|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2180 |
30.12.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2180
tat-12 ta’ Settembru 2025
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ rieżaminaturi esterni, il-kriterji għall-valutazzjoni tal-ġestjoni soda u prudenti tar-rieżaminaturi esterni, l-adegwatezza tal-għarfien, l-esperjenza u t-taħriġ tal-impjegati tar-rieżaminaturi esterni, u l-kundizzjonijiet li taħthom ir-rieżaminaturi esterni jistgħu jesternalizzaw l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(6), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 27(2), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 28(3), it-tielet subparagrafu u l-Artikolu 33(7), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-reputazzjoni tajba tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-bord ta’ rieżaminatur estern hija ta’ importanza kbira biex jiżgura li r-rieżaminatur estern jissodisfa l-obbligi regolatorji tiegħu. Jenħtieġ li l-valutazzjoni ta’ reputazzjoni tajba tkun ibbażata fuq informazzjoni dwar l-attivitajiet preċedenti ta’ dawk il-persuni, inkluża informazzjoni dwar kundanni kriminali potenzjali rilevanti, imġiba ħażina fil-passat, negliġenza serja, ġestjoni ħażina tal-kunflitti ta’ interess jew indebolimenti għall-indipendenza u l-oġġettività, u informazzjoni dwar l-onestà, l-integrità u r-reputazzjoni tagħhom. |
|
(2) |
Minħabba li l-maniġment superjuri u l-membri tal-bord huma responsabbli għall-attivitajiet tar-rieżaminatur estern, jenħtieġ li jkollhom ħiliet, kwalifiki professjonali u esperjenza suffiċjenti. Valutazzjoni dwar jekk dawk il-ħiliet, il-kwalifiki professjonali u l-esperjenza humiex suffiċjenti jenħtieġ li tqis il-curriculum vitae tal-membri kollha tal-maniġment superjuri u tal-bord, inkluża informazzjoni aġġornata dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ, u l-istorja tal-impjiegi. Jenħtieġ li l-valutazzjoni tqis ukoll il-kompożizzjoni u d-diversità ġenerali tal-maniġment superjuri u tal-bord u l-ħiliet kollettivi, il-kwalifiki professjonali u l-esperjenza tal-membri tagħhom, kif rilevanti għall-attivitajiet tar-rieżaminatur estern u r-riskji li għalihom ikun espost dak ir-rieżaminatur estern. |
|
(3) |
Biex jiġu ssalvagwardjati l-kontinwità u r-regolarità tar-rieżamijiet esterni, jenħtieġ li rieżaminatur estern jimpjega numru xieraq ta’ analisti, impjegati u persuni li huma direttament involuti fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li titqies l-informazzjoni dwar l-arranġamenti tal-persunal ta’ rieżaminatur estern għall-analisti, l-impjegati u l-persuni involuti direttament fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tinkludi l-għadd ta’ kuntratti permanenti u temporanji, l-attivitajiet ta’ valutazzjoni futuri probabbli, u r-raġunijiet għaliex ir-rieżaminaturi esterni jqisu li r-riżorsi analitiċi huma biżżejjed. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tar-rieżamijiet esterni, jenħtieġ li l-analisti, l-impjegati u persuni oħra involuti direttament fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni jkollhom livelli adegwati ta’ għarfien, esperjenza u taħriġ. Jenħtieġ li l-valutazzjoni tqis l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-istorja tal-impjiegi ta’ dawk il-persuni. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rieżaminaturi esterni jistabbilixxu pjanijiet ta’ taħriġ u ta’ żvilupp għall-impjegati kollha involuti direttament fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni. |
|
(5) |
Biex jiżguraw li l-istrutturi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet jipprovdu għall-ġestjoni soda u prudenti tar-rieżaminatur estern, jenħtieġ li r-rieżaminaturi esterni jkollhom arranġamenti ta’ governanza korporattiva li jispeċifikaw l-organizzazzjoni, l-ambitu, l-iskop u l-funzjonament tal-korpi ta’ governanza tagħhom, bħall-bord, il-korp superviżorju u l-kumitati rilevanti. |
