Brussell, 21.10.2024

COM(2024) 496 final

2024/0275(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

RESTORE - Appoġġ Reġjonali ta’ Emerġenza għar-Rikostruzzjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1058 u r-Regolament (UE) 2021/1057


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Id-diżastri naturali reċenti fiċ-Ċentru, fil-Lvant u fin-Nofsinhar tal-Ewropa kellhom effett devastanti fuq il-popolazzjonijiet li jgħixu f’dawn ir-reġjuni. Se jkunu meħtieġa xogħlijiet estensivi ta’ rikostruzzjoni f’ħafna bliet, u rħula biex jissewwew l-infrastruttura u t-tagħmir li saritilhom ħsara u u biex il-ħsara titranġa b'mod aħjar li jiżgura r-reżiljenza u tiġi żgurata aħjar ir-reżiljenza għall-klima u għad-diżastri b’mod kosteffettiv, sabiex jittaffa malajr il-piż fuq il-baġits lokali, reġjonali u nazzjonali u jittaffa r-riskju li d-disparitajiet territorjali jmorru għall-agħar b’kaġun ta’ dawn id-diżastri. Se jkunu meħtieġa miżuri immedjati biex jittaffew il-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi ta’ diżastri naturali bħal dawn. Barra minn hekk, il-persuni affettwati direttament minn dawn id-diżastri naturali, li setgħu tilfu djarhom u l-oġġetti personali tagħhom, jistgħu jkunu jeħtieġu ikel u/jew assistenza materjali bażika. Barra minn hekk, l-appoġġ għaż-żamma tal-impjiegi jista’ jkun meħtieġ ukoll għan-negozji li jiffaċċjaw diffikultajiet ekonomiċi minħabba l-okkorrenza ta’ diżastru naturali sabiex l-impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom ikunu jistgħu jżommu l-impjieg tagħhom għall-perjodu li fih ma setgħux jaċċessaw il-post normali tal-impjieg tagħhom. Sabiex jiġi indirizzat l-effett devastanti tad-diżastri naturali fuq is-saħħa tan-nies, jenħtieġ li jkun permess ukoll l-aċċess għall-kura tas-saħħa inkluż għal persuni li mhumiex f’vulnerabbiltà soċjoekonomika imminenti. L-Ewropa jeħtieġ li tkun tista’ tipprovdi appoġġ addizzjonali u effettiv malajr permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) lill-Istati Membri, lir-reġjuni, lill-awtoritajiet lokali u lill-persuni affettwati serjament minn diżastri reġjonali, li jikkomplementa r-riżorsi disponibbli mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ li tiġi antiċipata żieda fil-frekwenza tad-diżastri. Għalhekk, abbażi tal-esperjenza miksuba f’dawn l-aħħar snin, huwa xieraq li jiġi previst qafas li jippermetti flessibbiltà u appoġġ finanzjarju sabiex jiġu evitati bidliet rikorrenti fil-qafas legali tal-politika ta’ koeżjoni u piż amministrattiv addizzjonali, filwaqt li tiġi ppreservata n-natura strateġika fit-tul tal-politika ta’ Koeżjoni.

Konsegwentement, sabiex tipprovdi assistenza addizzjonali u aktar flessibbiltà lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali li jseħħu mill-1 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni tipproponi li jinħoloq objettiv speċifiku ġdid taħt il-kamp ta’ applikazzjoni eżistenti tal-appoġġ tal-FEŻR. Dan jippermetti lill-Istati Membri jipprogrammaw mill-ġdid taħt il-programmi tagħhom tal-2021–2027 taħt il-mira Investimenti għall-Impjiegi u t-Tkabbir ammonti għar-rikostruzzjoni wara diżastri naturali kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jew rikonoxxut bħala tali minn awtorità pubblika kompetenti ta’ Stat Membru.

Dan l-objettiv speċifiku addizzjonali huwa inkluż taħt l-Objettiv ta’ Politika 2 (Ewropa aktar ekoloġika, b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fi tranżizzjoni lejn ekonomija b’emissjonijiet żero netti u reżiljenti billi jiġu promossi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, l-investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, u l-mobbiltà urbana sostenibbli). Dan l-objettiv ta’ politika jappoġġa direttament l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima li għandha l-għan li tiżviluppa miżuri ta’ adattament għall-ġestjoni tar-riskji tat-tibdil fil-klima, normalment fil-forma ta’ diżastri, bħall-għargħar, in-nirien fil-foresti jew in-nixfiet.

F’dan il-kuntest, huwa importanti li jiġu antiċipati u msaħħa l-investimenti b’enfasi partikolari fuq il-prevenzjoni u t-tħejjija għad-diżastri, kif ukoll l-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluż soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, sabiex jittaffa l-impatt tad-diżastri dejjem aktar frekwenti kkawżati mill-klima. L-isforzi ta’ rikostruzzjoni m’għandhomx isiru għad-detriment tal-investimenti fil-prevenzjoni u t-tħejjija għad-diżastri strutturali fit-tul.

Il-FSE+, fil-kamp ta’ applikazzjoni eżistenti tiegħu, jista’ jipprevedi wkoll riżorsi biex jittaffew il-konsegwenzi soċjoekonomiċi negattivi tad-diżastri naturali. Minbarra l-miżuri diġà eżistenti, jenħtieġ li tiġi żgurata aktar flessibbiltà għall-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jipprovdu għajnuna rapida u immedjata fil-forma ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika. L-impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom jenħtieġ li jkunu jistgħu jżommu l-impjiegi tagħhom sakemm ikunu jistgħu jirritornaw għax-xogħol, għalhekk, il-finanzjament ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jenħtieġ li jkun permess b’mod aktar flessibbli. Sabiex jiġi indirizzat l-effett devastanti tad-diżastri naturali fuq is-saħħa tan-nies, jenħtieġ li jkun permess ukoll l-aċċess għall-kura tas-saħħa inkluż għal persuni li mhumiex f’vulnerabbiltà soċjoekonomika imminenti. Dan jippermetti lill-Istati Membri jipprogrammaw mill-ġdid ir-riżorsi tal-FSE+ tagħhom fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027 sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-assistenza u l-flessibbiltajiet addizzjonali.

Huwa possibbli li l-Istati Membri jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet eżistenti ta’ trasferiment stabbiliti fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2021/1060 għall-FEŻR jew għall-FSE+.

