|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2662 |
30.12.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2662
tat-22 ta’ Diċembru 2025
li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-alonga tal-Mediterran fil-Baħar Mediterran minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/202 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2025. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-alonga tal-Mediterran fil-Baħar Mediterran mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż eżawrew dik il-kwota għall-2025. |
|
(3) |
Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-2025 għall-Italja, fir-rigward tal-istokk tal-alonga tal-Mediterran fil-Baħar Mediterran imsemmija fl-Anness għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li l-ħut minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm abbord, jiġi rilokat, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni,
F’isem il-President,
Costas KADIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1224/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/202 tat-30 ta’ Jannar 2025 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 u l-2026 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2024/257 fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 (ĠU L, 2025/202, 31.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/202/oj).
ANNESS
|
Nru |
15/TQ202 |
|
Stat Membru |
L-Italja |
|
Stokk |
ALB/MED |
|
Speċi |
Alonga tal-Mediterran (Thunnus alalunga) |
|
Żona |
Il-Baħar Mediterran |
|
Data tal-għeluq |
5.12.2025 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2662/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)