32000L0081



Official Journal L 326 , 22/12/2000 P. 0056 - 0062


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/81/KE

tat-18 ta'Diċembru 2000

li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE dwar l-iffissar ta' livelli massimi ta' residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali, fl-oġġetti ta' l-ikel li ġejjin mill-annimali u f'ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex, rispettivament

(Test b'relevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta' l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fiċ-ċereali u fuqhom [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/58/KE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fl-oġġetti ta' l-ikel u fuqhom li ġejjin mill-annimali [3], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2000/58/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 Novembru 1990 dwar l-iffissar ta' livelli massimi tar-residwi tal-pestiċidi fuq ċerti prodotti li ġejjin mill-pjanti u ġo fihom inkluż il-frott u l-ħaxix [4], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2000/58/KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 Lulju 1991 rigward il-ħruġ fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [5], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/68/KE [6], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f) tagħha,

Billi:

(1) Is-sostanza attiva ġdida, spiroxamine, kienet inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE bid-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/73/KE [7] għall-użu biss bħala fungiċida, bla ma speċifikat il-kondizzjonijiet speċifiċi li għandhom impatt fuq il-prodotti li jistgħu jkunu ttrattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom l-ispiroxamine.

(2) L-imsemmija inklużjoni fl-Anness I kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni ta' l-informazzjoni mressqa rigward l-użu propost bħala fungiċida fuq iċ-ċereali u d-dwieli. L-informazzjoni li tirrigwarda l-użu fuq iċ-ċereali u d-dwieli tressqet minn ċerti Stati Membri bi qbil mal-ħtiġiet ta' l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE. L-informazzjoni disponibbli ġiet irriveduta u hija suffiċenti biex ikunu stabbiliti ċerti livelli massimi ta' residwi.

(3) Meta l-ebda massimu Komunitarju tal-livell tar-residwi jew MRL proviżorju ma jeżisti, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi livell massimu nazzjonali ta' livelli tar-residwi bi qbil ma' l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel ma l-awtorizzazzjoni tkun tista' tingħata.

(4) Ma' l-inklużjoni fl-Anness I tad-direttiva 91/414/KEE il-valutazzjoni teknika u xjentifika ta' l-ispiroxamine kienet ġiet finalizzata fit-12 ta' Mejju 1999 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-ispiroxamine. F'dan ir-rapport ta' reviżjoni l-inġestjoni aċċettabbli ta' kull jum (IAJ) ta' l-ispiroxamine kienet ġiet stabbilita bħala 0,025 mg/kg bw/kull jum. L-espożizzjoni tul ħajjithom kollha tal-konsumaturi tal-prodotti ta' l-ikel ittratti bl-ispiroxamine ġiet stmata u kkalkolata bi qbil mal-proċeduri u l-prattiċi wżati fil-Komunità Ewropea, billi ttieħed akkont tal-linji ta' gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [8] u ġie kkalkolat li l-livelli massimi ta' residwi stabbiliti f'din id-Direttiva ma jikkostitwux eċċessività ta' dan l-IAJ..

(5) Effetti tossiċi akuti li jeħtieġu li wieħed jistabbilixxi referenza għal doża akuta ma ġewx innotati matul l-estimi u d-diskussjoni li saru qabel ma l-ispiroxamine kien imdaħħal fl-Anness 1 tad-Direttiva 91/414/KEE.

(6) Fil-każ ta' ċerti prodotti agrikoli l-kondizzjonijiet għall-użu ta' l-ispiroxamine kienu diġà ġew definiti b'mod li jippermettu l-iffissar ta' ċerti livelli massimi definittivi ta' residwi.

(7) Biex ikun assigurat li l-konsumatur jiġi protett biżżejjed milli jiġi espost għar-residwi fil-prodotti jew fuqhom li għalihom ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni, hija ħaġa prudenti li jiġu stabbiliti livelli massimi proviżorji ta' residwi lejn il-limitu baxx ta' l-analiżi determinattiva għal dawk il-prodotti kollha koperti mid-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE and 90/642/KEE. Il-fatt li jiġu stabbiliti fuq livell Komunitarju dawn il-livelli massimi proviżorji ta' residwi ma jipprevenux lill-Istati Membri milli jistabbilixxu livelli massimi proviżorji ta' residwi ta' l-ispiroxamine bi qbil ma' l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE, u bi qbil ma' l-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari l-Parti B, is-sezzjoni 2.4.2.3 ta' dan l-Anness; erba' snin huma kkunsidrati perjodu ta' żmien biżżejjed biex jiġu stabbiliti l-biċċa l-kbira ta' l-użi l-oħrajn ta' l-ispiroxamine. Wara dak il-perjodu dawn il-livelli massimi proviżorji ta' residwi għandhom isiru definittivi.