Minħabba l-kobor potenzjali tal-impatt ta’ tali diżastri naturali u sabiex il-likwidità tiġi injettata malajr biex jiġu koperti l-ħtiġijiet l-aktar urġenti, huwa propost li l-Istati Membri, meta jużaw il-qafas propost, jibbenefikaw minn prefinanzjament addizzjonali ta’ 30 % tal-ammonti pprogrammati taħt il-prijoritajiet iddedikati u l-possibbiltà li japplikaw finanzjament tal-Unjoni sa 100 %. Biex iwieġbu għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali preżenti, f’konformità mal-Artikolu 63(7) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-Istati Membri jistgħu diġà jipprevedu fil-programmi tagħhom li l-eliġibbiltà tan-nefqa tibda mid-data tal-ewwel okkorrenza tal-ħsara bħala konsegwenza tad-diżastru naturali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew ukoll jagħżlu appoġġ taħt il-prijorità ddedikata li tlestew jew li ġew implimentati bis-sħiħ, li għandhom l-għan li jipprovdu rispons għad-diżastru naturali. L-ammonti riprogrammati għal dik il-prijorità (jew prijoritajiet) jeħtieġ li jkunu limitati b’mod ġenerali għal massimu ta’ 10 % tal-allokazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni nazzjonali tal-Istat Membru filwaqt li jitqiesu l-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta’ Koeżjoni matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. Il-prijorità ddedikata tista’ tintuża għal diżastru naturali wieħed jew aktar permezz ta’ emenda waħda jew aktar tal-programm. Fejn l-allokazzjoni għal dik il-prijorità tiżdied permezz ta’ emendi sussegwenti tal-programm, il-prefinanzjament addizzjonali jitħallas fuq iż-żieda sabiex il-prefinanzjament addizzjonali ġenerali jikkorrispondi għal 30 % tar-riżorsi allokati għal din il-prijorità.

Meta l-Istat Membru jkun irid juża din il-prijorità ddedikata u l-flessibbiltajiet korrispondenti, l-emenda tal-programm korrispondenti jeħtieġ li tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba’ xhur wara l-ewwel okkorrenza tal-ħsara kkaġunata mid-diżastru. Meta d-diżastru naturali jseħħ qabel ma jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament emendatorju, din l-emenda jeħtieġ li tiġi ppreżentata fi żmien erba’ xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika kkonċernat

Il-proposta hija konsistenti mal-objettivi segwiti mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni u hija limitata għal emenda mmirata tar-Regolament (UE) 2021/1058 u r-Regolament (UE) 2021/1057. Il-proposta tikkomplimenta t-tip ta’ appoġġ disponibbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija limitata għal emenda mmirata tar-Regolament (UE) 2021/1058 kif ukoll tar-Regolament (UE) 2021/1057 u żżomm konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni.

2.BAŻI LEGALI, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi legali

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 164, 175(3) u 178 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta biex tiġi pprovduta flessibbiltà addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali billi tiġi pprovduta l-possibbiltà li jiġu ffinanzjati xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni mill-FEŻR b’rata ta’ finanzjament tal-Unjoni sa 100 % u bi prefinanzjament addizzjonali għal prijorità ddedikata fil-programmi teħtieġ emenda tar-Regolament (UE) 2021/1058. Il-proposta biex l-Istati Membri jimplimentaw l-FSE+ b’mod aktar flessibbli, inkluż il-prefinanzjament addizzjonali u l-finanzjament tal-Unjoni sa 100 %, biex jittaffew il-konsegwenzi soċjoekonomiċi tad-diżastri naturali u barra minn hekk, biex ikunu jistgħu jipprovdu ikel immedjat u/jew assistenza materjali bażika lill-persuni affettwati direttament minn diżastri naturali, kif ukoll skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom mingħajr miżuri attivi u aċċess għall-kura tas-saħħa inkluż għal persuni li mhumiex f’vulnerabbiltà soċjoekonomika imminenti, teħtieġ l-emenda tar-Regolament (UE) 2021/1057. Ma jistax jinkiseb l-istess riżultat permezz ta’ azzjonijiet fuq livell nazzjonali.

•Proporzjonalità

Il-proposta hi bidla limitata u mmirata li ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju għall-kisba tal-objettiv ta’ provvista ta’ assistenza addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux applikabbli

•Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli

•Valutazzjoni tal-impatt

Twettqet valutazzjoni tal-impatt biex titħejja l-proposta għar-Regolament (UE) 2021/1058 kif ukoll għar-Regolament (UE) 2021/1057. Il-bidliet limitati u mmirati ma jeħtiġux valutazzjoni tal-impatt separata.

•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli

•Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta tikkonċerna l-programmi tal-politika ta’ koeżjoni mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 u ma timmodifikax l-impenji baġitarji eżistenti. Din tibqa’ fil-limiti tal-allokazzjoni ġenerali għall-perjodu 2021-2027 u għalhekk għandha newtralità baġitarja.

Il-proposta se tirriżulta fi prefinanzjament addizzjonali li għandu jitħallas taħt il-FEŻR u l-FSE+ u se twassal għall-antiċipazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Għall-2025, il-prefinanzjament addizzjonali ma kienx previst fl-abbozz tal-baġit. Sabiex tindirizza l-ħtiġijiet urġenti u tipprovdi appoġġ rapidu lill-Istati Membri milquta mid-diżastri, il-Kummissjoni pproponiet li tkopri l-ħtiġijiet ta’ pagament addizzjonali permezz ta’ ittra emendatorja għall-abbozz tal-baġit tal-2025. L-ammont addizzjonali għall-2025 huwa ta’ EUR 3 biljun — għall-FEŻR u l-FSE+ meħuda flimkien — u jikkorrispondi għall-prefinanzjament ta’ 30 % għall-allokazzjoni stmata (EUR 10 biljun) tal-prijoritajiet iddedikati wara li seħħew id-diżastri naturali mill-1 ta’ Jannar 2024.

Il-possibbiltà li ssir applikazzjoni għal żieda fir-rata ta’ finanzjament tal-Unjoni sa 100 % kemm għall-FEŻR kif ukoll għall-FSE+ se twassal ukoll għal antiċipazzjoni parzjali tal-pagamenti, segwita minn pagamenti aktar baxxi fi stadju aktar tard peress li l-pakkett ġenerali ma jinbidilx. L-impatt reali se jiddependi fuq l-adozzjoni tal-Istati Membri.

Il-modifiki proposti ma jeħtiġux bidliet fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal impenji u pagamenti skont l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093, u ma jimplikawx bidliet fil-ħtiġijiet ta’ pagament kumplessivi matul il-perjodu ta’ programmazzjoni.

5.ELEMENTI OĦRA

•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-implimentazzjoni tal-miżura se tiġi mmonitorjata u rrappurtata fil-qafas tal-mekkaniżmi ta’ rapportar ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1060, ir-Regolament (UE) 2021/1057 u r-Regolament (UE) 2021/1058.

•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli

•Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Sabiex tingħata assistenza addizzjonali u aktar flessibbiltà lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali, qed jiġi propost li r-Regolament (UE) 2021/1058 jiġi emendat biex:

·jintroduċi objettiv speċifiku ġdid taħt l-Objettiv ta’ Politika 2 (Ewropa aktar ekoloġika, b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fi tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, l-investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, u l-mobbiltà urbana sostenibbli) fil-kamp ta’ applikazzjoni eżistenti tal-appoġġ tal-FEŻR b’reazzjoni għad-diżastri naturali li jseħħu mill-1 ta’ Jannar 2024. Ir-riżorsi taħt dan l-objettiv speċifiku jenħtieġ li jiġu pprogrammati taħt prijoritajiet iddedikati ta’ programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir biex jappoġġaw operazzjonijiet immirati lejn it-tiswija u r-rikostruzzjoni.

