17.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1369

tas-6 ta’ Awwissu 2021

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), bis-saħħa tar-raġunijiet stipulati fil-kolonna (3) ta’din it-tabella.

(4)

Jixraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dan il-perjodu jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Awwissu 2021.

Għall-Kummissjoni

Gerassimos THOMAS

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)   ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Tejp magħmul minn tessut elastiku, ta’ wisa’ ta’ madwar 5 cm, mgħotti minn naħa waħda b’materjal adeżiv magħmul mill-gomma sintetika, u li ma jiżinx aktar minn 1 500  g/m2.

It-tejp jiġi f’rukkell u ppreżentat f’kaxxi tal-kartun li jkun fihom 16 jew 24 rukkell, kull wieħed b’dijametru ta’ madwar 7,5 cm. Ma hemm ebda indikazzjoni fuq l-imballaġġ li t-tejpijiet huma maħsuba biex jintużaw għal skopijiet mediċi.

It-tejp huwa ppreżentat bħala tejp biex jintuża biex jipproteġi l-ġogi waqt l-attivitajiet sportivi.

Ara l-istampi (*1).

5906 10 00

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, min-nota 4(a) tal-Kapitolu 59 u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 5906 u 5906 10 00 .

Il-prodott la huwa mimli u lanqas miksi b’sustanzi farmaċewtiċi. Lanqas ma għandu xi karatteristiċi oġġettivi li jindikaw li huwa mfassal apposta għal finijiet mediċi, kirurġiċi, dentali jew veterinarji. Barra minn hekk, m’hemm xejn fl-imballaġġ li jindika li huwa maħsub għall-użu mediku. Konsegwentement, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3005 hija eskluża (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 3005 , it-tielet paragrafu). Għalhekk għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal kostitwent tiegħu.

Għaldaqstant il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 5906 10 00 bħala tejp adeżiv ta’ wisa’ li ma teċċedix 20 cm.

Image 1


(*1)  L-istampi huma purament għall-informazzjoni.