22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 54/2009

tal-21 ta’ Jannar 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 669/97 fir-rigward tal-ftuħ u l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità għal ċerti ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw fil-Gżejjer Faroe

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 669/97 tal-14 ta' April 1997 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti u l-limiti tat-tariffi tal-Komunità, li jiddefinixxi d-dispożizzjonijiet dettaljati li jemendaw u jadattaw dawn il-miżuri u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1983/95 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bejn il-KE u d-Danimarka/il-Gżejjer Faroe Nru 2/2008 (2008/957/KE) (2) emendat it-Tabelli I u II tal-Anness għall-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe fuq in-naħa l-oħra.

(2)

Fil-Protokoll 1 emendat tal-Ftehim hemm dispożizzjoni għal tliet kwoti tariffarji ġodda fis-sena li jkopru l-importazzjoni fil-Komunità ta' certi ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw fil-Gżejjer Faroe. Il-kwoti tariffarji il-ġodda għandhom japplikaw mill-1 ta' Settembru 2008. Sabiex ikunu implimentati dawn il-kwoti tariffarji ġodda, jeħtieġ li tkun aġġustata l-lista ta' ħut u prodotti tal-ħut soġġetti għall-kwoti tariffarji stipulati fir-Regolament (KE) Nru 669/97.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3), jipprovdi għal sistema ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji, imfassla biex tintuża skont l-ordni kronoloġika tad-dati tal-approvazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali. Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni u biex tkun żgurata ġestjoni effeċjenti b'kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-Gżejjer Faroe, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, dik is-sistema ta' ġestjoni għandha tintuża għall-kwoti tariffarji stipulati fir-Regolament (KE) Nru 669/97.

(4)

Għas-sena 2008, il-volumi tal-kwoti tariffarji stipulati f'dan ir-Regolament għandhom jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi bażiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 2/2008 (2008/957/KE), proporzjonatament ma' dik il-parti tas-sena li tkun għaddiet qabel japplikaw il-kwoti tariffarji.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/97 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Skont id-Deċiżjoni (KE) 2/2008 (2008/957/KE), il-kwoti tariffarji l-ġodda għandhom japplikaw mill-1 ta' Settembru 2008. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mill-istess data.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 669/97 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji stipulati f'dan ir-Regolament għandhom ikunu amministrati skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.”

(2)

L-Anness huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 101, 18.4.1997, p. 1.

(2)   ĠU L 338, 17.12.2008, p. 72.

(3)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 669/97 jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

In-Nru tasserje

Il-Kodiċi NM

Is-suddiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni

Ir-rata tad-dazju

Il-volum tal-kwota f'tunnellati

“09.0672

ex 0305 59 80

80

Il-Pollakkju (Pollachius Virens), immellaħ u mnixxef

0

Mill-1.9 sal-31.12.2008: 250

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 u mill-1.1 sal-31.12 ta' kull sena sussegwenti: 750

09.0674

ex 0307 91 00

ex 0307 99 18

ex 1605 90 30

10

10

30

Il-bronja komuni (Buccinum Undatum), ħajja, friska, imkessħa, iffriżata, ippreparata jew ippriżervata

0

Mill-1.9 sal-31.12.2008: 400

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 u mill-1.1 sal-31.12 ta' kull sena sussegwenti: 1 200

09.0676

ex 0306 14 90

10

Il-granċ tal-ispeċi Geryon affinis, iffriżat

0

Mill-1.9 sal-31.12.2008: 250

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 u mill-1.1 sal-31.12 ta' kull sena sussegwenti: 750”