<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑552/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0552</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:713">EU:C:2015:713</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20151022">22.10.2015</DATE> – KAWŻA C‑552/13</P><P>GRUPO HOSPITALARIO QUIRÓN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20151022">22 ta’ Ottubru 2015</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi għal servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/18/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 23(2)</KEYWORD><KEYWORD>Ġestjoni ta’ servizzi pubbliċi tas-saħħa</KEYWORD><KEYWORD>Provvista ta’ servizzi tas-saħħa li hija koperta mill-isptarijiet pubbliċi, fi ħdan l-istabbilimenti privati</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżit li s-servizzi jiġu pprovduti f’muniċipalità speċifika</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑552/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n<HT TYPE="SUP">o</HT>6 de Bilbao (tribunal amministrattiv Nru 6 ta’ Bilbao, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130930">30 ta’ Settembru 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20131025">25 ta’ Ottubru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Grupo Hospitalario Quirón SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Departamento de Sanidad del Gobierno Vasco,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Instituto de Religiosas Siervas de Jesús de la Caridad,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tar-Raba’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tal-Ħames Awla, D. Šváby, A. Rosas, E. Juhász (Relatur) u C. Vajda, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20150420">20 ta’ April 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Grupo Hospitalario Quirón SA, minn J. Cabrera Ayala u I. Millán Fernández, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għad-Departamento de Sanidad del Gobierno Vasco, minn L. Pérez Ovejero, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Instituto de Religiosas Siervas de Jesús de la Caridad, minn L. Galdos Tobalina u A. Arenaza Artabe, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn L. Banciella Rodríguez-Miñón, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Tokár u E. Sanfrutos Cano, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kuntratti pubbliċi u, b’mod partikolari, l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2004/18/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Grupo Hospitalario Quirón SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Grupo Hospitalario Quirón<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u d-Departamento de Sanidad del Gobierno Vasco (Dipartiment tas-Saħħa tal-Gvern Bask) u l-Instituto de Religiosas Siervas de Jesús de la Caridad, dwar ir-regolarità ta’ rekwiżit inkluż fiż-żewġ avviżi tal-kuntratti pubbliċi ppubblikati minn din l-entità.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 2 tad-Direttiva 2004/18 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>L-għoti tal-kuntratti ffinalizzati fl-Istati Membri f’isem l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u korpi oħra mmexxija minn entitajiet legali pubbliċi, huwa soġġett li josserva l-prinċipji tat-Trattat u in partikolari għall-prinċipji tal-moviment ħieles tal-prodotti, il-prinċipju tal-istabbiliment ħieles u l-prinċipju tal-libertà li tipprovdi servizzi u l-prinċipji li jitnisslu minn dawn, bħal ma huwa il-prinċipju tat-trattament ugwali, il-prinċipju ta’ bla diskriminazzjoni, il-prinċipju ta’ għarfien reċiproku, il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-prinċipju tat-trasparenza. [...]