|
(6) |
Iż-żamma ta’ struttura organizzazzjonali trasparenti u effettiva hija wkoll komponent ewlieni ta’ ġestjoni soda u prudenti. Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-effettività tal-istruttura organizzazzjonali tagħhom, jenħtieġ li r-rieżaminaturi esterni jkollhom linji ta’ rapportar, responsabbiltajiet, u mezzi ta’ komunikazzjoni ċari li jħeġġu r-responsabbiltà u t-teħid ta’ deċiżjonijiet. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li r-rieżaminaturi esterni jimplimentaw u jiddokumentaw kif xieraq il-politiki u l-proċeduri xierqa fir-rigward tal-istrutturi ta’ governanza tagħhom, il-kontrolli interni, il-kontinwità tan-negozju, is-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni, iż-żamma ta’ rekords, l-amministrazzjoni u l-kontabilità. |
|
(7) |
Minħabba l-importanza tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern għall-ġestjoni soda u prudenti ta’ rieżaminatur estern, jenħtieġ li r-rieżaminaturi esterni jistabbilixxu qafas ta’ kontroll intern li jiżgura li l-persuni responsabbli għat-twettiq ta’ dik il-funzjoni jingħataw is-setgħa xierqa u li jkun hemm segregazzjoni ċara mil-linji kummerċjali li jkunu qed jissorveljaw. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni soda u prudenti tal-konformità mal-obbligi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2023/2361, jenħtieġ li r-rieżaminaturi esterni jiżguraw li l-politiki u l-proċeduri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ dak ir-Regolament jiġu approvati mill-bord tagħhom. |
|
(9) |
Jenħtieġ li l-qafas tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess ta’ rieżaminatur estern ikun fih politika komprensiva dwar il-kunflitti ta’ interess approvata mill-bord, u inventarju tal-kunflitti ta’ interess. Jenħtieġ li l-politika dwar il-kunflitti ta’ interess ikun fiha proċeduri u kontrolli tal-ġestjoni tar-riskju biex jiġu identifikati, eliminati, jew ġestiti u ddivulgati b’mod trasparenti l-kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali. Jenħtieġ li dik il-politika tidentifika wkoll liema kunflitti ta’ interess ir-rieżaminaturi esterni jqisu li għandhom jiġu ġestiti jew żvelati b’mod trasparenti u liema kunflitti ta’ interess għandhom jiġu eliminati. Barra minn hekk, jenħtieġ li dik il-politika tipprevedi sorveljanza u ġestjoni xierqa ta’ sitwazzjonijiet fejn il-ġudizzju professjonali jew it-teħid ta’ deċiżjonijiet jistgħu jiġu kompromessi. |
|
(10) |
Jenħtieġ li r-rieżaminaturi esterni jivvalutaw jekk il-fornituri terzi tas-servizzi għandhomx il-kapaċità li jwettqu attivitajiet ta’ valutazzjoni b’mod affidabbli u professjonali. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li r-rieżaminaturi esterni jikkunsidraw jekk l-għarfien espert u d-disponibbiltà tal-fornitur terz ta’ servizzi humiex xierqa għall-attivitajiet esternalizzati. Għal dak il-għan, jenħtieġ li r-rieżaminaturi esterni iqisu l-elementi ewlenin relatati mal-fornitur terz ta’ servizzi u l-arranġament ta’ esternalizzazzjoni, bħal pereżermpju l-mudell tan-negozju tiegħu, il-kwalifiki tal-persunal tiegħu, il-qafas ta’ kontroll, l-użu tal-awtomatizzazzjoni u t-teknoloġija fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati, u l-konformità regolatorja tiegħu. |
|
(11) |
