14.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10792 – PHILIP MORRIS INTERNATIONAL / SWEDISH MATCH)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 351/06)

1.   

Fis-6 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Philip Morris Holland Holdings B.V. (“PMHH”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Philip Morris International Inc. (“PMI”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Swedish Match AB (“Swedish Match”, l-Iżvezja).

PMI se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Swedish Match.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-11 ta’ Mejju 2022.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

PMI hija kumpanija internazzjonali tat-tabakk li timmanifattura u tbigħ sigaretti u prodotti oħra tat-tabakk kombustibbli, kif ukoll prodotti u aċċessorji oħra tat-tabakk u li fihom in-nikotina.

—

Swedish Match timmanifattura u tbigħ diversi prodotti tat-tabakk orali, boroż tan-nikotina, u prodotti tal-boroż la bin-nikotina u lanqas bit-tabakk, kif ukoll sigarri, logħbiet, ligteri u prodotti oħra relatati man-nar. Swedish Match hija involuta wkoll fid-distribuzzjoni tat-tabakk u tal-prodotti li fihom in-nikotina fl-Iżvezja u fin-Norveġja permezz ta’ sussidjarja.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart jum wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.10792 – PHILIP MORRIS INTERNATIONAL / SWEDISH MATCH

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks, jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).