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kuntratti pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> huma kuntratti għall-interess tal-flus konklużi bil-miktub bejn wieħed jew aktar operaturi ekonomiċi u li għandhom bħala objettiv tagħhom l-esekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvista tal-prodotti jew il-disposizzjoni tas-servizzi fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Kuntratti għal servizzi pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> huma kuntratti pubbliċi barra kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi jew kuntratti għall-provvisti li għandhom bħala għan il-disposizzjoni tas-servizzi riferuti għalihom fl-Anness II.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="001.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Konċessjoni tas-servizz<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> huwa kuntratt ta’ l-istess tip bħal kuntratt għas-servizz pubbliku minbarra l-fatt illi l-konsiderazzjoni għall-disposizzjoni tas-servizzi jikkonsisti jew waħdu fid-dritt li jesplojta s-servizz jew f’dan id-dritt kif ukoll bi ħlas.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Prinċipji ta’ assenjar ta’ kuntratti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-awtoritajiet kuntrattwali se jistmaw l-operaturi ekonomiċi ugwali u bla diskriminazzjoni u se jaġixxu b’mod trasparenti.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/18, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Limiti massimi għal kuntratti publiċi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, kif adattat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2009, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="314" PAGE.FIRST="64" DATE.PUB="2009">ĠU L 314, p. 64</REF.DOC.OJ>), applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> fil-proċedura inkwistjoni fil-kawża prinċipali, din id-direttiva tapplika għall-kuntratti pubbliċi għal servizzi, mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti minbarra dawk mogħtija mill-awtoritajiet governattivi ċentrali u li l-valur stmat tagħhom nett mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) huwa daqs jew iktar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">193000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/18, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kuntratti ta’ servizz elenkati f’Anness II B<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, huwa hekk ifformulat:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kuntratti li għandhom bħala l-oġġettiv tagħhom servizzi elenkati fl-Anness II B għandhom ikunu suġġetti biss għall-Artikolu 23 u l-Artikolu 35(4).<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont it-termini tal-Anness II B ta’ din id-direttiva, is-servizzi tas-saħħa huma koperti mit-taqsima 25 ta’ dan l-anness, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Saħħa u servizzi soċjali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Speċifikazzjonijiet Tekniċi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Speċifikazzjonijiet Tekniċi għandhom joffru aċċess ugwali għal dawk li jixħtu l-offerti u ma għandux ikollhom l-effett li joħolqu ostakli mhux ġustifikati għal ftuħ ta’ disposizzjoni pubbliku għal kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Mill-proċess imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fil-País Vasco (Spanja), il-provvista tas-servizzi pubbliċi tas-saħħa hija żgurata permezz ta’ sistema ta’ organizzazzjoni territorjali u ta’ tqassim f’żoni ta’ saħħa. Konformement ma’ din is-sistema, il-pazjenti li huma koperti mis-servizz pubbliku tas-saħħa huma moqdija minn sptar pubbliku, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>sptar ta’ riferiment<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li jinsab fiż-żona ta’ saħħa korrispondenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Sabiex jiġu żgumbrati l-istabbilimenti tal-isptarijiet pubbliċi u jitnaqqsu l-perijodi ta’ stennija tal-pazjenti, li huma koperti minn dawn l-istabbilimenti, li għandhom bżonn kura medika li s-servizzi pubbliċi tas-saħħa ma jistgħux iwettqu f’terminu