|
8.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 438/38 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2168
tal-21 ta’ Settembru 2021
li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 94(3), 97(2), 118(1) u (2) u 122(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li hu trażmess lill-annimali jew lill-bnedmin. B’mod partikolari, il-Parti IV ta’ dak ir-Regolament tistabbilixxi regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u għall-imfaqas, kif ukoll għat-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis fl-Unjoni. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta r-regoli li jissupplimentaw ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dak ir-Regolament permezz ta’ atti delegati. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward ta’ regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u għat-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis. B’mod partikolari, il-Parti II ta’ dak ir-Regolament Delegat tistabbilixxi regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni ta’ stabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri, inklużi dawk l-istabbilimenti li jwettqu operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa u stabbilimenti li minnhom konsenji ta’ bajd għat-tifqis jew tjur jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, il-Parti III ta’ dak ir-Regolament Delegat tistabbilixxi regoli għat-traċċabbiltà ta’ annimali terrestri miżmuma u għall-bajd għat-tifqis, u b’mod aktar speċifiku tistabbilixxi regoli għat-traċċabbiltà ta’ annimali bovini, ovini u kaprini miżmuma, u għall-immarkar ta’ bajd għat-tifqis. |
|
(3) |
Ir-regoli stabbiliti b’dan ir-Regolament huma sostanzjalment marbuta u japplikaw għall-operaturi li jittrasportaw jew iżommu l-annimali terrestri jew il-bajd għat-tifqis. Għalhekk, fl-interess tal-koerenza, tas-sempliċità u għall-applikazzjoni effettiva tagħhom, u biex tiġi evitata duplikazzjoni tar-regoli, jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’att wieħed minflok ma jkunu mxerrdin f’għadd ta’ atti separati li fihom ħafna kontroreferenzi. Dan l-approċċ huwa konsistenti wkoll ma’ wieħed mill-għanijiet prinċipali tar-Regolament (UE) 2016/429, li kien li jissimplifika r-regoli tal-Unjoni dwar is-saħħa tal-annimali u b’hekk jagħmilhom aktar trasparenti u eħfef biex jiġu applikati. |
|
(4) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-operaturi tal-imfaqas li minnhom il-konsenji ta’ bajd għat-tifqis jew it-tjur jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru ieħor, u l-operaturi ta’ stabbilimenti li jżommu t-tjur li minnhom konsenji ta’ tjur maħsuba għall-finijiet għajr dawk tal-iskarnar jew tal-bajd għat-tifqis jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru ieħor, għandhom japplikaw mal-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti tagħhom. L-Artikolu 94(3)(a) ta’ dak ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tipprevedi derogi mir-rekwiżit għall-operaturi li japplikaw għand l-awtorità kompetenti għal approvazzjoni għal ċerti tipi ta’ stabbilimenti li jippreżentaw riskju insinifikanti. |
|
(5) |
Il-moviment lejn Stat Membru ieħor ta’ kwantitajiet żgħar ta’ tjur għajr ir-ratiti u l-bajd għat-tifqis minn dawk l-annimali, jippreżentaw riskju żgħir għat-tixrid ta’ mard. Barra minn hekk, l-operaturi ta’ stabbilimenti li minnhom kwantitajiet żgħar ta’ dawn l-annimali u bajd għat-tifqis jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru ieħor, għal raġunijiet prattiċi, ma jistgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha għall-approvazzjoni stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2035. Jenħtieġ għalhekk li l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jiġi emendat biex jipprevedi deroga għall-operaturi tal-imfaqas u għall-istabbilimenti li jżommu t-tjur li minnhom inqas minn 20 tajra minbarra r-ratiti u inqas minn 20 bajda għat-tifqis tat-tjur minbarra r-ratiti jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru ieħor, mill-obbligu biex japplikaw għand l-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni. |
|
(6) |
L-Artikolu 38(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jipprevedi li l-operaturi li jżommu l-annimali bovini għandhom jiżguraw li dawk l-annimali jiġu identifikati permezz ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni speċifikati, filwaqt li l-Artikolu 38(2) tiegħu jippermetti lill-operaturi li jissostitwixxu dawk il-mezzi ta’ identifikazzjoni speċifikati b’alternattivi oħrajn. B’mod simili, l-Artikolu 45(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament Delegat jistabbilixxi obbligi fuq l-operaturi biex jidentifikaw l-annimali ovini u kaprini miżmuma tagħhom permezz ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni speċifikati, filwaqt li l-Artikolu 45(4) tiegħu jippermetti lill-operaturi li jissostitwixxu dawk il-mezzi ta’ identifikazzjoni speċifikati b’alternattivi oħrajn. |
|
(7) |
Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 269 tar-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi l-possibbiltà għall-Istati Membri li, f’ċerti oqsma, jadottaw miżuri nazzjonali li huma jistgħu japplikaw fit-territorji tagħhom u li huma addizzjonali jew aktar stretti minn dawk stabbiliti f’dak ir-Regolament. Waħda minn dawk l-oqsma hija r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà għall-konsenji ta’ annimali terrestri miżmuma u prodotti ġerminali. Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 ma jirriflettix kif xieraq dik il-possibbiltà. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Artikoli 38(2), 45(4) u 48 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jiġu emendati sabiex tiġi ċċarata li l-għażla prevista għall-operaturi li jżommu l-annimali bovini, ovini jew kaprini biex jidentifikaw dawk l-annimali permezz ta’ mezzi alternattivi ta’ identifikazzjoni jenħtieġ li tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru. Din tiċċara r-rwol u r-responsabbiltà tal-Istati Membri li japplikaw il-miżuri nazzjonali billi jiżguraw implimentazzjoni tajba ta’ rekwiżiti ta’ traċċabbiltà addizzjonali jew iktar stretti għall-annimali bovini, ovini u kaprini miżmuma, kif previst fl-Artikolu 269 tar-Regolament (UE) 2016/429. |
