European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3215

13.6.2025

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2025/3215)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

Côtes du Rhône Villages

PDO-FR-A0664-AM08 – 19.3.2025

1.   Isem il-prodott

Côtes du Rhône Villages

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☒

Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (DOP)

☐

Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP)

☐

Indikazzjoni Ġeografika (IĠ)

3.   Settur

☐

Prodotti agrikoli

☒

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż terz li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Franza

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Syndicat Général des vignerons réunis des Côtes du Rhône (l-Assoċjazzjoni tal-vitikulturi ta’ Côtes du Rhône)

6.   Kwalifika bħala emenda standard

L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) 2024/1143. L-emendi tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huma emendi standard kif definiti fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143, jiġifieri mhumiex emendi tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 24(3) ta’ dak ir-Regolament. B’mod speċifiku, l-emendi: (a) ma jinkludux bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-prodotti jew fil-kategoriji ta’ prodotti deżinjati mill-indikazzjoni ġeografika; b) ma jirriskjawx li jneħħu r-rabta maż-żona ġeografika msemmija fid-dokument uniku; (c) ma jinvolvux aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

1.   Tħassir tal-unità ġeografika iżgħar “Laudun”

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP Côtes du Rhône Villages ġiet emendata biex titħassar l-unità ġeografika iżgħar “Laudun”, li għaliha ġiet ippreżentata applikazzjoni għar-rikonoxximent bħala DOP.

Ġew emendati t-taqsimiet li ġejjin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

—

Kapitolu I, Taqsima II – Ismijiet ta’ postijiet addizzjonali

—

Kapitolu I, Taqsima III – Kulur u tipi ta’ prodotti

—

Kapitolu I, Taqsima IV – Żoni ġeografiċi ddefiniti.

L-unità ġeografika iżgħar “Laudun” tħassret ukoll fit-taqsima “Rekwiżiti oħra applikabbli – Ismijiet ta’ postijiet addizzjonali” tad-dokument uniku.

2.   Żona ġeografika u żona fil-viċinanza immedjata

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IV “Żoni u postijiet fejn jitwettqu diversi operazzjonijiet” tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP Côtes du Rhône Villages, il-punti 1 “Żona ġeografika” u 3 “Żona fil-viċinanza immedjata” ġew issupplimentati, mingħajr aktar tibdil, biż-żieda ta’ referenza għall-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2023.

Dan it-test emendat jippermetti li ż-żona ġeografika tiġi identifikata b’referenza għall-verżjoni tal-2023 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali maħruġ mill-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika u l-Istudji Ekonomiċi (INSEE), li jagħti ċertezza legali lid-definizzjoni taż-żona ġeografika.

Ir-referenza għall-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tippermetti l-verifika tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet. Pereżempju, fid-département ta’ Gard, l-isem Laudun ġie sostitwit b’Laudun-l’Ardoise, mingħajr ebda bidla fid-definizzjoni taż-żona ġeografika.

Fid-département ta’ Drôme, fir-rigward taż-żona fil-viċinanza immedjata, l-isem La Voulte ġie sostitwit b’La Voulte-sur-Rhône, l-ismijiet Mercurol u Veaunes ġew sostitwiti b’Mercurol-Veaunes, u l-isem La-Motte-de-Galaure ġie sostitwit b’Saint-Jean-de-Galaure, mingħajr ebda bidla fid-definizzjoni taż-żona ġeografika.

Din ir-referenza għall-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali ġiet miżjuda mad-dokument uniku fit-taqsimiet “Żona ġeografika” u “Rekwiżiti oħra applikabbli – żona fil-viċinanza immedjata”, u b’hekk jiġu aġġornati l-ismijiet tal-muniċipalitajiet mingħajr aktar bidla.

3.   Varjetajiet ta’ dwieli

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima V “Varjetajiet ta’ dwieli” tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP Côtes du Rhône Villages, il-varjetajiet Clairette rose RS u Grenache gris G ġew miżjuda bħala varjetajiet sekondarji għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod. Dawn kienu diġà inklużi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott bħala varjetajiet sekondarji għall-produzzjoni tal-inbejjed ħomor u rożè.