raġonevoli, l-awtoritajiet kompetenti stabbilixxew mekkaniżmu ta’ kollaborazzjoni mal-istabbilimenti tas-saħħa u mal-isptarijiet privati, skont liema ċerti servizzi pubbliċi ta’ kura medika ta’ sostenn huma delegati u żgurati minn dawn l-istabbilimenti privati, fuq bażi kuntrattwali u wara l-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi. Għalhekk, dawn l-istabbilimenti privati jipprovdu lis-servizz pubbliku tas-saħħa l-infrastruttura tagħhom u r-riżorsi tekniċi u umani tagħhom, jiġifieri, b’mod partikolari, l-infermiera u l-assistenti, sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-obbligi tas-sistema ta’ servizz pubbliku tas-saħħa. Madankollu, l-interventi kirurġiċi u l-kura l-oħra medika huma żgurati mill-kirurgi li huma koperti mis-servizz pubbliku tas-saħħa, li għal dan il-għan jingħataw fl-imsemmija stabbilimenti privati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li, fil-<DATE ISO="20101215">15 ta’ Diċembru 2010</DATE>, id-Direttriċi tat-territorju ta’ Bizkaia tad-Dipartimenti tas-saħħa tal-Gvern Bask approvat l-ispeċifikazzjonijiet, l-ispejjeż u l-proċess tal-kuntratt ta’ ġestjoni tas-servizzi pubbliċi dwar l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>interventi ta’ kirurġija minuri, ġenerali u diġestiva, ta’ ġinekoloġija, ta’ uroloġija, ta’ trawmatoloġija u ta’ kirurġija ortopedika<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> għall-pazjenti li huma<?PAGE NO="4"?> koperti mill-isptarijiet pubbliċi ta’ Basurto, li tinsab fil-muniċipalità ta’ Bilbao, u ta’ Galdakao, li tinsab fil-muniċipalità ta’ Galdakao. Il-kuntratt jingħata abbażi ta’ proċedura fil-miftuħ u l-avviż li jsejjaħ għal kandidati ġie ppubblikat fil-<HT TYPE="ITALIC">Boletín Oficial del País Vasco</HT> (Ġurnal Uffiċjali tal-País Vasco) tal-<DATE ISO="20110131">31 ta’ Jannar 2011</DATE>. Il-valur massimu stmat tal-kuntratt, inkluż ir-rapporti eventwali, kien ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">5841041.84</FT> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>kuntratt Nru 21/2011<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20110510">10 ta’ Mejju 2011</DATE>, l-istess awtorità pubblika approvat l-ispeċifikazzjonijiet, l-ispejjeż u l-proċess tal-kuntratt ta’ ġestjoni tas-servizzi pubbliċi dwar l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>interventi kirurġiċi oftalmoloġiċi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, għall-pazjenti li huma koperti mill-isptar pubbliku ta’ Galdakao. Il-kuntratt jingħata abbażi ta’ proċedura fil-miftuħ u l-avviż li jsejjaħ għal kandidati ġie ppubblikat fil-Boletín Oficial del País Vasco (Ġurnal Uffiċjali tal-País Vasco) tal-<DATE ISO="20110614">14 ta’ Ġunju 2011</DATE>. Il-valur massimu stmat tal-kuntratt, inkluż ir-rapporti eventwali, kien ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">6273219.53</FT> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>kuntratt Nru 50/2011<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Kemm fil-każ tal-kuntratt Nru 21/2011 kif ukoll f’dak tal-kuntratt Nru 50/2011, l-offerent rebbieħ li jipprovdi s-servizzi jkun remunerat direttament mid-Dipartiment tas-saħħa tal-Gvern Bask, fil-kwalità tiegħu ta’ awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rigward dawn iż-żewġ kuntratti jispeċifikaw, fil-punt dwar ir-rekwiżiti minimi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Lokalizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu pprovduti dawn is-servizzi kemm jista’ jkun viċin il-pazjenti u l-qraba tagħhom, tad-disponibbiltà u tat-tul tal-vjaġġ bit-trasport pubbliku, kif ukoll tal-ħtieġa li jitnaqqas kemm jista’ jkun iċ-ċaqlieq indispensabbli minn post għal ieħor tal-persunal mediku tal-isptarijiet [...], iċ-ċentri tas-saħħa proposti għandhom jinsabu fil-muniċipalità ta’ Bilbao.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Konsegwentement, konformement mal-ispeċifikazzjonijiet tal-imsemmija kuntratti, il-post ta’ eżekuzzjoni tas-servizzi li huma koperti minn dawn tal-aħħar huwa esklużivament il-muniċipalità ta’ Bilbao.