Jenħtieġ li r-rieżaminaturi esterni jiżguraw li l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni ma tfixkilx materjalment il-kwalità tal-kontroll intern tagħhom. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li r-rieżaminaturi esterni jevalwaw il-firxa tad-dipendenza tagħhom fuq il-fornitur terz ta’ servizzi u jenħtieġ li jimmonitorjaw u jikkontrollaw l-attivitajiet li jindirizzaw ir-riskji li jirriżultaw mill-esternalizzazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward ta’ pajjiżi terzi. Jenħtieġ li r-rieżaminaturi esterni japplikaw kontrolli interni biex jiżguraw li jkun hemm arranġamenti adegwati fir-rigward tal-kwalità tas-servizz ipprovdut mill-fornitur terz ta’ servizzi. Jenħtieġ li r-rieżaminaturi esterni jistabbilixxu prattiki adegwati fir-rigward tad-dokumentazzjoni u ż-żamma tar-rekords minn fornituri terzi tas-servizzi. Dan jenħtieġ li jiżgura li rieżaminatur estern u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA, European Securities and Markets Authority) ikollhom aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa u li l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni ma tfixkilx il-kapaċità tal-ESMA li tissorvelja l-konformità tar-rieżaminatur estern mar-Regolament (UE) 2023/2631. |
|
(12) |
Sabiex jiżguraw grad suffiċjenti ta’ sorveljanza fuq l-attivitajiet esternalizzati, jenħtieġ li r-rieżaminaturi esterni jwettqu valutazzjonijiet regolari. |
|
(13) |
L-istandards tekniċi regolatorji li għandhom jiġu adottati abbażi tas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 23(6), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 27(2), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 28(3), it-tielet subparagrafu u l-Artikolu 33(7), it-tielet subparagrafu tar-Regolament (UE) 2023/2631 jenħtieġ li jinġabru f’Regolament Delegat tal-Kummissjoni uniku biex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet kollha li jispeċifikaw ir-reġistrazzjoni tar-rieżaminaturi esterni jiġu kkonsolidati f’Regolament wieħed. |
|
(14) |
L-informazzjoni preżentata lill-ESMA jista’ jkun fiha informazzjoni dwar l-identità tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-bord ta’ rieżaminatur estern applikant, kif ukoll tal-analisti, impjegati u persuni oħra direttament involuti f’attivitajiet ta’ valutazzjoni dwar l-adegwatezza tagħhom. Tali informazzjoni tinkludi data personali. F’konformità mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data stabbilit fl-Artikolu 4(1), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jenħtieġ li tintalab biss data personali li tkun meħtieġa biex l-ESMA tkun tista’ tivvaluta l-kapaċità tal-maniġment superjuri, tal-membri tal-bord ta’ rieżaminatur estern applikant, kif ukoll tal-analisti, l-impjegati u persuni oħra involuti direttament f’attivitajiet ta’ valutazzjoni, biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2023/2631. |
|
(15) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali. Jenħtieġ li l-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jitwettaq f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mwettaq mill-ESMA fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725. Jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mwettaq minn entitajiet li japplikaw għal rieżaminatur estern fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-rekwiżiti nazzjonali dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali. |
|
(16) |
Sabiex l-ESMA tkun tista’ twettaq il-valutazzjoni għall-finijiet tar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni kontinwa, filwaqt li tiżgura salvagwardji xierqa, jenħtieġ li d-data personali relatata mar-reputazzjoni tajba tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-bord ta’ rieżaminatur estern tinżamm mir-rieżaminaturi esterni u mill-ESMA għal mhux aktar minn 5 snin wara li dak il-membru jkun waqaf iwettaq il-funzjoni tiegħu jew, fil-każ tal-irtirar tar-reġistrazzjoni tar-rieżaminatur estern ikkonċernat. |
|
(17) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fis-7 ta’ Lulju 2025. |
|
(18) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji preżentat lill-Kummissjoni mill-ESMA. |