·jippermetti l-applikazzjoni ta’ rata ta’ finanzjament tal-Unjoni sa 100 % mill-baġit tal-UE għal prijorità separata stabbilita fi ħdan programm biex tappoġġa operazzjonijiet marbuta mar-rikostruzzjoni u t-tiswija. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-appoġġ minn strumenti oħra nazzjonali jew tal-Unjoni jew minn skemi ta’ assigurazzjoni privata jitqies sabiex ma jsirux pagamenti żejda;

·jipprovdi prefinanzjament addizzjonali għal din il-prijorità separata billi japplika 30 % għall-allokazzjoni tal-prijorità kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova l-programm fejn tiġi stabbilita l-prijorità ddedikata l-ġdida. Fejn sussegwentement l-allokazzjoni għall-prijorità tiżdied bħala riżultat ta’ aktar diżastri naturali, il-prefinanzjament addizzjonali jitħallas biss fuq l-ammont li bih tiżdied l-allokazzjoni għall-prijorità;

·jippermetti lill-Istati Membri jagħżlu operazzjonijiet ta’ appoġġ li jkunu tlestew fiżikament jew li jkunu ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma l-applikazzjoni għall-finanzjament taħt il-programm tiġi ppreżentata kif xieraq lill-awtorità ta’ ġestjoni meta jipprovdu rispons għal diżastru naturali li jseħħ mill-1 ta’ Jannar 2024;

·jistabbilixxi skadenza ta’ erba’ xhur wara l-ewwel okkorrenza ta’ ħsara b’riżultat ta’ diżastru naturali jew id-dħul fis-seħħ tar-Regolament emendatorju meta diżastru jkun seħħ qabel dik id-data biex jiġu ppreżentati l-emendi korrispondenti tal-programm.

Sabiex tiġi żgurata aktar flessibbiltà għall-Istati Membri b’reazzjoni għad-diżastri naturali li jseħħu mill-1 ta’ Jannar 2024, qed jiġi propost li r-Regolament (UE) 2021/1057 jiġi emendat biex:

·jippermetti appoġġ iffukat biex jittaffew il-konsegwenzi soċjoekonomiċi negattivi tad-diżastri naturali taħt prijorità ddedikata li tibbenefika minn aktar flessibbiltajiet;

·jippermetti l-finanzjament ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar għall-benefiċċju tal-impjegati u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom affettwati minn diżastri naturali mingħajr il-ħtieġa li jitwettqu miżuri attivi għal perjodu ta’ żmien limitat, kemm jekk ipprogrammati taħt il-prijorità ddedikata kif ukoll jekk le;

·jippermettu miżuri ta’ finanzjament biex jappoġġaw l-aċċess għall-kura tas-saħħa inkluż għal persuni li mhumiex f’vulnerabbiltà soċjoekonomika imminenti, kemm jekk ipprogrammati taħt il-prijorità ddedikata kif ukoll jekk le;

·jippermetti d-distribuzzjoni tal-ikel u/jew tal-assistenza materjali bażika mingħajr miżuri ta’ akkumpanjament jekk iridu jipprovdu rispons għall-konsegwenzi tad-diżastri naturali, kemm jekk ipprogrammati skont il-prijorità ddedikata kif ukoll jekk le;

·jippermetti lill-Istati Membri jagħżlu operazzjonijiet ta’ appoġġ li jkunu tlestew fiżikament jew li jkunu ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma l-applikazzjoni għall-finanzjament taħt il-programm tiġi ppreżentata kif xieraq lill-awtorità ta’ ġestjoni meta jipprovdu rispons għal diżastru naturali li jseħħ mill-1 ta’ Jannar 2024;

·jistabbilixxi skadenza ta’ erba’ xhur wara l-okkorrenza tad-diżastru naturali jew id-dħul fis-seħħ tar-Regolament emendatorju meta jkun seħħ diżastru qabel dik id-data biex jiġu ppreżentati l-emendi korrispondenti tal-programm;

·jipprovdi prefinanzjament addizzjonali għal din il-prijorità ddedikata billi japplika 30 % għall-allokazzjoni tal-prijorità kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova l-programm fejn tiġi stabbilita l-prijorità ddedikata l-ġdida. Fejn sussegwentement l-allokazzjoni għall-prijorità tiżdied bħala riżultat ta’ aktar diżastri naturali, il-prefinanzjament addizzjonali jitħallas biss fuq l-ammont li bih tiżdied l-allokazzjoni għall-prijorità;

·jippermetti l-applikazzjoni ta’ rata ta’ finanzjament tal-Unjoni sa 100 % mill-baġit tal-UE għall-prijorità ddedikata.

Sabiex tiġi ssalvagwardjata n-natura strateġika fit-tul tal-investimenti tal-politika ta’ koeżjoni, l-ammont totali allokat għal tali prijoritajiet iddedikati ma jistax jaqbeż il10 % tal-allokazzjoni nazzjonali inizjali totali tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta’ Koeżjoni meħuda flimkien fi Stat Membru għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-appoġġ minn strumenti oħra nazzjonali jew tal-Unjoni jew minn skemi tal-assigurazzjoni privata jitqies sabiex ma jsirux pagamenti żejda.

2024/0275 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

RESTORE - Appoġġ Reġjonali ta’ Emerġenza għar-Rikostruzzjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1058 u r-Regolament (UE) 2021/1057

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 164, l-Artikolu 175(3) u l-Artikolu 178 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 1 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 2 ,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-għarar riċenti fiċ-Ċentru, fil-Lvant u fin-Nofsinhar tal-Ewropa kellhom effett devastanti fuq il-popolazzjonijiet li jgħixu f’dawn ir-reġjuni. Se jkunu meħtieġa xogħlijiet estensivi ta’ rikostruzzjoni f’ħafna bliet, irħula u rħula biex jissewwew l-infrastruttura u t-tagħmir li saritilhom il-ħsara. Se jkunu meħtieġa miżuri immedjati biex jittaffew il-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi ta’ diżastri naturali bħal dawn. Barra minn hekk, in-nies għandhom bżonn immedjat tal-materjal bażiku li tilfu; u se jkun meħtieġ appoġġ għaż-żamma tal-impjiegili jgħin lill-impjegati u lil dawk li jaħdmu għal rashom iżommu l-impjiegi tagħhom għal perjodu limitat ta’ żmien f’każijiet fejn ma jkunux jistgħu jaċċessaw il-post tax-xogħol tas-soltu tagħhom minħabba l-okkorrenza ta’ diżastru naturali. Sabiex jiġi indirizzat l-effett devastanti tad-diżastri naturali fuq is-saħħa tan-nies, jenħtieġ li jkun permess ukoll l-aċċess għall-kura tas-saħħa inkluż għal persuni li mhumiex f’vulnerabbiltà soċjoekonomika imminenti. L-evidenza tissuġġerixxi li l-okkorrenza ta’ diżastri naturali x’aktarx li tiżdied fil-futur. Għalhekk, huwa xieraq li jinħoloq qafas li jipprevedi flessibbiltà u appoġġ finanzjarju filwaqt li jippreserva n-natura strateġika fit-tul tal-investimenti tal-politika ta’ koeżjoni.

