22.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/74


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1206

tal-20 ta’ Ġunju 2023

li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta' Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Estonjan,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta' awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fit-2 ta’ Marzu 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2023/508 (2), li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Tiit TERIK sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Il-Gvern Estonjan ippropona lis-Sur Tiit TERIK, rappreżentant ta' korpi lokali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Tallinna Linnavalitsuse liige (Membru tal-Gvern tal-Belt ta' Tallinn), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Tiit TERIK, rappreżentant ta' korp lokali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Tallinna Linnavalitsuse liige (Membru tal-Gvern tal-Belt ta’ Tallinn), (bidla fil-mandat) huwa b'dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

R. POURMOKHTARI


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/508 tat-2 ta' Marzu 2023 li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 70, 8.3.2023, p. 49).