|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2389 |
10.9.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2389
tad-9 ta’ Settembru 2024
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat tas-sodju tas-semduramiċina (Aviax 5 %) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni: Phibro Animal Health s.a.) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1443/2006
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Preparat tas-sodju tas-semduramiċina (Aviax 5 %) kien awtorizzat għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1443/2006 (3). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparat tas-sodju tas-semduramiċina (Aviax 5 %) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna. L-applikant talab li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “koċċidjostati u istomonostati”. F’dan il-kuntest, l-applikant talab ukoll modifika ta’ ċerti kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni eżistenti, li tikkonsisti f’sostituzzjoni tas-semduramiċina kristallina b’semduramiċina miċeljali fil-kompożizzjoni tal-addittiv, u fi tnaqqis tal-perjodu bejn il-waqfien tal-amministrazzjoni tal-addittiv u l-qatla (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-perjodu tal-irtirar”). Dik il-modifika għandha titqies fil-kuntest tal-evalwazzjoni mill-ġdid tat-tħejjija. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-14 ta’ Ġunju 2018 (4), tad-29 ta’ Ġunju 2022 (5) u tal-14 ta’ Novembru 2023 (6), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparat ta’ sodju tas-semduramiċina (Aviax 5 %) hija sikura għat-tiġieġ għat-tismin sa livell massimu rakkomandat (25 mg/kg ta’ għalf komplet) u għall-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li l-użu tas-sodju tas-semduramiċina (Aviax 5 %) f’livell massimu ta’ 25 mg/kg ta’ għalf komplet huwa sikur għall-konsumaturi mingħajr perjodu ta’ rtirar u, li konsegwentement, ma hemmx bżonn li jiġu stabbiliti limiti massimi ta’ residwi għas-sodju tas-semduramiċina fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mit-tiġieġ magħlufa bil-preparazzjoni. L-awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar l-irritazzjoni tal-preparazzjoni tas-sodju tas-semduramiċina (Aviax 5 %) għall-ġilda u l-għajnejn u lanqas dwar il-potenzjal ta’ sensitizzazzjoni dermali u respiratorja. F’dan ir-rigward hija rrappurtat li l-kalkoli mudell dwar l-esponiment għall-inalazzjoni tal-persuni li jimmaniġġjaw l-addittiv indikaw riskju serju. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni tas-sodju tas-semduramiċina (Aviax 5 %) għandha l-potenzjal li tikkontrolla b’mod effettiv il-koċċidjożi fit-tiġieġ għat-tismin. Hija tal-fehma li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara l-introduzzjoni fis-suq u rrakkomandat li jitwettaq monitoraġġ fuq il-post tar-reżistenza tal-Eimeria spp. għas-sodju tas-semduramiċina fit-tiġieġ tas-simna, preferibbilment matul l-aħħar parti tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf u fit-tessuti, li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparat tas-sodju tas-semduramiċina (Aviax 5 %) jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak il-preparat jiġi awtorizzat għat-tiġieġ tas-simna. Huwa xieraq li jsir provvediment għal monitoraġġ ta’ wara t-tqegħid fis-suq dwar ir-reżistenza tal-Eimeria spp għas-sodju tas-semduramiċina. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittivi. |
|
(6) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għal-preparat ikkonċernat, jixraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(7) |
B’konsegwenza tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tas-sodju tas-semduramiċina (Aviax 5 %) għat-tiġieġ tas-simna, ir-Regolament (KE) Nru 1443/2006 għandu jitħassar. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “koċċidjostati u istomonostati”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. L-adittiv tal-għalf sodju tas-semduramiċina (Aviax 5 %) kif awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1443/2006 u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dan l-addittiv, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-30 ta’ Marzu 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-30 ta’ Settembru 2024, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet ikkonċernati.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li jkunu prodotti u ttikkettati qabel it-30 ta’ Settembru 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli it-30 ta’ Settembru 2024 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 3
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 1443/2006 huwa mħassar.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1970/524/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1443/2006 tad-29 ta’ Settembru 2006 li jikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet permanenti ta’ ċertu addittivi fl-oġġetti tal-għalf u awtorizzazzjoni ta’ 10 snin għal coccidiostat (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1443/oj).
(4) EFSA Journal 2018;16(7):5341.
(5) EFSA Journal 2022;20(8):7432.
(6) EFSA Journal 2023;21:e8467.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv (isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ sustanza attiva / kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: koċċidjostati u istomonostati |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
51773 |
Phibro Animal Health s.a. |
Sodju tas-semduramiċina (Aviax 5 %) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’:
Forma solida. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Sodju tas-semduramiċina:
Prodott minn Actinomadura spp. ATCC 53664. Impuritajiet relatati: epimer tas-semduramiċina, aglikon tas-semduramiċina (mingħajr ċirku G), desmetil tas-semduramiċina (ċirku A), desmetil tas-semduramiċina (ċirku G), idrossil tas-semduramiċina(ċirku F), desmetossil tas-semduramiċina (ċirku A) u deskarbossil tas-semduramiċina: < 3 % kull wieħed. Total ta’ impuritajiet: ≤ 7 %. Metodi analitiċi (1) Għall-kwantifikazzjoni tas-sodju tas-semduramiċina fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja li tuża derivatizzazzjoni postkolonna akkoppjata bid-detezzjoni fotometrika (HPLC-PCD-UV-Vis). Għall-kwantifikazzjoni fis-sodju tas-semduramiċina fl-għalf kompost:
|
Tiġieġ tas-simna |
— |
20 |
25 |
|
it-30 ta’ Settembru 2034 |
||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta’ April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/429/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2389/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)