(2)Sabiex jittaffa malajr il-piż fuq il-baġits nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati u jittaffa r-riskju ta’ disparitajiet territorjali ġodda, jeħtieġ li, flimkien mar-riżorsi disponibbli mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, ir-reġjuni, l-awtoritajiet lokali u l-persuni affettwati serjament minn tali diżastri naturali jingħataw appoġġ effettiv mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”) u l-Fond Soċjali Ewropew Plus (“FSE+”)., .

(3)Sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà addizzjonali lill-Istati Membri affettwati minn diżastri naturali, jenħtieġ li jiġi pprovdut objettiv speċifiku ġdid taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir biex l-appoġġ finanzjarju tal-FEŻR għar-rikostruzzjoni jiġi dirett b’reazzjoni għal tali diżastri.

(4)L-objettiv ta’ politika 2, li skontu jenħtieġ li jiġi introdott l-objettiv speċifiku l-ġdid, jappoġġa direttament l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew 3 . L-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima 4 għandha l-għan li tiżviluppa miżuri ta’ adattament għall-ġestjoni tar-riskji tat-tibdil fil-klima, normalment fil-forma ta’ diżastri, bħall-għargħar, in-nirien fil-foresti jew in-nixfiet. Jenħtieġ li jiġu żgurati l-kontinwità u t-tisħiħ tal-investimenti ppjanati fil-prevenzjoni u t-tħejjija għad-diżastri, kif ukoll l-adattament għat-tibdil fil-klima, sabiex jittaffa l-impatt tad-diżastri naturali dejjem aktar frekwenti, inklużi dawk ikkawżati mill-klima. L-isforzi ta’ rikostruzzjoni m’għandhomx isiru għad-detriment tal-investimenti fil-prevenzjoni u t-tħejjija għad-diżastri strutturali fit-tul. L-applikazzjoni tar-reżistenza klimatika u l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” jenħtieġ li jiġu żgurati meta jsir investiment fl-infrastruttura biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-infrastruttura ffinanzjata mill-Unjoni fid-dawl ta’ diżastri futuri, aktar frekwenti u severi kkawżati mill-klima.

(5)F’konformità mal-ambitu tal-appoġġ mill-FEŻR kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 , l-appoġġ għar-rikostruzzjoni b’reazzjoni għal diżastri naturali taħt l-objettiv speċifiku l-ġdid jista’ jkopri r-restawr ta’ infrastruttura li tkun saritilha l-ħsara jew li tkun inqerdet, bħall-infrastruttura pubblika jew l-investiment f’kapital fiss għan-negozji u t-tagħmir, inkluż f’post differenti jew f’format li ma jkunx identiku għall-oriġinali, jekk ikun meħtieġ, b’mod reżiljenti u sostenibbli. Barra minn hekk, ir-restawr taż-żoni naturali, il-bijodiversità u l-infrastruttura ekoloġika, inkluż fis-siti ta’ Natura 2000, jistgħu jiġu appoġġati. Dan jista’ jinkludi miżuri rilevanti relatati mar-riforestazzjoni.

(6)Fil-kuntest tar-rikostruzzjoni b’reazzjoni għad-diżastri naturali, l-operazzjonijiet ibbażati fuq il-prinċipju ta’ “nibnu mill-ġdid aħjar” – jenħtieġ li jingħataw prijorità fil-proċess tal-għażla. Dak il-prinċipju jinvolvi l-użu tal-fażijiet ta’ rkupru, riabilitazzjoni u rikostruzzjoni wara diżastru biex tiżdied ir-reżiljenza tal-komunitajiet permezz tal-integrazzjoni ta’ miżuri għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, kif indikat fil-Qafas ta’ Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri 2015–2030. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-appoġġ għall-operazzjonijiet magħżula jibqa’ proporzjonat u jippreżenta l-aħjar relazzjoni bejn l-ammont ta’ appoġġ u l-objettiv li tiġi żgurata r-reżiljenza għad-diżastri. Barra minn hekk, f’każ li Stat Membru jkun eliġibbli għal appoġġ mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jiffinanzja operazzjonijiet essenzjali ta’ emerġenza u ta’ rkupru li jirrestawraw l-infrastruttura għall-kundizzjoni tagħhom qabel ma jseħħ id-diżastru naturali, l-appoġġ tal-FEŻR jista’ jintuża b’mod komplementari biex itejjeb il-funzjonalità tal-infrastruttura affettwata sabiex itejjeb il-kapaċità, is-sostenibbiltà u r-reżiljenza tagħha biex tiflaħ għal diżastri naturali futuri. B’mod ġenerali, l-appoġġ tal-FEŻR jenħtieġ li jżid ir-reżiljenza u t-tħejjija għar-riskji.

(7)Sabiex jiġi eskluż il-pagament żejjed, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-appoġġ kopert mill-FEŻR jew mill-FSE+ ma jikkoinċidix ma’ appoġġ riċevut minn strumenti nazzjonali jew tal-Unjoni oħra jew minn skemi tal-assigurazzjoni privata.

(8)Sabiex jirrispondu għall-impatt tad-diżastri naturali, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew, permezz ta’ prijoritajiet iddedikati, jipprovdu għajnuna ffukata, rapida u immedjata biex jittaffew il-konsegwenzi soċjoekonomiċi negattivi ta’ tali diżastri. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jappoġġaw, fi ħdan jew barra l-prijorità ddedikata, miżuri temporanji għal persuni affettwati direttament minn dawk id-diżastri fil-forma ta’ ikel u/jew assistenza materjali bażika mingħajr l-obbligu ta’ miżuri ta’ akkumpanjament; u, fejn strettament meħtieġ u ġustifikat, skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom affettwati mill-konsegwenzi ta’ diżastri naturali biex iżommu l-impjiegi tagħhom anke mingħajr miżuri attivi (sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux imposti mil-liġi nazzjonali) kif ukoll miżuri biex jipprovdu aċċess għall-kura tas-saħħa inkluż għal persuni li mhumiex f’vulnerabbiltà soċjoekonomika imminenti. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu previsti flessibbiltajiet għal dawn il-miżuri temporanji għal perjodu ta’ żmien limitat skont ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 .

(9)Ir-riżorsi għall-appoġġ tar-rispons għad-diżastri naturali jenħtieġ li jiġu pprogrammati taħt prijorità ddedikata b’rata ta’ kofinanzjament sa 100 %. Ta’ min ifakkar li l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-possibbiltajiet għat-trasferiment tal-allokazzjonijiet bejn il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni previsti fir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 7 sabiex iżidu r-riżorsi disponibbli taħt dawn il-prijoritajiet iddedikati. Huma jistgħu wkoll jirriallokaw riżorsi minn kwalunkwe wieħed mill-objettivi ta’ politika filwaqt li jirrispettaw ir-regoli regolatorji.

(10)Ir-riżorsi ġenerali pprogrammati taħt il-prijoritajiet iddedikati jenħtieġ li jkunu limitati għal massimu ta’ 10 % tal-allokazzjoni nazzjonali totali inizjali tal-Istat Membru għall-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta’ Koeżjoni. Dawn jistgħu jiġu pprogrammati permezz ta’ emenda waħda jew aktar tal-programm u jistgħu jkunu marbuta ma’ diżastru wieħed jew aktar. Il-prinċipju li l-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti f’konformità mal-approprjazzjonijiet tal-baġit u dejjem jekk ikun hemm il-fondi disponibbli għal dan jenħtieġ li jkompli japplika.

