006, il-Finlandja applikat biex testendi l-istatus ħieles tal-VHS approvat għaż-żoni kostali kollha esklużi ż-żoni b’miżuri speċjali ta’ eradikazzjoni. Id-dokumentazzjoni li ngħatat mill-Finlandja turi li dawk iż-żoni jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/67/KEE. Iż-żoni kostali kollha fi ħdan it-territorju tagħha, esklużi ż-żoni kostali b’miżuri speċjali ta’ eradikazzjoni, ġew meqjusa bħala ħielsa mill-mard u miżjuda mal-lista ta’ żoni approvati fir-rigward tal-VHS fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/308/KE tat-22 ta’ April 2002 li tistabbilixxi listi ta’ żoni approvati u farms approvati fir-rigward ta’ marda tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) (3). Għalhekk, il-programm għal ħelsien mill-VHS applikabbli għaż-żoni kollha kostali tal-Finlandja eskluża l-parti tal-programm li tkopri ż-żoni b’miżuri speċjali ta’ eradikazzjoni, ġie finalizzat u għandu jitħassar mill-Anness I għad-Deċiżjoni 2003/634/KE. |
|
(4) |
B’ittra ddatata l-11 ta’ Jannar 2006, l-Italja applikat għal approvazzjoni tal-programm biex jiġi applikat ġo farm biex jikseb l-istatus ta’ farm approvat f’żona mhux approvata fir-rigward tal-VHS u l-IHN. Il-Kummissjoni fliet il-programm sottomess u sabet li jikkonforma ma’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/76/KEE. Skond dan, dak il-programm għandu jkun approvat u inkluż fil-lista fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2003/634/KE. |
|
(5) |
Il-programmi applikabbli għaż-żona Val di Sole u Val di NON u għaż-żona Val Banale fil-Provinċja Awtonoma ta’ Trento u l-programm applikabbli għaż-żona fil-Valle del Torrente Venina fir-reġjun tal-Lombardija ġew finalizzati. Dawn għadhom għalhekk jitħassru mill-Anness I għad-Deċiżjoni 2003/634/KE. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 2003/634/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2003/634/KE huma mibdula bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Awwissu 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(2) ĠU L 220, 3.9.2003, p. 8. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/685/KE (ĠU L 282, 13.10.2006, p. 44).
(3) ĠU L 106, 23.4.2002, p. 28. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/345/KE (ĠU L 130, 22.5.2007, p. 16).
ANNESS
“ANNESS I
PROGRAMMI SOTTOMESSI BIL-GĦAN LI JINKISEB L-ISTATUS TA’ ŻONA APPROVATA B’RABTA MA’ WAĦDA JEW AKTAR MILL-MARDIET TAL-ĦUT TAL-VHS U L-IHN
1. ID-DANIMARKA
IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MID-DANIMARKA FIT-22 TA’ MEJJU 1995 LI JKOPRU:
|
— |
Il-wesgħa ta’ FISKEBÆK Å |
|
— |
IL-PARTIJIET KOLLHA TA’ JUTLAND in-nofsinhar u l-punent tal-wesgħat ta’ Storåen, Karup å, Gudenåen u Grejs å |
|
— |
Iż-żoni kollha tal-GŻEJJER DANIŻI |
2. IL-ĠERMANJA
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ĠERMANJA FIL-25 TA’ FRAR 1999 LI JKOPRI:
|
— |
Żona fil-wesgħa ta’ l-ilma ta’ “OBERN NAGOLD” |
3. L-ITALJA
|
3.1. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦALL-PROVINĊJA AWTONOMA TA’ BOLZANO FIS-6 TA’ OTTUBRU 2001 EMENDAT B’ITTRA TAS-27 TA’ MARZU 2003, LI JKOPRI:
Żona Provinċja ta’ Bolzano
|
|
3.2. |
IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MILL-ITALJA GĦALL-PROVINĊJA AWTONOMA TA’ TRENTO FIT-23 TA’ DIĊEMBRU 1996 U FL-14 TA’ LULJU 1997 LI JKOPRU:
|
|
3.3. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-VENETO FIL-21 TA’ FRAR 2001 LI JKOPRI:
Iż-Żona Torrente Astico
|
|
3.4. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TA’ L-UMBRIA FL-20 TA’ FRAR 2002 LI JKOPRI:
Żona Fosso de Monterivoso:
|
|
3.5. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAT-TOSKANA FIT-23 TA’ SETTEMBRU 2004 LI JKOPRI:
Iż-Żona Valle di Tosi:
|
|
3.6. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAT-TOSKANA FIT-22 TA’ NOVEMBRU 2005 LI JKOPRI:
Il-Bacino del Torrente Taverone:
|
|
3.7. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-PIEMONTE FIT-2 TA’ FRAR 2006 LI JKOPRI:
Iż-Żona Valle Sessera:
|
|
3.8. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-LOMBARDIJA FIL-21 TA’ FRAR 2006 LI JKOPRI:
Iż-Żona Valle del Torrente Bondo:
|
|
3.9. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-LOMBARDIJA FIL-22 TA’ MEJJU 2006 LI JKOPRI:
Iż-Żona Fosso Melga – Bagolino:
|
4. IL-FINLANDJA
|
4.1. |
IL-PROGRAMM GĦALL-ĦELSIEN MILL-VHS INKLUŻI MIŻURI TA’ QERDA SPEĊIFIĊI DESKRITTI MILL-FINLANDJA PERMEZZ TA’ ITTRI TAS-27 TA’ MARZU 2002 U TA’ L-4 TA’ ĠUNJU 2002, TAT-12 TA’ MARZU 2003, TAT-12 TA’ ĠUNJU 2003 U TA’ L-20 TA’ OTTUBRU 2003 LI JKOPRI:
|
5. IR-RENJU UNIT
|
5.1. |
IL-PROGRAMM GĦALL-ĦELSIEN MILL-VHS SOTTOMESS MIR-RENJU UNIT FIT-28 TA’ MARZU 2007 LI JKOPRI:
|
“ANNESS II
PROGRAMMI SOTTOMESSI BIL-GĦAN LI JINKISEB L-ISTATUS TA’ STABBILIMENTI TA’ AKKWAKULTURA APPROVATI F’ŻONI LI MHUMIEX APPROVATI B’RABTA MA’ WAĦDA JEW AKTAR MILL-MARDIET TAL-ĦUT TAL-VHS U L-IHN
1. L-ITALJA
|
1.1. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦALL-PROVINĊJA TA’ UDINE FIR-REĠJUN TAL-FRIULI VENEZIA GIULIA, FIT-2 TA’ MEJJU 2000 LI JKOPRI:
Stabbilimenti ta’ akkwakultura fil-wesgħa ta’ l-ilma tax-xmara Tagliamento:
|
|
1.2. |
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-KALABRIJA FIL-11 TA’ JANNAR 2007 LI JKOPRI:
Stabbilimenti ta’ akkwakultura fil-wesgħa ta’ l-ilma tax-xmara Noce:
|