Iż-żewġ varjetajiet tkabbru tradizzjonalment fil-vinji tad-denominazzjoni u jintużaw f’taħlitiet; fil-kompożizzjoni tal-inbejjed bojod, dawn jgħinu biex tiġi evitata l-ossidazzjoni.

Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku minħabba li l-varjetajiet kienu diġà inklużi fil-lista tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid fir-rigward tal-inbejjed ħomor u rożè.

4.   Estensjoni tal-kriterji tal-intensità tal-kulur u tal-indiċi tal-polifenoli totali għall-inbejjed bl-ingrossa

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX “Ipproċessar, żvilupp, tqaddim, imballaġġ u ħżin” tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP Côtes du Rhône Villages, il-punt (c) dwar l-istandards analitiċi ġie emendat biex jestendi l-intensità tal-kulur u l-kriterji tal-indiċi tal-polifenoli totali għall-inbejjed fl-istadju tal-ippakkjar u tal-bejgħ bl-ingrossa. L-estensjoni tad-dispożizzjoni tippermetti li jiġi stabbilit livell minimu ta’ kwalità għall-inbejjed tad-denominazzjoni li huma soġġetti għal kontrolli fl-istadji kollha tal-produzzjoni.

Saret l-istess emenda fit-taqsima “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed” tad-dokument uniku.

5.   Miżura tranżitorja dwar id-densità tat-tħawwil

Fil-Kapitolu I, it-Taqsima XI “Miżuri tranżitorji” tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP Côtes du Rhône Villages, il-punt 3(a) dwar id-densità tat-tħawwil ġie emendat biex jitqiesu, għall-miżura tranżitorja, l-irqajja’ art irreġistrati mal-korp ta’ ġestjoni li tħawlu bejn l-1996 u l-2009 u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti dwar l-erja massima għal kull pjanta u l-wisa’ massima bejn il-flanni. Dawn l-irqajja’ art iżommu d-dritt li jużaw id-denominazzjoni għal volum imnaqqas, ikkalkulat billi r-rendiment awtorizzat jiġi mmultiplikat b’koeffiċjent ta’ 0,90 jekk l-erja massima għal kull dielja tkun inqas minn 2,8 m2 u b’0,80 jekk tkun akbar.

Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/Ismijiet

Côtes du Rhône Villages

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dielja

1.

Inbid

3.1.   Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

—

22 – XARBIET, SPIRTI U ĦALL

2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbejjed ħomor, rożè u bojod

DESKRIZZJONI QASIRA

L-inbejjed huma inbejjed ħomor, rożè u bojod, bla gass u xotti.

L-inbejjed ħomor u rożè jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni (98 %). L-inbejjed huma morbidi u ġenerużi, u għandhom intensità tajba ta’ kulur. Huma adattati għat-tqaddim għal tul ta’ żmien li jvarja skont it-tip ta’ ħamrija u t-taħlita ta’ varjetajiet, kif iddeterminat mill-produtturi abbażi tal-għarfien espert tagħhom. Il-varjetà Grenache N tirrappreżenta mill-inqas 40 % tat-taħlitiet, flimkien mas-Syrah N u/jew mal-Mourvèdre N, li bħala varjetajiet ewlenin jirrappreżentaw mill-inqas 25 % tat-taħlita tal-varjetajiet.

L-inbejjed bojod huma morbidi fil-palat, kultant b’noti ta’ ħwawar u vanilla.

L-inbejjed iridu jissodisfaw il-kriterji analitiċi li ġejjin:

1.

Qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum: 12 %;

2.

Qawwa alkoħolika totali massima skont il-volum wara l-arrikkiment: 14,5 %;

3.

Kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ mhux aktar minn 3 g/l fejn il-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum tkun inqas minn 14 %;

4.

Kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju + fruttożju) ta’ mhux aktar minn 4 g/l fejn il-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum tkun aktar minn 14 %.

5.

Inbejjed ħomor: kontenut ta’ aċidu maliku ta’ mhux aktar minn 0,4 g/l; intensità tal-kulur (OD 420 + 520 + 620 nm) ta’ mill-inqas 7 fl-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa jew tal-imballaġġ; u indiċi tal-polifenoli totali (OD 280 nm) ta’ mill-inqas 45 fl-istadju tal-bejgħ bl-ingrossa jew tal-imballaġġ.