(11)Sabiex jingħata appoġġ immedjat għall-investimenti għar-rikostruzzjoni b’reazzjoni għal diżastri naturali kif ukoll biex jittaffew il-konsegwenzi soċjoekonomiċi negattivi ta’ tali diżastri naturali, jenħtieġ li jiġi pprovdut ammont addizzjonali ta’ prefinanzjament eċċezzjonali għall-prijoritajiet iddedikati. Ir-regoli applikabbli għal dawk l-ammonti ta’ prefinanzjament eċċezzjonali jenħtieġ li jkunu konsistenti mar-regoli applikabbli għall-prefinanzjament previsti fir-Regolament (UE) 2021/1060.

(12)Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jindirizzaw bis-sħiħ il-konsegwenzi tad-diżastri naturali li jseħħu mill-1 ta’ Jannar 2024, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni tagħhom jitħallew jagħżlu operazzjonijiet ta’ appoġġ li jkunu tlestew fiżikament jew li jkunu ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma l-applikazzjoni għall-finanzjament taħt il-programm tiġi ppreżentata lill-awtorità ta’ ġestjoni, dment li l-operazzjoni tkun b’reazzjoni għal tali diżastru naturali.

(13)Għalhekk, ir-Regolamenti (UE) 2021/1058 u (UE) 2021/1057 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(14)Fid-dawl tal-effetti devastanti tad-diżastri naturali attwali u l-urġenza li jingħata appoġġ immedjat lill-Istati Membri, huwa meqjus neċessarju li tintuża l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(15)Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni marbuta mad-diżastri naturali, huwa xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2021/1058 huwa emendat kif ġej:

1.L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, il-punt (b), jiżdied il-punt (x) li ġej:

“(x) l-appoġġ għal investimenti mmirati lejn ir-rikostruzzjoni b’reazzjoni għal diżastru naturali li seħħ mill-1 ta’ Jannar 2024;”;

(b)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1b. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b) (x), ta’ dan l-Artikolu, diżastru naturali, għandu jinftiehem bħala diżastru naturali maġġuri jew reġjonali kif definit fl-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002*. Dan jista’ jinkludi diżastru naturali li jirriżulta fi ħsara diretta taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 2(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament, dment li jkun ġie rikonoxxut minn awtorità pubblika kompetenti tal-Istat Membru bħala diżastru naturali.

Ir-riżorsi allokati taħt l-objettiv speċifiku msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b) (x), ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu pprogrammati taħt prijoritajiet iddedikati ta’ programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir li jikkorrispondu għall-objettiv ta’ politika rispettiv. Ir-riżorsi allokati taħt dan l-objettiv speċifiku u l-prijoritajiet iddedikati stabbiliti skont l-Artikolu 12b(2) tar-Regolament (UE) 2021/1057 għandhom ikunu limitati għall-perjodu kollu ta’ programmazzjoni għal massimu ta’ 10 % tal-allokazzjoni nazzjonali totali inizjali tal-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta’ Koeżjoni. L-emenda korrispondenti tal-programm għandha tiġi ppreżentata fi żmien erba’ xhur mid-data tal-ewwel okkorrenza tal-ħsara bħala konsegwenza tad-diżastru naturali jew, fejn id-diżastru naturali jkun seħħ qabel [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], fi żmien erba’ xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament XXX/XXX [li jemenda r-Regolament FEŻR/FK].

Il-Kummissjoni għandha tħallas 30 % tal-allokazzjoni lill-prijorità msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova l-emenda tal-programm bħala prefinanzjament eċċezzjonali flimkien mal-prefinanzjament annwali għall-programm previst fl-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/1060. Dak il-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jitħallas fi żmien 60 jum mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-emenda tal-programm, soġġett għad-disponibbiltà tal-fondi. Meta l-allokazzjoni għal dik il-prijorità tiżdied sussegwentement, għandu jitħallas ammont addizzjonali ta’ prefinanzjament li jikkorrispondi għal 30 % taż-żieda.

F’konformità mal-Artikolu 90(5), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-ammont imħallas bħala prefinanzjament eċċezzjonali għandu jiġi kklerjat mill-kontijiet tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-sena kontabilistika finali.

F’konformità mal-Artikolu 90(6) tar-Regolament (UE) 2021/1060, kwalunkwe mgħax iġġenerat mill-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jintuża għall-programm ikkonċernat bl-istess mod bħall-FEŻR u għandu jiġi inkluż fil-kontijiet għas-sena kontabilistika finali.

F’konformità mal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament eċċezzjonali ma għandux jiġi sospiż.

F’konformità mal-Artikolu 105(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament li għandu jitqies għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu diżimpenjati għandu jinkludi l-prefinanzjament eċċezzjonali mħallas.

B’deroga mill-Artikolu 112(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060, ir-rata massima ta’ kofinanzjament għal prijorità ddedikata stabbilita biex tappoġġa l-objettiv speċifiku msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b) (x), ta’ dan l-Artikolu għandha tkun ta’ 100 %.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ minn strument nazzjonali jew tal-Unjoni jew skema tal-assigurazzjoni privata oħra riċevuti għall-operazzjonijiet magħżula skont l-objettiv speċifiku msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b)(x), ta’ dan l-Artikolu jitnaqqas min-nefqa inkluża fl-applikazzjoni għall-pagament ippreżentata lill-Kummissjoni.

B’deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 63(6) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tagħżel għall-appoġġ, taħt il-prijorità ddedikata, operazzjonijiet li tlestew fiżikament jew ġew implimentati bis-sħiħ qabel is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal finanzjament lill-awtorità ta’ ġestjoni, dment li l-operazzjoni tipprovdi rispons għal diżastru naturali li seħħ mill-1 ta’ Jannar 2024.

_____________

* Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2012/oj).”;

(c)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3. Il-Fond ta’ Koeżjoni għandu jappoġġa PO 2 u 3, ħlief għall-objettiv speċifiku stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (b)(x).”;

2.fit-Tabella 1 tal-Anness I, tiżdied ir-ringiela li ġejja taħt l-objettiv ta’ politika 2:

“

(x) l-appoġġ għall-investimenti mmirati lejn ir-rikostruzzjoni b’reazzjoni għal diżastru naturali li seħħ mill-1 ta’ Jannar 2024

Kwalunkwe RCO elenkat għal objettivi speċifiċi taħt PO 1 sa 4

Kwalunkwe RCR elenkat għall-objettivi speċifiċi taħt PO 1 sa 4

”.

Artikolu 2

Fir-Regolament (UE) 2021/1057, l-Artikolu 12b huwa emendat kif ġej:

“Artikolu 12b

Appoġġ biex jittaffew il-konsegwenzi soċjoekonomiċi negattivi tad-diżastri naturali

1.L-Istati Membri jistgħu jużaw l-FSE+ biex jipprovdu appoġġ biex itaffu l-konsegwenzi soċjoekonomiċi negattivi tad-diżastri naturali li seħħew mill-1 ta’ Jannar 2024. Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, diżastru naturali għandu jinftiehem bħala diżastru naturali maġġuri jew reġjonali kif definit fl-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002*. Dan jista’ jinkludi diżastru naturali li jirriżulta fi ħsara diretta taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 2(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament, dment li jkun ġie rikonoxxut minn awtorità pubblika kompetenti tal-Istat Membru bħala diżastru naturali.