|
(19) |
L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kriterji biex jiddeterminaw reputazzjoni tajba biżżejjed tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-bord ta’ rieżaminatur estern applikant
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 23(2), il-punt (a)(i) tar-Regolament (UE) 2023/2631, ir-reputazzjoni tajba tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-bord ta’ rieżaminatur estern applikant għandha titqies suffiċjenti meta l-attivitajiet preċedenti, relatati mal-qasam ta’ ġestjoni soda u prudenti, ta’ dawk il-persuni juru li huma kapaċi jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’onestà u integrità.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
prova tan-nuqqas ta’ rekords kriminali relatati ma’ ħasil tal-flus, ma’ finanzjament tat-terroriżmu, ma’ forniment ta’ servizzi finanzjarji jew servizzi ta’ data, ma’ atti ta’ frodi jew approprjazzjoni indebita, b’mod partikolari permezz ta’ ċertifikat uffiċjali, jew, fejn tali ċertifikat ma jkunx disponibbli fl-Istat Membru rilevanti, awtodikjarazzjoni ta’ reputazzjoni tajba u l-awtorizzazzjoni lill-ESMA biex titlob tali informazzjoni mill-awtoritajiet rilevanti dwar jekk dak il-membru ġiex ikkundannat għal reat kriminali b’rabta mal-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-forniment ta’ servizzi finanzjarji jew servizzi ta’ data jew b’rabta ma’ atti ta’ frodi jew approprjazzjoni indebita; |
|
(b) |
awtodikjarazzjoni minn kull wieħed mill-membri tal-maniġment superjuri u tal-bord dwar jekk dak il-membru:
|
|
(c) |
ir-rieżaminatur estern applikant għandu jiżgura li jkunu l-persuni responsabbli għall-applikazzjoni biss, li jkollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a). Dik l-informazzjoni għandha tinħażen separatament minn informazzjoni oħra dwar il-maniġment superjuri u l-membri tal-bord ta’ rieżaminatur estern. L-aċċess għal dik l-informazzjoni għandu jiġi rreġistrat. Dik l-informazzjoni ma għandhiex tinħażen meta tkun tikkonċerna membri kandidati tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-bord ta’ rieżaminatur estern applikant li ma jkunux ġew maħtura; |
|
(d) |
l-ESMA għandha tiżgura li jkunu l-persuni responsabbli għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-bord ta’ rieżaminatur estern applikant biss, li jkollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (a). Dik l-informazzjoni għandha tinħażen separatament minn informazzjoni oħra dwar il-maniġment superjuri u l-membri tal-bord ta’ rieżaminatur estern. L-aċċess għal dik l-informazzjoni għandu jiġi rreġistrat. Dik l-informazzjoni ma għandhiex tinħażen meta tkun tikkonċerna membri kandidati tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-bord ta’ rieżaminatur estern applikant li ma jkunux ġew maħtura; |
|
(e) |
id-data personali relatata mar-reputazzjoni tajba tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-bord ta’ rieżaminatur estern għandha tinżamm minn rieżaminaturi esterni u mill-ESMA sakemm ikun meħtieġ għall-valutazzjoni tar-reġistrazzjoni inizjali u s-superviżjoni kontinwa, kif applikabbli u mhux aktar minn 5 snin wara li dak il-membru jkun waqaf iwettaq il-funzjoni tiegħu jew fil-każ tal-irtirar tar-reġistrazzjoni tar-rieżaminatur estern ikkonċernat. |
Artikolu 2
Kriterji biex jiddeterminaw il-ħiliet, il-kwalifiki professjonali u l-esperjenza rilevanti tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-bord tar-rieżaminatur estern applikant
1. L-ESMA għandha tiddetermina l-ħiliet, il-kwalifiki professjonali, u l-esperjenza rilevanti tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-bord ta’ rieżaminatur estern applikant bħala suffiċjenti kif imsemmi fl-Artikolu 23(2), il-punti (a)(ii) sa (a)(iv), tar-Regolament (UE) 2023/2631 meta dawk il-ħiliet, il-kwalifiki u l-esperjenza jkunu xierqa għan-natura u l-iskala tar-rieżamijiet esterni li għandhom jitwettqu mir-rieżaminatur estern applikant u l-kompiti meħtieġa mir-rieżaminaturi esterni skont dak ir-Regolament.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