Il-kriterji analitiċi l-oħra jridu jkunu konformi mal-valuri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): –

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): –

—

Aċidità totali minima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 16,33

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): –

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Prattiki enoloġiċi

Prattika enoloġika speċifika

—

It-tekniki tal-arrikkiment sottrattiv huma permessi għall-inbejjed ħomor sa rata ta’ konċentrazzjoni ta’ 10 %.

—

Fil-produzzjoni tal-inbejjed rożè, il-produtturi tal-inbid jistgħu jużaw il-faħam għall-użu enoloġiku esklussivament għall-most li joħroġ mill-pressa, fi proporzjon ta’ mhux aktar minn 20 % tal-volum tal-inbid rożè prodott mill-produttur tal-inbid ikkonċernat għal ħsad partikolari.

2.   Wisa’ bejn il-flanni u l-pjanti

Metodu tat-tkabbir

—

Il-wisa’ bejn il-flanni hija ta’ 2,50 m jew inqas.

—

L-erja disponibbli għal kull pjanta hija ta’ mhux aktar minn 2,50 m2, ikkalkulata billi jiġu mmultiplikati d-distanza bejn il-flanni u l-wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann.

—

Il-wisa’ bejn il-pjanti fl-istess flann hija ta’ bejn 0,80 m u 1,25 m.

3.   Żbir – Dispożizzjonijiet ġenerali

Metodu tat-tkabbir

—

Id-dwieli jinżabru qosra (permezz tal-metodu taż-żbir f’forma ta’ sġajriet jew tal-metodu taż-żbir bis-sistema tal-cordon Royat), b’massimu ta’ sitt idfra għal kull pjanta. Kull difer ikollu massimu ta’ żewġ għejun.

—

Il-perjodu biex jiġi stabbilit il-cordon huwa limitat għal sentejn. Matul dan il-perjodu, iż-żbir Guyot sempliċi jew doppju huwa permess kif definit hawn taħt għall-varjetà Viognier B.

4.   Żbir – Dispożizzjoni speċjali

Metodu tat-tkabbir

Il-varjetà Viognier B tista’ tinżabar:

—

jew permezz taż-żbir Guyot sempliċi, b’massimu ta’ tmien għejun fuq iż-żarġun twil u difer wieħed jew tnejn b’massimu ta’ żewġ għejun fuq kull difer;

—

jew permezz taż-żbir Guyot doppju, b’massimu ta’ sitt għejun fuq kull żarġuna twila u difer wieħed jew tnejn b’massimu ta’ żewġ għejun fuq kull difer.

5.   Irrigazzjoni

Metodu tat-tkabbir

L-irrigazzjoni tista’ tiġi awtorizzata.

6.   Metodi tat-tkabbir biex jiġu ppreservati l-karatteristiċi tal-ambjent fiżiku u bijoloġiku

Metodu tat-tkabbir

Sabiex jiġu ppreservati l-karatteristiċi tal-ambjent fiżiku u bijoloġiku li huwa element fundamentali tal-ħamrija:

—

il-kontroll tal-ħaxix ħażin bl-użu tas-sustanzi kimiċi fuq il-promontorji huwa pprojbit;

—

il-kontroll tal-ħaxix ħażin bl-użu tas-sustanzi kimiċi fuq aktar minn 50 % tal-erja tal-irqajja’ tal-art tal-vinja, minbarra l-promontorji, huwa pprojbit.

—

il-mulching tal-plastik huwa pprojbit;

—

ma jista’ jsir l-ebda tibdil sostanzjali fil-forma u l-profili tal-pajsaġġ jew fis-sekwenza pedoloġika naturali tal-irqajja’ art maħsuba għall-produzzjoni tal-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettraru

1.