_____________

* Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2012/oj).;

2.Għall-fini tal-paragrafu 1, ir-riżorsi jistgħu jiġu pprogrammati taħt prijoritajiet dedikati tal-programmi kkonċernati. Ir-riżorsi ġenerali għal tali prijoritajiet iddedikati allokati mill-FSE+ u l-FEŻR skont l-Artikolu 3, il-paragrafu 1b, tar-Regolament (UE) 2021/1058 għandhom ikunu limitati għall-perjodu kollu ta’ programmazzjoni għal massimu ta’ 10 % tal-allokazzjoni nazzjonali totali inizjali tal-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta’ Koeżjoni. L-emenda korrispondenti tal-programm għandha tiġi ppreżentata fi żmien erba’ xhur mid-data tal-okkorrenza tad-diżastru naturali jew, fejn id-diżastru naturali jkun seħħ qabel [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], fi żmien erba’ xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament XXX/XXX [li jemenda r-Regolament FSE+].

3.Il-prijorità ddedikata kif imsemmija fil-paragrafu 2 tista’ tappoġġa kwalunkwe wieħed mill-objettivi speċifiċi kif stabbilit fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament.

4.Fejn strettament meħtieġ u bħala miżuri temporanji, skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar li għandhom l-għan li jipprovdu rispons għall-konsegwenzi ta’ diżastri naturali mingħajr il-ħtieġa li jiġu kkombinati ma’ miżuri attivi kif ukoll aċċess għall-kura tas-saħħa inkluż għal persuni li mhumiex f’vulnerabbiltà soċjoekonomika imminenti jistgħu jkunu eliġibbli għal finanzjament għal massimu ta’ 18-il xahar mid-data meta jkun seħħ id-diżastru naturali.

5.B’deroga mill-Artikolu 19(4), l-Istati Membri ma għandhomx ikunu meħtieġa jikkomplementaw l-ikkonsenjar tal-ikel jew tal-assistenza materjali bażika permezz ta’ miżuri ta’ akkumpanjament skont l-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (m), ta’ dan ir-Regolament, f’każ li tali konsenja tirreaġixxi għall-konsegwenzi ta’ diżastri naturali. Fil-każ ta’ diżastru naturali, tali kunsinna ta’ ikel u assistenza materjali bażika mingħajr miżuri ta’ akkumpanjament tista’ tkun eliġibbli għal finanzjament għal massimu ta’ 6-il xahar mid-data meta seħħ id-diżastru naturali u fi kwalunkwe każ wara l-1 ta’ Jannar 2024.

6.B’deroga mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 63(6) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tagħżel għall-appoġġ, taħt il-prijorità ddedikata, operazzjonijiet li tlestew fiżikament jew ġew implimentati bis-sħiħ qabel is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal finanzjament lill-awtorità ta’ ġestjoni, dment li l-operazzjoni tipprovdi rispons għal diżastru naturali li seħħ mill-1 ta’ Jannar 2024.

7.Il-Kummissjoni għandha tħallas 30 % tal-allokazzjoni lil dawk il-prijoritajiet dedikati msemmija fil-paragrafu 2, kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova l-emenda tal-programm bħala prefinanzjament eċċezzjonali ta’ darba minbarra l-prefinanzjament annwali għall-programm previst fl-Artikolu 90(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/1060. Dak il-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jitħallas fi żmien 60 jum mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-emenda tal-programm, soġġett għad-disponibbiltà tal-fondi. Meta l-allokazzjoni għal dik il-prijorità tiżdied sussegwentement, għandu jitħallas ammont addizzjonali ta’ prefinanzjament li jikkorrispondi għal 30 % taż-żieda.

F’konformità mal-Artikolu 90(5), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-ammont imħallas bħala prefinanzjament eċċezzjonali għandu jiġi kklerjat mill-kontijiet tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-sena kontabilistika finali.

F’konformità mal-Artikolu 90(6) tar-Regolament (UE) 2021/1060, kwalunkwe mgħax iġġenerat mill-prefinanzjament eċċezzjonali għandu jintuża għall-programm ikkonċernat bl-istess mod bħall-FEŻR u għandu jiġi inkluż fil-kontijiet għas-sena kontabilistika finali.

F’konformità mal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament eċċezzjonali ma għandux jiġi sospiż.

F’konformità mal-Artikolu 105(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-prefinanzjament li għandu jitqies għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu diżimpenjati għandu jinkludi l-prefinanzjament eċċezzjonali mħallas.

8.B’deroga mill-Artikolu 112(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060, ir-rata massima ta’ kofinanzjament għal prijorità ddedikata stabbilita biex tappoġġa t-tnaqqis tal-konsegwenzi soċjoekonomiċi negattivi tad-diżastri naturali skont il-paragrafu 2, għandha tkun ta’ 100 %.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ minn strument ieħor nazzjonali jew tal-Unjoni jew minn skema tal-assigurazzjoni privata riċevut għal operazzjonijiet magħżula b’reazzjoni għal diżastri naturali, jitnaqqas min-nefqa inkluża fl-applikazzjoni għall-pagament ippreżentata lill-Kummissjoni.”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA U DIĠITALI LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

RESTORE - Appoġġ Reġjonali ta’ Emerġenza għar-Rikostruzzjoni li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1058 u r-Regolament (UE) 2021/1057

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew

1.3.Objettiv(i)

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali

Il-proposta għandha l-għan li tipprovdi:

(i)appoġġ effettiv addizzjonali u aktar flessibbiltà biex jiġu appoġġati l-operazzjonijiet ta’ rikostruzzjoni għall-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali affettwati serjament minn diżastri naturali permezz tal-użu tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)

(ii)flessibbiltà għall-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) biex ikunu jistgħu jipprovdu ikel immedjat u assistenza materjali bażika lill-persuni affettwati direttament minn diżastri naturali, kif ukoll skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar għall-impjegati u għal dawk li jaħdmu għal rashom.

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Nru tal-objettiv speċifiku

L-objettivi speċifiċi tal-proposta huma li l-Istati Membri jkunu jistgħu:

(i)jipprogrammaw mill-ġdid l-ammonti tal-FEŻR tal-programmi tagħhom taħt il-mira tal-Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir biex jappoġġaw operazzjonijiet ta’ tiswija u rikostruzzjoni li jirriżultaw minn diżastri naturali li seħħew mill-1 ta’ Jannar 2024 b’riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija;

(ii)jibbenefikaw minn rata ta’ kofinanzjament sa 100 % u prefinanzjament addizzjonali ta’ 30 % għall-prijoritajiet iddedikati biex jappoġġaw ir-rikostruzzjoni fi ħdan il-programmi appoġġati mill-FEŻR taħt il-mira tal-Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir;

(iii)tippermetti l-finanzjament taħt l-FSE+ ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar għall-benefiċċju tal-impjegati u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom affettwati minn diżastri naturali mingħajr il-ħtieġa li jitwettqu miżuri attivi għal perjodu ta’ żmien limitat;

(iv)tippermetti d-distribuzzjoni tal-ikel u tal-assistenza materjali bażika mingħajr miżuri ta’ akkumpanjament taħt l-FSE+ b’reazzjoni għall-konsegwenzi diretti tad-diżastri naturali;

(v)jibbenefikaw minn rata ta’ kofinanzjament sa 100 % u prefinanzjament addizzjonali ta’ 30 % meta tiġi stabbilita prijorità ddedikata ġdida għall-FSE+ taħt il-mira tal-Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir.

