|
6.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9826 — Mitsubishi Chemical Holdings/UBE Industries/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 221/05)
1.
Fil-25 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mitsubishi Chemical Holdings Corporation (“MCHC”, il-Ġappun), |
|
— |
Ube Industries, Ltd (“Ube”, il-Ġappun), |
|
— |
JV (il-Ġappun). |
MCHC u Ube jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
MCHC: kumpanija dinjija Ġappuniża tal-manifattura tal-kimika, attiva fi prodotti ta’ prestazzjoni, materjali industrijali, u applikazzjonijiet għall-kura tas-saħħa, fosthom elettroliti għall-batteriji sekondarji tal-jone tal-litju (ithium-ion batteries, “LIBs”); |
|
— |
Ube: kumpanija Ġappuniża dinjija, attiva fi tliet segmenti prinċipali tan-negozju: il-kimiċi, il-materjali tal-kostruzzjoni u l-makkinarju. |
|
— |
il-JV: se tgħaqqad l-attivitajiet ta’ MCHC u Ube fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettroliti għal-LIBs, u se twettaq il-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettroliti għal-LIBs globalment. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9826 Mitsubishi Chemical Holdings/UBE Industries/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).