50 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika ddefinita

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2023:

—

Id-département ta’ Ardèche: Bourg-Saint-Andéol, Saint-Just-d’Ardèche, Saint-Marcel-d’Ardèche, Saint-Martin-d’Ardèche;

—

Id-département ta’ Drôme: Bouchet, Mérindol-les-Oliviers, Mirabel-aux-Baronnies, Mollans-sur-Ouvèze, Montbrison, Nyons, (Le) Pègue, Piégon, Rochegude, Rousset-les-Vignes, Saint-Maurice-sur-Eygues, Saint-Pantaléon-les-Vignes, Suze-la-Rousse, Taulignan, Tulette, Venterol, Vinsobres;

—

Id-département ta’ Gard: Aiguèze, Bagnols-sur-Cèze, Castillon-du-Gard, Cavillargues, Chusclan, Codolet, Comps, Cornillon, Domazan, Estézargues, Fournès, Gaujac, Laudun-l’Ardoise, Montfrin, Orsan, Pont-Saint-Esprit, Pujaut, Rochefort-du-Gard, Sabran, Saint-Alexandre, Saint-Etienne-des-Sorts, Saint-Gervais, Saint-Hilaire-d’Ozilhan, Saint-Marcel-de-Careiret, Saint-Michel-d’Euzet, Saint-Nazaire, Saint-Pons-la-Calm, Saint-Victor-la-Coste, Sauveterre, Saze, Tresques, Valliguières, Vénéjan;

—

Id-département ta’ Vaucluse: Beaumes-de-Venise, Bédarrides, Bollène, Buisson, Cairanne, Camaret-sur-Aigues, Caumont-sur-Durance, Châteauneuf-de-Gadagne, Courthézon, Faucon, Grillon, Jonquières, La Roque-Alric, Lafare, Lagarde-Paréol, Mondragon, Morières-lès-Avignon, Orange, Piolenc, Puyméras, Rasteau, Richerenches, Roaix, Sablet, Saint-Marcellin-lès-Vaison, Saint-Romain-en-Viennois, Saint-Roman-de-Malegarde, Saint-Saturnin-lès-Avignon, Sainte-Cécile-les-Vignes, Séguret, Sérignan-du-Comtat, Sorgues, Suzette, Travaillan, Uchaux, Vaison-la-Romaine, Valréas, Vedène, Villedieu, Violès, Visan.

7.   Varjetà/varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid

Bourboulenc B – Doucillon blanc

Brun argenté N – Vaccarèse

Carignan N

Carignan blanc B

Cinsaut N – Cinsault

Clairette B

Clairette rose Rs

Counoise N

Floreal B

Grenache N

Grenache blanc B

Grenache gris G

Marsanne B

Mourvèdre N – Monastrell

Muscardin N

Piquepoul blanc B

Piquepoul noir N

Roussanne B

Syrah N – Shiraz

Terret noir N

Ugni blanc B

Vermentino B – Rolle

Vidoc N

Viognier B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta jew tar-rabtiet

Iż-żona ġeografika tinsab bejn Montélimar u Avignon, f’erba’ départements fil-parti tan-Nofsinhar tal-wied tar-Rhône. Ix-xmara Rhône tgħaddi direttament miż-żona, u tipprovdi rabta essenzjali mad-dinja ta’ barra.

Matul l-era Terzjarja, il-wied tar-Rhône kien “fjord” Mediterranju li kien jasal sa Vjenna. Meta l-baħar tbaxxa, matul l-era Kwaternarja, il-pajsaġġ kiseb il-karatteristiċi attwali tiegħu permezz tal-effett tal-erożjoni (xita, irjieħ, erożjoni fluvjali). B’riżultat ta’ dan, il-pajsaġġ huwa ddominat minn inklinazzjonijiet u għelieqi mtarrġin. It-tipi ta’ ħamrija jvarjaw ħafna u jinkludu għelieqi mtarrġin max-xmara, lom u ġebel tal-ġir artab kif ukoll ħamrija maħluqa mill-erożjoni (lom, ramel, ġebel ramli jew molassa).

Il-klima fil-wied tan-Nofsinhar tar-Rhône hija waħda Mediterranja, bi sjuf sħan u xotti u ammont baxx ta’ xita matul is-sena. Ix-xita tagħmel l-aktar fil-ħarifa u tard fix-xitwa. Il-klima hija influwenzata ħafna wkoll mill-Mistral, riħ mit-Tramuntana li huwa xott u spiss qawwi ħafna. Il-Mistral jonfoħ għal medja ta’ 120 jum fis-sena, itajjar is-sħab u jiżgura ħafna xemx. Il-muntanji u l-għoljiet madwar il-wied joħolqu effett ta’ kuritur li jsaħħaħ il-veloċitajiet tar-riħ (l-effett Venturi tal-kuritur tar-Rhône).