1.3.3.Riżultat(i) mistenni(ja) u impatt

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/l-inizjattiva fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-impatt mistenni ta’ din il-proposta huwa r-riprogrammazzjoni ta’ EUR 10 biljun mill-Istati Membri u r-reġjuni milquta minn diżastri naturali tal-ammonti tal-FEŻR u l-FSE+ tal-programmi tagħhom permezz ta’ aktar flessibbiltà u inċentivi finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE+ biex jappoġġaw malajr l-operazzjonijiet ta’ rikostruzzjoni u tiswija, jipprovdu ikel u assistenza materjali bażika, u jappoġġaw skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar filwaqt li jtaffu l-piż fuq il-baġits nazzjonali.

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Il-proposta tippermetti lill-Istati Membri jagħżlu kwalunkwe indikatur komuni tal-output u tar-riżultati għall-FEŻR elenkat għall-objettivi speċifiċi taħt l-objettivi ta’ politika 1 sa 4 għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet tal-operazzjonijiet ta’ rikostruzzjoni (l-Anness I, it-Tabella 1). Il-proposta ma temendax il-lista ta’ indikaturi komuni għall-appoġġ tal-FSE+.

1.4.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 8  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.5.Raġunijiet għall-proposta/l-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Ir-Regolament jenħtieġ li jkun applikabbli bis-sħiħ ftit wara l-adozzjoni tiegħu, jiġifieri fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Soġġett għall-adozzjoni ta’ din il-proposta mill-koleġiżlaturi, il-Kummissjoni hija lesta li tiffaċilita l-approvazzjoni rapida tat-talbiet għal emendi tal-programm ippreżentati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament 2021/1060.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. gwadanji mill-koordinazzjoni, ċertezza legali, aktar effettività jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, “valur miżjud tal-involviment tal-UE” huwa l-valur li jirriżulta mill-azzjoni tal-UE, li huwa addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Il-proposta tippermetti li titkompla l-implimentazzjoni tal-programmi, li jiġu injettati flus fl-ekonomija filwaqt li tgħin biex fl-istess ħin jitnaqqas il-piż fuq in-nefqa pubblika għal Stati Membri affettwati minn diżastri naturali. Ma jistax jinkiseb l-istess riżultat permezz ta’ azzjoni fuq livell nazzjonali.

Diżastri naturali reċenti jiġġustifikaw il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tipprovdi appoġġ rapidu u effettiv lill-Istati Membri biex jikkomplementaw l-isforzi ta’ rikostruzzjoni tagħhom u jtaffu l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi fuq il-persuni affettwati direttament. Jeħtieġ li jiġu ssupplimentati d-dispożizzjonijiet attwali skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 sabiex tiżdied il-flessibbiltà fl-ipprogrammar tal-fondi tal-FEŻR u l-livell ta’ appoġġ finanzjarju għall-operazzjonijiet ta’ tiswija u rikostruzzjoni wara diżastri naturali, flimkien mar-riżorsi disponibbli taħt il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, u biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jimmobilizzaw l-ammonti tal-FSE+ għall-finanzjament ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar mingħajr il-ħtieġa ta’ miżuri attivi għall-impjegati u għall-persuni li jaħdmu għal rashom affettwati minn diżastri naturali u għad-distribuzzjoni tal-ikel u tal-assistenza materjali bażika mingħajr miżuri ta’ akkumpanjament.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Fis-snin preċedenti, l-UE adottat bidliet regolatorji biex taċċellera l-użu tal-fondi tal-UE; pereżempju, CARE u FAST-CARE huma eżempji fejn il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni kienu soġġetti għal bidliet immirati biex jiffaċċjaw kriżi emerġenti.

Dawn l-esperjenzi kif ukoll ir-Regolament STEP tqiesu fit-tfassil ta’ din il-proposta.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Dan ir-Regolament joħloq il-kundizzjonijiet meħtieġa għal użu aktar effettiv u flessibbli tar-riżorsi eżistenti tal-FEŻR u tal-FSE+ wara diżastri naturali kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jew, f’każijiet debitament ġustifikati, rikonoxxuti bħala tali minn awtorità pubblika kompetenti ta’ Stat Membru. Dan jikkomplementa l-mezzi disponibbli taħt il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

Din il-proposta hija kompletament kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali eżistenti u mal-istrumenti attwali, u ma teħtieġx approprjazzjonijiet ta’ impenn addizzjonali biex jintlaħqu l-objettivi.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata tal-proposta/tal-inizjattiva u tal-impatt finanzjarju tagħha

 durata limitata

–

–    impatt finanzjarju mill-2025 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn.

 durata illimitata

–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ prova minn SSSS sa SSSS,

–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 9   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

–    mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom

– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati)

– lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-Fond Ewropew tal-Investiment

– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju

– lill-korpi tad-dritt pubbliku

– lill-korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati

– lill-korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati

– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u identifikati fl-att bażiku rilevanti

–korpi stabbiliti fi Stat Membru, irregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru jew mid-dritt tal-Unjoni u eliġibbli biex jiġu fdati, f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur, bl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni jew ta’ garanziji baġitarji, sa fejn tali korpi jkunu kkontrollati minn korpi tad-dritt pubbliku jew minn korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku, u jkunu pprovduti b’garanziji finanzjarji adegwati fil-forma ta’ responsabbiltà in solidum mill-korpi kontrollanti jew b’garanziji finanzjarji ekwivalenti, li jistgħu, għal kull azzjoni, ikunu limitati għall-ammont massimu tal-appoġġ tal-Unjoni.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli għall-monitoraġġ u għar-rappurtar 

Japplikaw id-dispożizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2021/1060.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i tal-implimentazzjoni tal-baġit, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Japplikaw id-dispożizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2021/1060.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Japplikaw id-dispożizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2021/1060.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon bejn il-kostijiet tal-kontroll u l-valur tal-fondi relatati ġestiti) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Japplikaw id-dispożizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2021/1060.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet 

Mhux applikabbli

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) tan-nefqa affettwata(i) tal-baġit 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./mhux diff. 10

mill-pajjiżi tal-EFTA 11

minn pajjiżi kandidati jew minn kandidati potenzjali 12

Minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

2a

05.02.01 Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) Nefqa Operazzjonali

07.02.01 Il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) Nefqa Operazzjonali

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba – Mhux applikabbli

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

–    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

–    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt

3.2.1,1.Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Numru

2a

DĠ: REGIO

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

Approprjazzjonijiet operazzjonali

05.02.01 Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) Nefqa Operazzjonali

Impenji

(1a)

 

0.000

Pagamenti

(2a)

 

2070.000  

3 003.600  

-5 073.600

0.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

għad-DĠ REGIO

Impenji

=1a+1b+3

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Pagamenti

=2a+2b+3

0.000

2 070.000

3 003.600

- 5073.600

0.000*

Il-pagamenti ta’ prefinanzjament addizzjonali għall-FEŻR fl-2025 (EUR 2 070,0 miljun) u l-effett tal-kofinanzjament ta’ 100 % (EUR 3 003,6 miljun fl-2026) se jantiċipaw il-pagamenti mill-2027 u se jkunu newtrali għall-baġit matul il-perjodu tal-QFP 2021–27. L-ammonti ppreżentati fit-tabella ta’ hawn fuq huma stimi ta’ riprogrammazzjoni mistennija mill-Istati Membri ta’ ammont ta’ EUR 10 biljun, filwaqt li l-ammonti finali li għandhom jitħallsu taħt il-FEŻR se jiddependu fuq id-deċiżjonijiet ta’ programmazzjoni tal-Istati Membri u se jiġu ffinanzjati kompletament mir-riżorsi tal-QFP.