curriculum vitae aġġornat ta’ kull membru tal-maniġment superjuri u tal-bord ta’ rieżaminatur estern li jistabbilixxi informazzjoni dettaljata rilevanti għall-kompiti meħtieġa mir-rieżaminaturi esterni skont ir-Regolament (UE) 2023/2631, inkluż:
|
|
(b) |
ir-rilevanza tal-għarfien miksub permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ għal servizzi finanzjarji jew relatati mas-sostenibbiltà għan-negozju tar-rieżaminaturi esterni; |
|
(c) |
ir-rilevanza tal-esperjenza professjonali miksuba f’attivitajiet relatati mal-kompiti li għandhom jitwettqu mir-rieżaminatur estern, bħall-assigurazzjoni tal-kwalità, il-kontroll tal-kwalità, it-twettiq ta’ rieżamijiet ta’ qabel il-ħruġ, ta’ wara l-ħruġ u tar-rapporti tal-impatt, u l-provvista ta’ opinjonijiet ta’ allinjament ta’ tieni parti jew ta’ servizzi finanzjarji; |
|
(d) |
il-ħiliet kollettivi u aġġornati, il-kwalifiki professjonali, u l-esperjenza tal-maniġment superjuri u tal-membri tal-bord rilevanti għall-kompiti meħtieġa mir-rieżaminaturi esterni skont ir-Regolament (UE) 2023/2631 u r-riskji relatati. |
Artikolu 3
Kriterji biex jiddeterminaw l-għadd suffiċjenti ta’ analisti, impjegati u persuni oħra direttament involuti f’attivitajiet ta’ valutazzjoni
1. L-ESMA għandha tiddetermina n-numru suffiċjenti ta’ analisti, impjegati u persuni oħra involuti direttament fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni ta’ rieżaminatur estern kif imsemmi fl-Artikolu 23(2), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2023/2631 fejn in-numru jkun xieraq għan-natura u l-iskala tar-rieżamijiet esterni li għandhom jitwettqu mir-rieżaminatur estern u l-kompiti meħtieġa mir-rieżaminaturi esterni skont dak ir-Regolament.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
in-numru totali ta’ analisti, impjegati u persuni oħra involuti direttament f’attivitajiet ta’ valutazzjoni, l-anzjanità fil-kariga tagħhom, id-deskrizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, in-natura permanenti jew temporanja tal-kuntratti ta’ impjieg tagħhom, u r-raġunijiet għaliex ir-rieżaminatur estern iqis li n-numri u r-rwoli huma adegwati; |
|
(b) |
in-numru u t-tul ta’ żmien mistennija tar-rieżamijiet esterni li għandhom jiġu pprovduti fl-24 xahar li ġejjin, u r-raġunijiet għaliex ir-rieżaminatur estern iqis li n-numru ta’ impjegati u persuni oħra involuti direttament fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni huwa proporzjonat man-numru u t-tul ta’ żmien tar-rieżamijiet esterni futuri. |
Artikolu 4
Kriterji biex jiddeterminaw il-livell suffiċjenti ta’ għarfien, esperjenza u taħriġ ta’ analisti, ta’ impjegati u ta’ persuni oħra involuti direttament fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni
1. L-ESMA għandha tiddetermina li l-għarfien, l-esperjenza u t-taħriġ tal-analisti, l-impjegati u persuni oħra direttament involuti fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni huma suffiċjenti kif imsemmi fl-Artikolu 23(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2023/2631, fejn l-għarfien, l-esperjenza u t-taħriġ huma xierqa għan-natura u l-iskala tar-rieżamijiet esterni li għandhom jitwettqu mir-rieżaminatur estern u l-kompiti meħtieġa mir-rieżaminaturi esterni skont dak ir-Regolament.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
it-tip ta’ attivitajiet ta’ valutazzjoni li l-persuni involuti direttament fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni huma mistennija jipprovdu fl-24 xahar li ġejjin; |
|
(b) |