(8) Il-Komunità nnotifikat l-abbozz tad-Direttiva lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti li waslu ġew ikkunsidrati fl-iffinalizzar tad-Direttiva. Il-possibbiltà ta' l-iffissar tal-livelli massimi tar-residwi tollerati fl-importazzjoni fil-każ ta' taħlitiet speċifiċi ta' pestiċida ma' prodott sejra tkun eżaminata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tas-sottomissjoni ta' l-informazzjoni aċċettabbli.

(9) L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku għall-Pjanti, b'mod partikolari l-pariri u r-rakkomandazzjonijiet li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-konsumaturi tal-prodotti ta' l-ikel ittrattati bil-pestiċidi, kienu ġew meqjusa.

(10) Din id-Direttiva hija bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-parti A ta' l-Anness tad-Direttiva 86/362/KEE:

"Residwi tal-pestiċida | Livell massimu f'mg/kg |

| |

Spiroxamine | 0,3 | Xgħir u ħafur |

| 0,05 | Ċereali oħrajn |

Artikolu 2

Dan li ġej għandu jiżdied mal-parti B ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE:

"Residwi tal-pestiċida | Livell massimu (mg/kg) |

| | |

Ta' laħam inkluż ix-xaħam reparazzjonijiet ta' laħam, interjuri u xaħmijiet ta' l-animali kif elenkati fl-Anness I fil-Kodiċi NM 0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 and 1602, | Għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib elenkati fl-Anness I fil-Kodiċi NM 0401, 0402, 040500 u 0406 | Għall-bajd frisk bil-qoxra, għall-bajd ta' l-għasafar u l-isfra tal-bajd elenkati fl-Annessi fil- Kodiċi NM 040700 u 0408 |

Aċidu ta' l-ispiroxamine carboxylic espress bħala spiroxamine | 0,2 ex0206 Fwied kliewi 0,05 Prodotti oħrajn | 0,02 | 0,05 |

Artikolu 3

Il-kontenut ta' l-Anness ta' din id-Direttiva għandu jiżdied ma' l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE.

Artikolu 4

1. Fil-każ ta' dawk il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness II tad-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE dwar il-livelli massimi tar-residwi ta' l-ispiroxamine huma indikati bħala "(p)", dawn għandhom ifissru li huma proviżorji (p) skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE.

2. Erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-livelli massimi proviżorji tar-residwi għall-ispiroxamine fl-Annessi m'għandux jibqa' aktar proviżorju u għandu jsir definittiv fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 86/362/KEE u 86/363/KEE jew l-Artikolu 3 tad-Direttiva 90/642/KEE rispettivament.,

Artikolu 5

1. Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

2. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva fl-1 ta' Lulju 2001 l-aktar tard. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif din ir-referenza għandha ssir.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Diċembru 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kumissjoni

[1] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 37.

[2] ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 78.

[3] ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 43.

[4] ĠU L 350, ta' l-14.12.1990, p. 71.

[5] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[6] ĠU L 276, tat-28.10.2000, p. 41.

[7] ĠU L 206, tal-5.8.1999, p. 16.

[8] Linji ta' gwida biex jiġi previst il-konsum ta' residwi tal-pestiċidi (riveduti), ippreparati mill-Programm ta' l-Ikel/GEMS f'kollaborazzjoni mal-Kumitat Kodex dwar Residwi tal-Pestiċida, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa 1997 (WHO/FSF/FOS97.7)

--------------------------------------------------

ANNESS

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRL | Residwi tal-pestiċidi u livelli massimi tar-residwi (mg/kg) |

Spiroxamine |

1.Frott frisk, imnixxef jew mhux imsajjar, ippreservat bil-friża, li ma jkunx hemm miżjud miegħu zokkor, ġewż

