Official Journal L 137 , 05/06/2003 P. 0003 - 0004
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 22/2003 ta' l-14 ta' Marzu 2003 li temenda l-Anness I (Oqsma veterinarji jew fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif mibdul mill-Protokoll li Jbidel l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem msejjaħ bħala "il-Ftehim" u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Annex I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2002 tas-6 Diċembru 2002 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/455/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 li temenda d-Deċiżjoni 2001/881/KE rigward il-lista tal-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntieri miftehma għall-eżaminijiet veterinarji fuq annimali u prodotti ta' l-annimali minn pajjiżi terzi [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-Liechtenstein, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Dan li ġej għandu jkun miżjud fil-punt 39 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE) f'Parti 1.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim: ", kif emendat bid-: - 32002 D 0455: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/455/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 155, 14.6.2002, p. 59)." Artikolu 2 It-test tad-Deċiżjoni 2002/455/KE fl-ilsien Islandiż u Norveġiż, li għandu jiġi ippublikat fis-Supliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ingħataw lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċizjoni għandha tiġi ippublikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Supliment ŻEE tal- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fl-14 ta' Marzu 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 38, tat- 13.2.2003, p. 3. [2] ĠU 155, ta' l- 14.6.2002, p. 59. [3] Ma kienx hemm b\onnijiet konstituzjonali indikati. --------------------------------------------------