l-istorja tal-impjiegi tal-persuni msemmija fil-punt (a), inklużi n-natura u t-tul tas-servizzi pprovduti f’postijiet preċedenti u r-responsabbiltajiet miżmuma; |
|
(c) |
l-esperjenza tal-persuni msemmija fil-punt (a) li hija relatata mal-assigurazzjoni tal-kwalità, mal-kontroll tal-kwalità, mal-prestazzjoni tar-rieżamijiet ta’ qabel il-ħruġ, ta’ wara l-ħruġ u tar-rapporti tal-impatt, u l-provvista ta’ opinjonijiet ta’ allinjament ta’ sekonda parti jew servizzi finanzjarji; |
|
(d) |
l-isfond edukattiv tal-persuni msemmija fil-punt (a) u kwalunkwe ċertifikazzjoni jew kwalifika professjonali rilevanti miksuba; |
|
(e) |
kisbiet professjonali u akkademiċi oħra tal-persuni msemmija fil-punt (a) li huma rilevanti għan-natura tal-funzjonijiet tagħhom; |
|
(f) |
il-pjan ta’ taħriġ u żvilupp għall-persuni msemmija fil-punt (a); |
|
(g) |
fejn applikabbli, l-użu tat-teknoloġija tal-awtomatizzazzjoni fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni; |
3. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li jqisu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biex jiddeterminaw l-għarfien, l-esperjenza u t-taħriġ tal-analisti, tal-impjegati u ta’ persuni oħrajn li s-servizzi tagħhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom jew taħt il-kontroll tagħhom u li huma direttament involuti f’attivitajiet ta’ valutazzjoni biex ikunu suffiċjenti kif imsemmi fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2023/2631.
Artikolu 5
Kriterji għall-valutazzjoni ta’ ġestjoni soda u prudenti minn rieżaminaturi esterni
1. Meta jivvalutaw il-ġestjoni soda u prudenti tagħhom, ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
l-arranġamenti ta’ governanza korporattiva jispeċifikaw mill-inqas l-organizzazzjoni, l-ambitu, l-iskop, u l-funzjonament tal-korpi ta’ governanza tar-rieżaminatur estern, inklużi linji ta’ rapportar ċari, responsabbiltajiet tar-rwoli u tal-kanali ta’ komunikazzjoni; |
|
(b) |
ikun hemm qafas ta’ kontroll intern; |
|
(c) |
l-arranġamenti organizzattivi jiżguraw il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni, is-salvagwardja tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà tar-rekords tas-servizzi pprovduti, proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi, u sistemi adegwati għall-ipproċessar tal-informazzjoni; |
|
(d) |
l-anonimità tal-informaturi tiġi ssalvagwardjata u r-rappreżalji huma pprojbiti; |
|
(e) |
it-tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati, in-negozjar tal-kontijiet personali tal-impjegati, l-attivitajiet kummerċjali esterni u l-aċċettazzjoni ta’ rigali u ta’ ospitalità jiġu rieżaminati b’mod konsistenti; |
|
(f) |
l-indipendenza tal-impjegati soġġetti għal arranġamenti ta’ kumpens varjabbli hija żgurata; |
|
(g) |
il-bord tar-rieżaminatur estern jadotta l-politiki u l-proċeduri f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b), ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li l-qafas ta’ kontroll intern jissodisfa l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern huma adattati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-rieżaminatur estern; |
|
(b) |
il-persuni responsabbli għall-kontrolli interni jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu l-funzjoni tagħhom u jirrapportaw is-sejbiet tagħhom lill-bord tar-rieżaminatur estern; |
|
(c) |
il-funzjonijiet ta’ kontroll intern huma indipendenti u segregati b’mod ċar mil-linji tan-negozju li jwettqu l-attivitajiet ta’ valutazzjoni. |
3. Ir-rieżaminatur estern għandu jevalwa l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 qabel ma jipprovdi l-attivitajiet ta’ analiżi esterna u minn hemm ’il quddiem mill-inqas darba kull 24 xahar, jew malli r-rieżaminatur estern isir konxju ta’ devjazzjonijiet sinifikanti mill-kriterji.