DĠ: EMPL

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

Approprjazzjonijiet operazzjonali

07.02.01

Impenji

(1a)

 

 

 

 

0.000

Pagamenti

(2a)

0 

930 

1 000 

- 1 930 

0.000

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

 

 

 

 

0.000

Pagamenti

(2b)

 

 

 

 

0.000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 13

Linja baġitarja

 

(3)

 

 

 

 

0.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet

għad-DĠ EMPL

Impenji

=1a+1b+3

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Pagamenti

=2a+2b+3

0.000

930

1000

-1930

0.000

Il-pagamenti ta’ prefinanzjament addizzjonali għall-FSE+ fl-2025 (EUR 930 miljun) u l-effett tal-kofinanzjament ta’ 100 % (EUR 1 000 miljun fl-2026) se jantiċipaw il-pagamenti mill-2027 u se jkunu newtrali għall-baġit matul id-durata tal-QFP 2021–2027. L-ammonti ppreżentati fit-tabella ta’ hawn fuq huma stimi tar-riprogrammazzjoni mistennija mill-Istati Membri ta’ ammont totali ta’ EUR 10 biljun, filwaqt li l-ammonti finali li għandhom jitħallsu taħt l-FSE+ se jiddependu fuq id-deċiżjonijiet ta’ programmazzjoni tal-Istati Membri u se jiġu ffinanzjati kompletament mir-riżorsi tal-QFP.

 

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Pagamenti

(5)

0.000

3 000.000

4 003.600

-7 003.600

0.000

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 2a

Impenji

=4+6

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

tal-qafas finanzjarju pluriennali

Pagamenti

=5+6

0.000

3 000.000

4 003.600

-7 003.600

0.000

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Pagamenti

(5)

0.000

3 000.000

4 003.600

- 7 003.600

0.000

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 6

Impenji

=4+6

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)

Pagamenti

=5+6

0.000

3 000.000

4 003.600

-7 003.600

0.000

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL QFP 2021-2027

2024

2025

2026

2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7

Impenji

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Pagamenti

0.000

3 000.000

4 003.600

-7 003.600

0.000

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

–    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

–    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt

3.2.3,1. Approprjazzjonijiet mill-baġit ivvutat

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

Total għall-perjodu 2021 - 2027

2024

2025

2026

2027

INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Nefqa amministrattiva oħra

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Subtotal tal-INTESTATURA 7

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Barra mill-INTESTATURA 7

Riżorsi umani

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

 

TOTAL

0.000

0.000

0.000

0.000

0.000

3.2.4.Stima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani 

–    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

–    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt

3.2.4,1.Iffinanzjati mill-baġit ivvutat

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time (FTEs, Full-Time Equivalent) 14

APPROPRJAZZJONIJIET IVVUTATI

Sena

Sena

Sena

Sena

2024

2025

2026

2027

 Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

0

0

0

0

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika)

0

0

0

0

• Persunal estern (f’FTEs)

20 02 01 (AC, END mill-“pakkett globali”)

0

0

0

0

20 02 03 (AC, AL, END u JPD fid-Delegazzjonijiet tal-UE)

0

0

0

0

Ammin. Linja ta’ appoġġ
[XX.01.YY.YY]

- fil-Kwartieri Ġenerali

0

0

0

0

- fid-Delegazzjonijiet tal-UE

0

0

0

0

01 01 01 02 (AC, END - Riċerka indiretta)

0

0

0

0

01 01 01 12 (AC, END - Riċerka diretta)

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Intestatura 7

0

0

0

0

Linji baġitarji oħra (speċifika) - Barra mill-Intestatura 7

0

0

0

0

TOTAL

0

0

0

0

3.2.6.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

–    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP)

–    teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif iddefiniti fir-Regolament QFP

–    teħtieġ reviżjoni tal-QFP

3.2.7.Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

–    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

–    tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

Totali

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul 

–    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–    Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

–    fuq ir-riżorsi proprji

–    fuq dħul ieħor

–    indika jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 15

Sena 2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Mhux applikabbli

Rimarki oħra (eż. metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

4.Dimensjonijiet diġitali

4.1.Rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali

Dan ir-Regolament ma jinkludix rekwiżiti addizzjonali ta’ rilevanza diġitali. Id-dispożizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 japplikaw u jinkludu rekwiżiti ta’ rilevanza diġitali f’termini ta’ ġbir, trażmissjoni u ħżin tad-data u skambji ta’ informazzjoni.

4.2.Data

Dan ir-Regolament ma jinkludix rekwiżiti addizzjonali ta’ rilevanza diġitali għall-ġbir, l-ipproċessar, il-ġenerazzjoni, l-iskambju jew il-kondiviżjoni tad-data. Japplikaw id-dispożizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2021/1060.

4.3.Soluzzjonijiet diġitali

Dan ir-Regolament ma jinkludix rekwiżiti addizzjonali ta’ rilevanza diġitali li jawtorizzaw soluzzjoni diġitali. Japplikaw id-dispożizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2021/1060.

4.4.Valutazzjoni tal-interoperabbiltà

Dan ir-Regolament ma jinkludix rekwiżiti addizzjonali ta’ rilevanza diġitali li jikkonċernaw is-servizzi pubbliċi diġitali. Japplikaw id-dispożizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2021/1060.

4.5.Miżuri li jappoġġaw l-implimentazzjoni diġitali

Dan ir-Regolament ma jinkludix rekwiżiti addizzjonali ta’ rilevanza diġitali li jeħtieġu miżuri ta’ implimentazzjoni speċifiċi. Japplikaw id-dispożizzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2021/1060.

(1)    ĠU C , , p. .
(2)    ĠU C , , p. .
(3)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” - COM(2019) 640 final.
(4)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima” – COM(2021) 82 final.
(5)    Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1058/oj).
(6)    Ir-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1057/oj).
(7)    Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI:  http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj ).
(8)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2), il-punt (a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(9)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx .
(10)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(11)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(12)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(13)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(14)    Speċifika taħt it-tabella, kemm mill-FTEs fl-għadd indikat huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew jistgħu jiġu riallokati fid-DĠ tiegħek, u x’inhuma l-ħtiġijiet netti tiegħek.
(15)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.