|
(8) |
L-Artikolu 76 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jipprevedi li l-operaturi li jżommu l-psittacidae għandhom jiżguraw li l-mezzi ta’ identifikazzjoni tal-psittacidae juru l-kodiċi tal-identifikazzjoni tal-annimal. Madankollu, id-definizzjoni ta’ kodiċi tal-identifikazzjoni stabbilita f’dak ir-Regolament Delegat teċċedi dak li hu meħtieġ għall-identifikazzjoni tal-psittacidae, u tippreżenta piż amministrattiv sinifikanti għall-Istati Membri. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jiġi emendat biex jipprevedi li l-mezzi ta’ identifikazzjoni tal-psittacidae juru minflok kodiċi alfanumeriku, li jippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u jipprevedi livell suffiċjenti ta’ traċċabbiltà għal dawk l-annimali meta jiġu mċaqalqa bejn l-Istati Membri. |
|
(9) |
L-Artikolu 80 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jipprevedi li l-bajd għat-tifqis kollu għandu jiġi mmarkat bin-numru tal-approvazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-oriġini. Madankollu, ir-Regolament (UE) 2016/429 jirrikjedi li huma biss dawk l-istabbilimenti li jibagħtu l-bajd għat-tifqis lejn Stat Membru ieħor li għandhom jiġu approvati. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 (3) jipprevedi li meta konsenji ta’ inqas minn 20 bajda għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru ieħor, dak il-bajd irid ikun oriġina fi stabbilimenti rreġistrati. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jiġi emendat biex jeskludi l-operaturi tal-istabbilimenti li jżommu t-tjur u l-operaturi tal-imfaqas li minnhom il-konsenji ta’ inqas minn 20 bajda għat-tifqis tat-tjur għajr ir-ratiti jiġu mċaqalqa lejn Stat Membru ieħor, mill-obbligu sabiex jiġi żgurat li kull bajda għat-tifqis tiġi mmarkata bin-numru ta’ approvazzjoni uniku tal-istabbiliment ta’ oriġini. Din l-emenda hija konsistenti wkoll mal-emendi li għandhom isiru fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 b’dan ir-Regolament. |
|
(10) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-għoti ta’ approvazzjoni lill-istabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ annimali ungulati, u jipprevedi li l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li dawn l-istabbilimenti jikkonformaw ma’ ċerti rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Il-Punt 1(b) tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jipprevedi li stabbiliment għandu jingħata approvazzjoni għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa ta’ ungulati biss jekk l-istabbiliment, fi kwalunkwe ħin, jakkomoda biss l-istess kategorija ta’ ungulati tal-istess speċi u status ta’ saħħa. Madankollu, iċ-ċentri ta’ ġbir f’daqqa eżistenti jista’ jkollhom żona ta’ akkomodazzjoni waħda jew aktar tal-annimali separati epidemjoloġikament. Jenħtieġ li dawk iż-żoni separati joperaw b’tali mod li jiżguraw li l-annimali miżmuma f’dawk iż-żoni ma jkunux f’kuntatt dirett jew indirett ma’ xulxin. Dan jagħmilha possibbli li fi stabbiliment jinżammu ungulati ta’ speċijiet, kategoriji jew status tas-saħħa differenti, dment li jinżammu f’żoni ta’ akkomodazzjoni tal-annimali separati epidemjoloġikament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Parti 1 tal-Anness I, tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 tiġi emendata biex tipprevedi din il-possibbiltà. |
|
(11) |
Barra minn hekk, l-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 jipprevedu l-possibbiltà li l-annimali ovini u kaprini jiġu inklużi fl-istess konsenja peress li ż-żewġ speċijiet huma soġġetti għall-istess rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat. Jenħtieġ li l-possibbiltà li tiġi miġbura f’daqqa konsenja ta’ annimali ovini u kaprini, tiġi permessa wkoll skont ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2035. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jiġi emendat sabiex jinkludi deroga mir-regola ewlenija stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament li tiddikjara li l-ungulati tal-istess speċi biss jistgħu jinġabru f’daqqa. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Deroga mir-rekwiżit fuq l-operaturi li ssir applikazzjoni mal-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ stabbilimenti B’deroga mill-Artikolu 94(1)(a), (c) u (d) tar-Regolament (UE) 2016/429, l-operaturi tat-tipi ta’ stabbilimenti li ġejjin m’għandhomx jintalbu japplikaw għand l-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti tagħhom f’konformità mal-Artikolu 96(1) ta’ dak ir-Regolament:
|
|
2. |
fl-Artikolu 38(2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
3. |
il-punt (a) tal-Artikolu 45(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
4. |
L-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:
|
|
5. |
fl-Artikolu 76(1), il-punti (a), (b) u (c) jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
6. |
L-Artikolu 80 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 80 Obbligi tal-operaturi fir-rigward tat-traċċabbiltà tal-bajd għat-tifqis 1. L-operaturi tal-istabbilimenti li jżommu t-tjur u l-operaturi tal-imfaqas tat-tjur għandhom jiżguraw li kull bajda għat-tifqis li tiġi mċaqalqa għal Stat Membru ieħor tkun immarkata bin-numru tal-approvazzjoni uniku tal-istabbiliment tal-oriġini tal-bajd għat-tifqis. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika:
|
|
7. |
Il-punt 1 tal-Parti 1 tal-Anness I jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 115).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/688 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni ta’ annimali terrestri u bajd għat-tifqis (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 140).