i)FROTT TAĊ-ĊITRU (AGRUMI) | 0,05 |

Tronġ | |

Lumi | |

Xkomb | |

Mandolin (inkluża il-klementin u ibridi oħra) | |

Larinġ | |

Pomelos | |

Oħrajn | |

ii)LEWŻ TAS-SIĠAR (BIL-QOXRA JEW MINGĦAJRHA) | 0,05 |

Lewż | |

Ġewż tal-Brażil | |

Ġewż tal-kaxxju | |

Qastan | |

Ġewż ta' l-Indji | |

Ġellewż | |

Makadamia | |

Pekani | |

Ġewż ta' l-arżnu (prinjoli) | |

Pistaċċi | |

Ġewż | |

Oħrajn | |

iii)FROTT TAL-POME (razza tat-tuffieħ) | 0,05 |

Tuffieħ | |

Lanġas | |

Sfarġel | |

Oħrajn | |

iv)FROTT TA'L-GĦADMA | 0,05 |

Berquq | |

Ċirasa | |

Ħawħ (inkluża n-nektarina u ibridi oħra ) | |

Għanbaqar | |

Oħrajn | |

v)KUKKU U FROTT IRQIEQ

a)Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid | 1 |

Għeneb tal-mejda | |

Għeneb ta' l-inbid | |

b)Frawli (Minbarra dak selvaġġ) | 0,05 |

c)Frott taż-żokk (minbarra dak selvaġġ | 0,05 |

Tut | |

Dewberries | |

Loganberries | |

Ċawsli | |

Oħrajn | |

d)Frott irqiq ieħor u kukku (apparti minn dak selvaġġ) | 0,05 |

Qerqnin | |

Cranberries | |

Passolina (ħamra, sewda u bajda) | |

Ribes | |

Oħrajn | |

e)Kukku selvaġġ u frott selvaġġ | 0,05 |

vi)Mixxellanji | 0,05 |

Avokado | |

Banana | |

Tamal | |

Tin | |

Kiwi | |

Kumkwatt | |

Litċi | |

Mangi | |

Żebbuġ | |

Frott tal-passjoni | |

Ananas | |

Rummien | |

Oħrajn | |

2.Ħaxix, frisk jew mhux imsajjar, iffriżat jew xott. | 0,05 |

i)GĦERUQ U TUBERI

Pitravi | |

Żunnarija | |

Krafes | |

Għerq mustarda | |

Artiċoks | |

Zfunnarija bajda | |

Għerq it-tursin | |

Ravanell | |

Salsafja | |

Patata ħelwa | |

Rapa Svediża | |

Nevew | |

Yam | |

Oħrajn | |

ii)ĦAXIX TAL-BASLA

Tewm | |

Basal | |

Basal abjad | |

Basal tar-rebbiegħa | |

Oħrajn | |

iii)ĦAXIX TAL-FROTT

a)Solanacea

Tadam | |

Bżar | |

Brunġiel | |

Oħrajn | |

b)Kukubriti - Qoxra li tittiekel

Ħjar | |

Ħjar tal-pikles | |

Qarabagħli | |

Oħrajn | |

c)Kukubriti - Qoxra li ma tittikilx

Bettiħ | |

Ibieba tal-Qara' | |

Dulliegħ | |

Oħrajn | |

d)Qamħirrum | |

iv)BRASSIKA

a)Brassika tal-fjuri

Brokkli | |

Pastard | |

Oħrajn | |

b)Brassika tar-ras

Brussel sprouts | |

Kaboċċi tar-ras | |

Oħrajn | |

c)Brassika mwerrqa

Kaboċċi ċiniżi | |

Kale | |

Oħrajn | |

d)Kolrabi | |

v)ĦAXIX TAL-WERQA U ĦWAWAR FRISKI

a)Ħass u oħrajn simili

Krexxuni | |

Ħass tal-ħaruf | |

Ħass | |

Skarole | |

Oħrajn | |

b)Spinaċi u oħrajn simili

Spinaċi | |

Weraq tal-pitravi (chard) | |

Oħrajn | |

c)Krexxuni ta' l-ilma | |

d)Witluf | |

e)Ħwawar

Maxxita | |

Kurrat selvaġġ | |

Tursin | |

Weraq tal-krafes | |

Oħrajn | |

vi)ĦXEJJEX LEGUMINUŻI (TA' L-IMWIEŻET) (friski)

Ful (bil-miżwed) | |

Ful (bla miżwed) | |

Piżelli (bil-miżwed) | |

Piżelli (bla miżwed) | |

Oħrajn | |

vii)ĦAXIX TAZ-ZOKK ( frisk)

Asparagus | |

Karduni | |

Krafes | |

Bużbież | |

Qaqoċċ | |

Kurrat | |

Rabarbru | |

Oħrajn | |

viii)FAQQIEGĦ (FUNGI)

a)Faqqiegħ ikkultivat | |

b)Faqqiegħ selvaġġ | |

3.Ħaxix ta' l-imwieżet | 0,05 |

Fażola | |

Għads | |

Piżelli | |

Oħrajn | |

4.Żrieragħ taż-żjut | 0,05 (p) (*) |

Kittien | |

Karawett | |

Żerriegħa tal-peprin | |

Ġunġlien | |

Żerriegħa tal-ġirasol | |

Żerriegħa tar-rapa | |

Żerriegħa tas-Sojja | |

Żerriegħa tal-mustarda | |

Żeriegħa tal-qoton | |

Oħrajn | |

5.Patata | 0,05 |

Patata tal-bikri | |

Patata mwaħħra | |

6.Té (weraq u żkuk imnixxfa, iffermentati jew mod ieħor, mill-weraq tal-Camellia sinensis) | 0,1 |

7.Ħops (imnixxef), inklużi boċċi tal-ħops u trab mhux ikkonċentrat | 0,1 |

--------------------------------------------------