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Grupo Hospitalario Quirón, proprejtarju ta’ sptar ġenerali privat li jinsab fil-muniċipalità ta’ Erandio, ikkontesta ż-żewġ sejħiet għal offerti pubbliċi dwar il-kuntratti Nru 21/2011 u Nru 50/2011, inizjalment permezz ta’ rimedju amministrattiv, sussegwentement permezz ta’ rimedju legali. Huwa sostna li r-rekwiżit tal-eżekuzzjoni tas-servizzi msemmija f’dawn is-sejħiet għal offerti fil-muniċipalità ta’ Bilbao kien imur kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, l-aċċess liberu għas-sejħiet għal offerti u l-kompetizzjoni ħielsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li l-isptar tal-Grupo Hospitalario Quirón jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi kollha msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet tal-imsemmija kuntratti, ħlief għal dak dwar il-lokalizzazzjoni, peress li dan l-istabbiliment ma kienx jinsab fil-muniċipalità ta’ Bilbao, iżda f’dak ta’ Erandio, limitrofu mal-ewwel muniċipalità. Madankollu, il-muniċipalitajiet ta’ Bilbao u ta’ Erandio jifformaw, flimkien ma’ muniċipalitajiet oħra, dak li huwa magħruf bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Bilbao l-Kbira<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jew iż-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>żona metropolitana ta’ Bilbao<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Barra minn hekk, ma kienx hemm sejħiet għal offerti preċedenti għal dawk li jirrigwardaw l-istess kuntratti, proposti mid-Dipartiment tas-saħħa tal-Gvern Bask li jinkludu l-obbligu ta’ provvista ta’ servizzi tas-saħħa rilevanti fil-lokalità stabbilita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispeċifika li ma huwiex formalment meħtieġ mill-offerenti li huma jkollhom jew li jkunu proprejtarji tal-faċilitajiet ta’ sptar li jinsabu fil‑muniċipalità ta’ Bilbao, iżda li huwa meħtieġ biss li jkunu jistgħu jipprovdu servizzi tas-saħħa li huma s-suġġett tal-kuntratti Nru 21/2011 u Nru 50/2011 fil-faċilitajiet li jinsabu f’din il-muniċipalità, ikun xi jkun it-titolu legali li bis-saħħa tiegħu huma jibbenefikaw minnhom. Madankollu, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, huwa ċert li, minbarra l-ispejjeż inerenti sabiex wieħed ikun jista’ jgawdi minn tali faċilitajiet, l-uniċi kandidati li jistgħu jipparteċipaw għas-sejħiet għal offerti huma l-operaturi tas-saħħa li huma stabbiliti f’Bilbao, peress li l-operaturi l-oħra kollha ma jkollhomx għad-dispożizzjoni tagħhom faċilitajiet u persunal adegwat fit-terminu ta’ bejn id-dati ta’ pubblikazzjoni tas-sejħiet għal offerti ta’ dawn il-kuntratti u dak previst għall-preżentazzjoni tal-offerti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, ir-rekwiżit dwar il-lokalizzazzjoni inkluż fl-ispeċifikazzjonijiet tal-imsemmija kuntratti jikkostitwixxi restrizzjoni għall-kompetizzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ aċċess liberu għall-offerenti għas-sejħiet għal offerti, li ma jistax jiġi ġġustifikat minn neċessità imperattiva. Fil-fatt, il-muniċipalitajiet limitrofi ma’ Erandio u ma’ Bilbao kienu jappartjenu għall-istess muniċipalità bejn is-sena 1924 u s-sena 1982 u jifformaw, sal-lum, flimkien, ma’ muniċipalitajiet oħra, iż-żona metropolitana ta’ Bilbao. Barra minn hekk, l-isptar tal-Grupo Hospitalario Quirón huwa faċilment aċċessibbli mill-muniċipalità ta’ Bilbao bl-użu tal-mezzi tat-trasport pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-servizzi tas-saħħa li huma s-suġġett tal-kuntratt Nru 21/2011 huma intiżi mhux biss għall-pazjenti li huma koperti mill-isptar pubbliku ta’ Basurto, li jinsab fil-muniċipalità ta’ Bilbao, iżda wkoll għall-pazjenti li huma koperti mill-isptar pubbliku ta’ Galdakao, li jinsab fil-muniċipalità ta’ Galdakao, distinta minn dik ta’ Bilbao. Għal dak li