Il-vinji tal-wied tar-Rhône beda jkollhom suċċess partikolari matul is-seklu 18, u fl-aħħar tas-seklu 18 u fis-seklu 19 il-vitikultura espandiet tul ix-xatt tax-xellug tax-xmara. Fl-1864, Napuljun III ikkummissjona lil Jules Guyot, agronomista, biex jikteb rapport dwar l-istat u l-futur tal-vinji Franċiżi. Guyot uża t-terminu “Côtes du Rhône” (fil-plural) biex jiddeskrivi l-vinji li jestendu minn Saint-Gilles sa Tournon billi jgħaddu minn Beaucaire. Il-viċinanza tar-Rhône kienet tfisser li l-inbejjed kellhom aċċess tajjeb għas-swieq.

Il-vitikultura saret sors maġġuri ta’ introjtu. Din il-pożizzjoni b’saħħitha wasslet għar-rikonoxximent tal-Côtes du Rhône bħala denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata mill-1937.

Wara dan ir-rikonoxximent, il-produtturi esprimew ix-xewqa li jkunu jistgħu jippromwovu l-aħjar inbejjed tagħhom permezz tal-ismijiet ġeografiċi speċifiċi. Dan wassal għar-rikonoxximent, fl-1966, tal-possibbiltà li d-denominazzjoni ta’ oriġini Côtes du Rhône tingħaqad mal-ismijiet ta’ għadd ta’ muniċipalitajiet biex tiġi speċifikata l-oriġini tal-għeneb, li jirrifletti r-reputazzjoni li kienu kisbu l-inbejjed. Imbagħad, fl-1967, ġiet rikonoxxuta d-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Côtes du Rhône Villages. Dawn l-isforzi biex il-produzzjoni tiġi organizzata fi struttura forma ta’ “piramida” ħeġġew ir-rikonoxximent ta’ unitajiet ġeografiċi oħra biex jikkomplementaw id-denominazzjoni Côtes du Rhône Villages.

Fl-2010 ġew prodotti madwar 350 000 ettolitru, inklużi 5 000 ettolitru ta’ inbid abjad.

L-inbejjed huma bla gass u xotti. Dawk ħomor u rożè jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni. L-inbejjed huma morbidi u ġenerużi, u għandhom intensità tajba ta’ kulur. Huma adatti għal tqaddim għal tul ta’ żmien li jvarja skont it-tip ta’ ħamrija (ħamrija ramlija jew ramlija u tal-lom trendi inbejjed aktar ħfief, u l-ħamrija ġeblija jew taflija trendi inbejjed tanniċi aktar rikki) u skont it-taħlita ta’ varjetajiet, kif iddeterminat mill-produtturi abbażi tal-għarfien espert tagħhom.

L-inbejjed jiġu prodotti bit-taħlita tal-varjetà Grenache N ma’ dik tas-Syrah N jew tal-Mourvèdre N. Mill-inqas 66 % tat-taħlita għandha tkun tikkonsisti minn dawn it-tliet varjetajiet ewlenin. L-inbejjed bojod (li jirrappreżentaw 2 % tal-produzzjoni) huma morbidi fil-palat, kultant b’noti ta’ ħwawar u vanilla.

L-inbejjed huma magħmula minn għeneb imkabbar fuq irqajja’ art magħżula bir-reqqa fiż-żona tal-produzzjoni tal-Côtes du Rhône. Dawn huma espressjoni partikolari u ġenwina tal-potenzjal naturali u uman assoċjat mal-inbejjed mill-wied tar-Rhône.

L-inbejjed prodotti għalhekk jixhdu, u huma r-riżultat ta’, “diversità unika” li l-produtturi setgħu jisfruttawha, jadattaw it-taħlita tal-varjetajiet u jagħżlu l-aħjar irqajja’ art biex jieħdu vantaġġ mill-klima favorevoli u l-preżenza tar-Rhône.

