|
29.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
237 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Mejju 2005
li tistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ tal-konformità tal-Istati Membri u li tistabbilixxi formati għad-dejta għall-iskopijiet tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku
(notifikat bid-dokument numru C(2005) 1355)
(2005/369/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWOPREJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(3) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Sabiex id-dejta prodotta mill-Istati Membri ssir paragunabbli, il-metodu ta’ kif tiġi kkalkulata l-osservanza tal-miri tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2002/96/KE għandu jiġi armonizzat, f’termini ta’ preżentazzjoni. |
|
(2) |
Sabiex jiġu bbilanċjati r-riskji tal-ineżattezzi mal-piż amministrattiv tal-ksib ta’ tagħrif preċiż, l-Istati Membri għandhom jitħallew jużaw ċerti ipoteżijiet biex jistabbilixxu l-ammont ta’ materjali u komponenti ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) li jiġi rkuprat, użat mill-ġdid jew riċiklat. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6(5) tad-Direttiva 2002/96/KE l-operazzjoni tat-trattament tista’ ssir ukoll barra mill-Istat Membru rispettiv jew mill-Komunità dejjem sakemm it-trasport tal-iskart isir skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 tal-1 ta’ Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea (2). L-Istati Membri li jibagħtu WEEE għat-trattament fi Stati Membri oħrajn jew li jesportaw WEEE għat-trattament f’pajjiżi terzi għandhom jitħallew jgħoddu l-ammont esportat bħala parti mill-miri stipulati fl-Artikolu 7(2) bil-kundizzjoni li l-WEEE jkun inġabar mill-Istat Membru li qed jesporta. |
|
(4) |
Il-miżuri maħsuba f’din id-Deċiżjoni jimxu mat-termini tal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bis-saħħa tal-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE (3), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw it-tagħrif mitlub fl-Artikolu 12(1) tad- Direttiva 2002/96/KE billi jużaw il-formati tad-dejta stipulati fit-tabella 1 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom juru li qegħdin jaderixxu mar-rati ta’ rkupru, użu mill-ġdid u riċiklaġġ stipulati fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2002/96/KE billi jimlew it-tabella 2 li tidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Huma u jimlew din it-tabella, l-Istati Membri jistgħu jużaw ipoteżi dwar il-perċentwali medja ta’ materjali użati mill-ġdid, riċiklati u rkuprati, bħalma huma l-metalli, il-ħġieġ u l-plastik, u komponenti ta’ skart ta’ taghmir elettriku u elettroniku (WEEE).
2. WEEE esportat għat-trattament f’pajjiż terz jew li jintbagħat għat-trattament fi Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 6(5) tad-Direttiva 2002/96/KE jista’ jingħadd biss għall-finijiet tal-miri msemmija fl-Artikolu 7(2) ta’ dik id-Direttiva mill-Istat Membru li jkun ġabar u esporta l-WEEE.
3. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk tkunx meħtieġa evidenza dokumentarja addizzjonali mal-prova mitluba skond it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tad-Direttiva 2002/96.
Artikolu 3
Meta jittrasmettu t-tabelli 1 u 2 tal-Anness lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni deskrizzjoni dettaljata ta’ kif inġabret id-dejta kif ukoll jagħtu spjegazzjoni tal-istimi u l-metodoloġija li ntużaw.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Mejju 2005.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/108/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 106).
(2) ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 (ĠU L 349, 31.12.2001, p. 1).
(3) ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
ANNESS
Tabella 1
Skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) miġbur u esportat (Artikolu 12 u Artikolu 5)
|
Kolonna numru |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
7 |
||
|
Kategorija tal-Prodott |
Imqiegħed fis-suq |
Miġbur minn abitazzjonijiet privati |
Miġbur minn imkejjen li mhumiex abitazzjonijiet privati |
Total WEEE Miġbur |
Trattat fl-Istat Membru |
Trattat fi Stat Membru ieħor |
Trattat barra mill-KE |
||
|
Piż Totali (1) tunnellati |
Piż Totali tunnellati |
Piż Totali tunnellati |
Piż Totali tunnellati |
Piż Totali tunnellati |
Piż Totali tunnellati |
Piż Totali tunnellati |
|||
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
|
Tabella 2
Irkupru, riċiklaġġ u użu mill-ġdid, miri (Artikolu 7(2))
|
Kolonna numru |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
||
|
Kategorija tal-prodott |
Irkupru |
Rata ta’ rkupru |
Total ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ |
Rata ta’ użu mill-ġdid u riċiklaġġ |
WEEE użat mill-ġdid bħala apparat sħiħ |
||
|
Piż Totali (2) tunnellati |
% |
Piż Totali tunnellati |
% |
Piż Totali tunnellati |
|||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
N.A. |
N.A. |
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
Nota: Il-kaxxi l-griżi jfissru li d-dejta għandha tkun irrappurtata fuq bażi volontarja biss. |
|||||||
(1) Jekk dan ma jkunx possibbli, agħti l-ammonti.
(2) Jekk dan ma jkunx possibbli, agħti l-ammonti.