jirrigwarda s-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt Nru 50/2011, huma intiżi biss għall-pazjenti li huma koperti mill-isptar pubbliku ta’ Galdakao. Konsegwentement, huwa probabbli ħafna li l-pazjenti li għalihom huma intiżi s-servizzi li huma s-suġġett ta’ dawn iż-żewġ kuntratti joqogħdu prinċipalment f’muniċipalità differenti minn dik ta’ Bilbao, hekk li l-argument ibbażat fuq il-post ta’ domiċilju tal-pazjenti ma jkunx fondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għalhekk, il-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni li r-rekwiżit inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistax jitqies li huwa kompatibbli mal-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n<HT TYPE="SUP">o</HT> 6 de Bilbao (tribunal aministrattiv Nru 6 ta’ Bilbao) ddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel is-segwenti domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Id-dritt tal-Unjoni Ewropea huwa kompatibbli mar-rekwiżit imsemmi fil-kuntratti ta’ ġestjoni ta’ servizzi pubbliċi tas-saħħa, li skontu l-provvista medika li hija s-suġġett tas-sejħa għal offerti għandha biss tiġi pprovduta f’muniċipalità speċifika, li tista’ ma tkunx dik tad-domiċilju tal-pazjenti?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi osservat li, kif jirriżulta mill-proċess imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, iż-żewġ kuntratti Nru 21/2011 u Nru 50/2011 jikkostitwixxu kuntratti pubbliċi għal servizzi, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) u (d) tad-Direttiva 2004/18, fejn l-ammonti jaqbżu l-limitu previst fl-Artikolu 7 ta’ din, u mhux tal-konċessjonijiet tas-servizz, fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ din l-istess direttiva, sa fejn ir-remunerazzjoni tal-offerent rebbieħ hija kompletament żgurata mill-awtorità kontraenti, li ġġorr ukoll ir-riskju ekonomiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi osservat ukoll li, kif jirriżulta mill-punti 7 u 8 ta’ din is-sentenza, dawn il-kuntratti, li jirrigwardaw is-servizzi tas-saħħa, huma suġġetti biss għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 23 u 35(4) tad-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi enfasizzat, minn naħa, li l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2004/18, dispożizzjoni li għaliha huma suġġetti l-imsemmija kuntratti u li tikkostitwixxi espressjoni tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, jistabbilixxi li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jridu jippermettu l-aċċess ugwali lill-offerenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif jirriżulta mill-punt 15 ta’ din is-sentenza, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi taż-żewġ kuntratti inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirreferu għan-neċessità li jiġu żgurati l-prossimità u l-aċċessibbiltà tal-istabbiliment tal-isptar privat ta’ sostenn li ser jintgħażel, fl-interess tal-pazjenti, tal-qraba tagħhom u tal-persunal mediku msejjaħ sabiex jiċċaqlaq sa dan l-istabbiliment, kriterji li huma inerenti għan-natura tas-servizzi mitluba.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, ir-rekwiżit skont liema tali stabbiliment għandu bilfors jinsab f’muniċipalità speċifika magħżula sabiex tkun il-post tal-provvista esklużiva tas-servizzi mediċi rilevanti, previst fil-klawżoli amministrattivi partikolari u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratti Nru 21/2011 u Nru 50/2011, jikkostitwixxi, fir-rigward tas-sitwazzjoni ġeografika tal-kawża prinċipali, restrizzjoni fuq l-eżekuzzjoni territorjali li ma hijiex ta’ natura li tippermetti l-kisba tal-għan stabbilit fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, jiġifieri dak li jiġu żgurati l-prossimità u l-aċċessibbiltà tal-istabbiliment tal-isptar privat ta’ sostenn, fl-interess tal-pazjenti, tal-qraba tagħhom u tal-persunal mediku msejjaħ sabiex jiċċaqlaq sa dan l-istabbiliment, fil-waqt