Artikolu 6
Kriterji għall-valutazzjoni tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess
1. Meta jivvalutaw il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
ikun hemm politika dwar il-kunflitti ta’ interess; |
|
(b) |
ikun hemm proċess ta’ konformità effettiv li jkun adegwat għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-politika dwar il-kunflitti ta’ interess, inkluża s-sorveljanza tal-bord; |
|
(c) |
ikun hemm proċeduri għat-taħriġ u għas-sensibilizzazzjoni tal-kontenut tal-politika dwar il-kunflitti ta’ interess għall-maniġment superjuri, għall-membri tal-bord, għall-analisti, għall-impjegati, u għal kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tar-rieżaminatur estern, inkluż qabel ma dawk il-persuni jibdew dmirijiethom għall-ewwel darba. |
|
(d) |
jinżamm inventarju tal-kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali rilevanti għar-rieżaminatur estern, inklużi l-miżuri ta’ mitigazzjoni proposti; |
|
(e) |
ikun hemm fis-seħħ proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju u kontrolli preventivi u ta’ detezzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni, l-eliminazzjoni, il-ġestjoni u d-divulgazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess; |
|
(f) |
jiġu identifikati l-kunflitti ta’ interess li għandhom jiġu eliminati jew ġestiti u ddivulgati b’mod trasparenti; |
|
(g) |
l-indipendenza tal-analisti, l-impjegati u persuni oħra involuti direttament fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni hija żgurata. |
2. Ir-rieżaminatur estern għandu jevalwa l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma jipprovdi attivitajiet ta’ rieżami estern u minn hemm ’il quddiem mill-inqas darba kull 24 xahar, jew malli r-rieżaminatur estern isir jaf b’devjazzjonijiet sinifikanti li jikkonċernaw il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess.
Artikolu 7
Kriterji għall-valutazzjoni tal-kapaċità tal-fornituri terzi tas-servizzi biex iwettqu attivitajiet ta’ valutazzjoni
1. Meta jivvalutaw jekk fornituri terzi tas-servizzi humiex kapaċi u għandhomx il-kapaċità li jwettqu attivitajiet ta’ valutazzjoni b’mod affidabbli u professjonali, ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li l-kriterji li ġejjin jiġu ssodisfati:
|
(a) |
il-fornitur terz ta’ servizzi jkollu għarfien espert fis-suġġett tal-attivitajiet esternalizzati; |
|
(b) |
il-fornitur terz ta’ servizzi jkun disponibbli biex jipprovdi l-attivitajiet esternalizzati għad-durata tal-esternalizzazzjoni ppjanata; |
|
(c) |
il-fornitur terz ta’ servizzi jkollu fis-seħħ qafas ta’ kontroll intern biex jiżgura t-twettiq adegwat tal-attivitajiet esternalizzati. |
2. Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tqis l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-fornitur terz ta’ servizzi:
|
(a) |
il-mudell tan-negozju, is-servizzi offruti, is-sjieda, l-istruttura tal-grupp u l-istatus bħala entità regolata jew taħt superviżjoni; |
|
(b) |
il-kwalifiki tal-persunal involut fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati; |
|
(c) |
il-politiki u l-proċeduri fis-seħħ għat-twettiq tal-attivitajiet esternalizzati, inkluż l-użu ta’ informazzjoni u data preċiżi u affidabbli; |
|
(d) |
il-kontrolli u l-attivitajiet ta’ monitoraġġ fis-seħħ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-politiki u l-proċeduri għat-twettiq tal-attivitajiet esternalizzati; |
|
(e) |
fejn applikabbli, l-użu tat-teknoloġija tal-awtomatizzazzjoni fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni; |
|
(f) |
