Official Journal L 347 , 12/12/1990 P. 0027 - 0029
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0188
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 35 P. 0188
Id-Deċiżjoni Tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 1990 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Komunità għall-qerda u s-sorveljanza ta’ ċertu mard ta’ l-annimali (90/638/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 24(2) tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Artikolu 24(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jgħid illi l-kriterji tal-Komunità għal miżuri finanzjarji tal-Komunità għall-qerda u s-sorveljanza ta’ ċertu mard ta’ l-annimali għandhom jiġu provduti; Billi l-kriterji msemmija għandhom jassiguraw illi l-miżura tkun effettiva u tippermetti lill-Istati Membri li jissottomettu lill-Kummissjoni programmi li jassiguraw l-qerda ta’ malajr ta’ sorveljanza xierqa tal-mard in kwistjoni. ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Sabiex tkun approvata skond il-miżura li jipprovdi għaliha l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, programmi mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin: - għal programmi ta’ qerda: il-kriterji li hemm fl-Anness I, - għal programmi ta’ sorveljanza: il-kriterji li hemm fl-Anness II. Artikolu 2 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Novembru 1990. Għall-Kunsill Il-President V. Saccomandi [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19 -------------------------------------------------- L-ANNESS I Kriterji għal programmi ta' qerda. Fi programmi ta' qerda għandu jkun jinstab għal anqas: 1. deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epideljoloġika tal-marda; 2. analiżi ta' l-ispejjeż stmati u stima ta' benefiċċji antiċipati tal-programm; 3. it-tul li aktarx ser jieħu l-programm u l-iskop li għandu jintlaħaq sad-data tat-tlestija; 4. deskrizzjoni tal-awtorità ċentrali li għandha tissorvelja u tikkoordina d-dipartimenti responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm; 5. deskrizzjoni u delimitazzjoni taż-żona ġeografika u amministrattiva li fiha il-programm ser ikun japplika; 6. sistema li tassigura n-notifika ta' bidu ta' mard suspettat jew konfermat fiż-żona konċernata; 7. il-proċeduri ta' kontroll u b'mod partikolari regoli dwar il-moviment ta' annimali suġġetti li jkunu affettwati jew kontaminati b'marda speċifika u l-ispezzjoni regolari tal-propjetajiet jew ż-żoni partikolari; 8. sistema għar-reġistrazzjoni tal-propjetajiet involuti fil-programm; 9. miżuri sabiex tiġi identifikata l-oriġini ta' l-annimali; 10. l-Istatus differenti applikabbli għal propjetajiet jew żoni, l-għanijiet li għandhom jintlaħqu fil-każ ta' kull status, il-kundizzjonijiet applikabbli għall-moviment ta' annimali bejn propjetajiet jew żoni ta' status differenti u l-konsegwenzi ta' telf ta' status; 11. jekk ikun meħtieġ, deskrizzjoni ta' l-analiżi, metodi ta' ttestjar u kampjuni użati għal kull marda; 12. il-miżuri li għandhom jittieħdu fejn jinstabu riżultati pożittivi waqt il-verifiki li jsiru skond il-programm. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha sabiex tiġi assigurata il-qerda ta' malajr tal-marda, fid-dawl ta' l-informazzjoni epidemjoloġika u mezzi preventivi li huma speċifiċi għaliha, per eżempju: (a) il-qtil ta' annimali affettwati jew kontaminati, jew suspettati illi huma affettwati jew kontaminati, bi: - jew il-qerda tal-karkassi jew l-użu sussegwenti wara trattament għal skopijiet oħra ħlief dawk ta' konsum mill-bniedem, iżda t-trattamenti użati għandhom joffru garanziji adekwati fejn għandu x' jaqsam mas-saħħa pubblika jew ta' l-annimali jew - l-użu sussegwenti tal-laħam, basta illi dan ma jkunx ta' dannu għas-saħħa tal-bniedem; (b) il-qerda tal-prodotti kollha illi jistgħu jittrażmettu l-marda u t-trattament ta' dawn il-prodotti sabiex tiġi evitata kwalunkwe kontaminazzjoni possibbli; (ċ) proċedura ta' diżinifestazzjoni tal-propjetajiet infettati; (d) t-trattament terapewtiku u preventiv magħżul; (e) proċedura sabiex jerġgħu jiġu mimlija b'annimali b'saħħtihom l-propjetajiet li ġew spopolati permezz tal-qtil; (f) il-ħolqien ta' żona ta' sorveljanza madwar il-propjetà infettata; 13. fejn neċessarju, regoli għall-kumpens adekwat lill-bdiewa għall-annimali maqtula kemm jista' jkun malajr; 14. impriża bl-awtorità li jagħmel riferenza għaliha l-punt 4 biex tinforma lid-dipartimenti tal-Kummissjoni regolarment u b'mod sħiħ. -------------------------------------------------- L-ANNESS II Kriterji għal programmi ta' kontroll. Fi programmi ta' sorveljanza għandu jkun jinstab għall-anqas is-segwenti: 1. il-kriterji li jagħmlu riferenza għalihom il-punti 1 sa 9, 12, 13 u 14 tal-Anness I; 2. sistema ta' sorveljanza bażata fuq analiżi serjoloġiċi, mikrobijoloġiċi, patoloġiċi jew epidemjoloġi, jew b'xi metodu ieħor xieraq għall-marda; 3. sistema sabiex tiġi aċċertata l-assenza tal-marda fid-dawl ta' karatteristiċi epidemjologiċi. --------------------------------------------------