li jiġi żgurat aċċess ugwali u nondiskriminatorju għal dawn il-kuntratti lill-offerenti kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fiċ-ċirkustanzi tas-sitwazzjoni ġeografika inkwistjoni fil-kawża prinċipali, rekwiżit tal-lokalizzazzjoni ġeografika, bħal dak ifformulat fil-klawżoli amministrattivi partikolari u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratti Nru 21/2011 u Nru 50/2011, għandu bħala effett li jeskludi awtomatikament l-offerenti li ma jistgħux jipprovdu s-servizzi inkwistjoni fi stabbiliment li jinsab f’muniċipalità speċifika, minkejja l-fatt li huma eventwalment jissodisfaw il-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti fir-rekwiżiti u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratti kkunsidrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li tali huwa l-każ tar-rikorrent fil-kawża prinċipali, fejn l-istabbiliment jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha rikjesti, inklużi dawk tal-prossimità u tal-aċċessibbiltà, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżit tal-lokalizzazzjoni fuq it-territorju tal-muniċipalità ta’ Bilbao sa fejn dan l-istabbiliment jinsab f’muniċipalità limitrofa ma’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Huwa importanti li jiġi enfasizzat ukoll f’dan ir-rigward li, kif tosserva l-qorti tar-rinviju, numru ta’ pazjenti li għandhom jibbenefikaw mis-servizzi li jingħataw fi ħdan l-istabbiliment tal-isptar privat tal-offerent rebbieħ għandhom id-domiċilju tagħhom ’il barra mill-muniċipalità li fit-territorju tagħha għandu jinsab l-istabbiliment konformement mal-klawżola tal-lokalizzazzjoni kkunsidrata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Konsegwentement, dan ir-rekwiżit ma jiżgurax aċċess ugwali u nondiskriminatorju għall-offerenti kollha taż-żewġ kuntratti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jistgħu jiżguraw il-prossimità u l-aċċessibbiltà tal-istabbiliment tal-isptar privat ta’ sostenn, sa fejn huwa jagħmel aċċessibbli dawn il-kuntratti lill-offerenti biss li jistgħu jipprovdu s-servizzi inkwistjoni fi stabbiliment li jinsab fil-muniċipalità magħżula fl-avviż tal-kuntratt korrispondenti. Għalhekk, huwa jmur kontra l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2004/18 jipprekludi rekwiżit bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ifformulat bħala speċifikazzjoni teknika fl-avviż tal-kuntratti pubbliċi li jirrigwardaw il-provvista ta’ servizzi tas-saħħa, li skontu l-provvisti mediċi li huma s-suġġett tas-sejħiet għal offerti għandhom biss jiġu pprovduti minn stabbilimenti tal-isptarijiet privati li jinsabu biss f’muniċipalità speċifika, li tista’ ma tkunx dik tad-domiċilju tal-pazjenti kkonċernati minn dawn is-servizzi, peress li dan ir-rekwiżit jinkludi esklużjoni awtomatika tal-offerenti li ma jistgħux jipprovdu dawn is-servizzi f’tali stabbiliment li jinsab f’din il-muniċipalità iżda li jissodisfaw il-kundizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dawn is-sejħiet għal offerti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2004/18/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], jipprekludi rekwiżit, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ifformulat bħala speċifikazzjoni teknika fl-avviż tal-kuntratti pubbliċi li jirrigwardaw il-provvista ta’ servizzi tas-saħħa, li skontu l-provvisti mediċi li huma s-suġġett tas-sejħiet għal offerti għandhom biss jiġu pprovduti minn stabbilimenti tal-isptarjiet privati li jinsabu biss f’muniċipalità speċifika, li tista’ ma tkunx dik tad-domiċilju tal-pazjenti kkonċernati minn dawn is-servizzi, peress li dan ir-rekwiżit jinkludi esklużjoni awtomatika tal-offerenti li ma jistgħux jipprovdu dawn is-servizzi f’tali stabbiliment li jinsab f’din il-muniċipalità, iżda li jissodisfaw il-kundizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dawn is-sejħiet għal offerti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>