rekwiżiti legali u regolatorji applikabbli għall-attivitajiet tal-fornitur terz ta’ servizzi. |
Artikolu 8
Kriterji biex jiżguraw li l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-esternalizzazzjoni ma jfixklux b’mod materjali l-kwalità tal-kontroll intern tar-rieżaminatur estern
Meta jiġi żgurat li l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni ma tfixkilx materjalment il-kwalità tal-kontroll intern tagħhom, ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
l-għadd u t-tip mistennija ta’ attivitajiet ta’ valutazzjoni li għandhom jiġu esternalizzati ma jwasslux għal dipendenza żejda fuq il-fornitur terz ta’ servizzi; |
|
(b) |
ikun hemm salvagwardji fis-seħħ għall-ġestjoni tar-riskji involuti fl-esternalizzazzjoni, inklużi r-riskji ta’ dipendenza għall-forniment tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati; |
|
(c) |
ikunu fis-seħħ arranġamenti għall-kontinwità tas-servizz, inklużi pjanijiet ta’ kontinġenza u ttestjar perjodiku ta’ faċilitajiet ta’ riżerva; |
|
(d) |
ikun hemm arranġamenti fis-seħħ għas-sigurtà tad-data u tas-sistemi, inkluż kwalunkwe użu tat-teknoloġija tal-cloud; |
|
(e) |
ikun hemm salvagwardji fis-seħħ biex jiġi żgurat li r-rieżaminatur estern jkun kapaċi jimmonitorja u jissorvelja l-attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati; |
|
(f) |
meta l-fornitur terz ta’ servizzi jkun kuntrattwalment permess li jkompli jesternalizza t-twettiq tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni, dawk l-attivitajiet jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) sa (e). |
Artikolu 9
Kriterji biex jiżguraw li l-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-esternalizzazzjoni ma jfixklux b’mod materjali l-kapaċità tal-ESMA li tissorvelja l-konformità tar-rieżaminaturi esterni
Meta jiġi żgurat li l-esternalizzazzjoni ma tfixkilx materjalment il-kapaċità tal-ESMA li tissupervizza l-konformità tar-rieżaminaturi esterni mar-Regolament (UE) 2023/2631, ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
jinżamm livell xieraq ta’ dokumentazzjoni u żamma tar-rekords tal-ismijiet u l-pożizzjonijiet kollha tal-persuni responsabbli għall-approvazzjoni u l-monitoraġġ tal-esternalizzazzjoni; |
|
(b) |
il-fornitur terz ta’ servizzi jkun kapaċi jipprovdi lir-rieżaminatur estern bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati meħtieġa mir-rieżaminatur estern biex juru l-konformità tar-rieżaminatur estern mar-Regolament (UE) 2023/2631; |
|
(c) |
fejn l-attivitajiet ta’ valutazzjoni jiġu esternalizzati lil fornitur terz ta’ servizzi ta’ pajjiż terz, ir-rieżaminatur estern u l-fornitur terz ta’ servizzi jkollhom fis-seħħ proċeduri li jiżguraw il-ġestjoni tar-riskji li jirriżultaw minn dan li ġej:
|
Artikolu 10
Evalwazzjoni tal-kriterji tal-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni
Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jevalwaw il-konformità mal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament qabel il-bidu tal-attività ta’ valutazzjoni esternalizzata u minn hemm ’il quddiem, mill-inqas darba kull 24 xahar, jew malli r-rieżaminatur estern isir konxju ta’ devjazzjonijiet sinifikanti fil-kapaċità tal-fornituri terzi ta’ servizzi li jwettqu l-attivitajiet ta’ valutazzjoni b’mod affidabbli u professjonali.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ u japplika fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2023/2631, 30.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2631/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/2180/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)