Il-wied tar-Rhône għandu klima adattata sew għat-tkabbir tad-dwieli, kemm minħabba l-effett benefiku tal-Mistral qawwi, kiesaħ u xott, li jipproteġi lid-dwieli mill-mard fungali, kif ukoll minħabba x-xemx abbundanti, li tiżgura li l-għeneb isir sew, u minħabba l-ammont adattat ta’ xita u l-konċentrazzjoni kkawżata hija wkoll mill-frekwenza tal-Mistral.

Minn żmien il-kolonizzazzjoni Griega, il-wied tar-Rhône pprovda rotta maġġuri marittima, u aktar tard ferrovjarja u fuq l-art, għall-kummerċ tal-inbid, u b’hekk ippermetta li tinżamm tradizzjoni kburija ta’ vitikultura għal aktar minn żewġ millennji.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Ismijiet ġeografiċi supplimentari

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jkun segwit minn wieħed mill-ismijiet ġeografiċi supplimentari li ġejjin jekk l-inbejjed jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-produzzjoni stabbiliti għal dawn l-ismijiet fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

—

Chusclan

—

Gadagne

—

Massif d’Uchaux

—

Nyons

—

Plan de Dieu

—

Puyméras

—

Roaix

—

Rochegude

—

Rousset-les-Vignes

—

Sablet

—

Saint-Andéol

—

Saint-Gervais

—

Saint-Maurice

—

Saint-Pantaléon-les-Vignes

—

Sainte-Cécile

—

Séguret

—

Signargues

—

Suze-la-Rousse

—

Vaison-la-Romaine

—

Valréas

—

Visan.

Unità ġeografika usa’

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-unità ġeografika usa’ Vignobles de la Vallée du Rhône tista’ tiġi indikata fuq it-tikketti tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Côtes du Rhône Villages skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-ftehim iffirmat bejn il-korpi ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni kkonċernati. Din l-informazzjoni trid tidher fl-istess kamp viżiv bħad-dettalji obbligatorji kollha u trid tkun stampata b’ittri tal-istess disinn grafiku u kulur bħal dawk tad-denominazzjoni, u f’daqs li ma jaqbiżx iż-żewġ terzi tad-daqs tad-denominazzjoni.

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika ddefinita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita minn deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2023:

—

Id-département ta’ Ardèche: Alboussière, Andance, Ardoix, Arlebosc, Arras-sur-Rhône, Baix, Beauchastel, Bidon, Boffres, Bogy, Champagne, Champis, Charmes-sur-Rhône, Charnas, Châteaubourg, Cheminas, Colombier-le-Cardinal, Cornas, Eclassan, Étables, Félines, Flaviac, Gilhac-et-Bruzac, Glun, Gras, Guilherand-Granges, La Voulte-sur-Rhône, Labastide-de-Virac, Le Pouzin, Lemps, Limony, Mauves, Ozon, Peaugres; Peyraud, Plats, Quintenas, Rompon, Saint-Barthélemy-le-Plain, Saint-Cierge-la-Serre, Saint-Cyr, Saint-Désirat, Saint-Étienne-de-Valoux, Saint-Georges-les-Bains, Saint-Jean-de-Muzols, Saint-Julien-en-Saint-Alban, Saint-Laurent-du-Pape, Saint-Montan, Saint-Péray, Saint-Remèze, Saint-Romain-d’Ay, Saint-Romainde-Lerps, Saint-Symphorien-sous-Chomérac, Saint-Vincent-de-Durfort, Sarras, Savas, Sécheras, Serrières, Soyons, Talencieux, Thorrenc, Toulaud, Tournon-sur-Rhône, Vernosc-lès-Annonay, Vinzieux, Vion;

—

Id-département ta’ Drôme: Albon, Aleyrac, Allex, Ambonil, Andancette, Aubres, La Baume-de-Transit, Beaumont-Monteux, Beausemblant, Benivay-Ollon, Bourg-les-Valence, Chamaret, Chanos-Curson, Chantemerle-les-Blés, Chantemerle-les-Grignan, Châteauneuf-de-Bordette, Châteauneuf-sur-Isère, Chavannes, Clansaye, Clérieux, Colonzelle, Condorcet, Crozes-Hermitage, Donzère, Erôme, Etoile-sur-Rhône, La Garde-Adhémar, Gervans, Grane, Granges-les-Beaumont, Les Granges-Gontardes, Grignan, Larnage, La Roche-de-Glun, Laveyron, Livron-sur-Drôme, Loriol-sur-Drôme, Mercurol-Veaunes, Montjoux, Montoison, Montaulieu, Montségur-sur-Lauzon, La Penne-sur-l’Ouvèze, Les Pilles, Pierrelatte, Pierrelongue, Le Poët-Laval, Ponsas, Pont-de-l’Isère, Propiac, Roche-Saint-Secret-Béconne, Roussas, Saint-Barthélemy-de-Vals, Saint-Donat-sur-l’Herbasse, Saint-Gervais-sur-Roubion, Saint-Jean-de-Galaure, Saint-Paul-Trois-Châteaux, Saint-Rambert-d’Albon, Saint-Restitut, Saint-Uze, Saint-Vallier, Salles-sous-Bois, Serves-sur-Rhône, Solérieux, Tain-l’Hermitage, Teyssières, Triors, Valaurie, Valence;

—

Id-département ta’ Gard: Les Angles, Argilliers, Aramon, La Bastide-d’Engras, Beaucaire, Bellegarde, La Capelle-et-Masmolène, Carsan, Collias, Connaux, Flaux, Le Garn, Goudargues, Issirac, Jonquières-Saint-Vincent, Laval-Saint-Roman, Le Pin, Lirac, Meynes, Montfaucon, La Roque-sur-Cèze, Pougnadoresse, Pouzilhac, Remoulins, Roquemaure, Saint-André-d’Olérargues, Saint-André-de-Roquepertuis, Saint-Bonnet-du-Gard, Saint-Christol-de-Rodières, Saint-Geniès-de-Comolas, Saint-Julien-de-Peyrolas, Saint-Laurent-de-Carnols, Saint-Laurent-des-Arbres, Saint-Laurent-la-Vernède, Saint-Paul-les-Fonts, Saint-Paulet-de-Caisson, Salazac, Sernhac, Tavel, Théziers, Vallabrix, Verfeuil, Vers-Pont-du-Gard, Villeneuve-lès-Avignon;

—

Id-département ta’ Isère: Chonas-l’Amballan, Les Côtes d’Arey, Le-Péage-de-Roussillon, Reventin-Vaugris, Les Roches-de-Condrieu, Sablons, Saint-Alban-du-Rhône, Saint-Clair-du-Rhône, Saint-Maurice-l’Exil, Salaise-sur-Sanne, Seyssuel, Vienne;

—

Id-département ta’ Loire: Bessey, La Chapelle-Villars, Chavanay, Chuyer, Lupé, Maclas, Malleval, Pélussin, Roisey, Saint-Michel-sur-Rhône, Saint-Pierre-de-Bœuf, Saint Romain-en-Jarez, Vérin;

—

Id-département ta’ Rhône: Ampuis, Condrieu, Les Haies, Loire-sur-Rhône, Longes, Sainte-Colombe, Saint-Cyr-sur-le-Rhône, Saint-Romain-en-Gal, Tupin-et-Semons;

—

Id-département ta’ Vaucluse: Althen-les-Paluds, Aubignan, Avignon, Le Barroux, Beaumont-du-Ventoux, Bédoin, Blauvac, Brantes, Caderousse, Caromb, Carpentras, Cavaillon, Châteauneuf-du-Pape, Crestet, Crillon-le-Brave, Entraigues-sur-la-Sorgue, Entrechaux, Flassan, Gigondas, Jonquerettes, Lamotte-du-Rhône, Lapalud, Loriol-du-Comtat, Malaucène, Malemort-du-Comtat, Mazan, Méthamis, Modène, Monteux, Mormoiron, Mornas, Pernes-les-Fontaines, Le Pontet, Saint-Hippolyte-le-Graveyron, Saint-Léger-du-Ventoux, Saint-Pierre-de-Vassols, Savoillan, Sarrians, Le Thor, Vacqueyras, Villes-sur-Auzon.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-4d6e5152-08b2-47c6-adf7-4578a78bfe78


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3215/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)