31.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9418 — Temasek/RRJ Masterfund III/Gategroup)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 257/04)

1.   

Fl-24 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Esta Investments Pte.Ltd, ikkontrollata minn Temasek International Pte. (“Temasek”) (Singapore),

—

RRRJ Masterfund III, li tappartjeni għall-grupp ta’ RRRJ Capital (Hong Kong),

—

Gategroup Holding AG (“Gategroup”) (l-Iżvizzera), attwalment ikkontrollata biss minn RRRJ Capital.

Temasek and RRJ Masterfund III jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Gategroup.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Temasek: kumpanija ta’ investiment bil-kwartieri ġenerali tagħha f’Singapore. Hija għandha sehem maġġoritarju f’Singapore Airlines, li topera titjiriet tal-passiġġieri lejn/minn ċerti ajruporti taż-ŻEE fejn hija attiva l-Gategroup, biex it-Tranżazzjoni tagħti lok għal numru żgħir ta’ relazzjonijiet vertikali f’dawn l-ajruporti.

—   RRJ Masterfund III: ditta ta’ investiment ibbażata f’Ħong Kong u f’Singapore. Hija tagħmel investimenti ta’ ekwità privata fl-Asja, u primarjament tiffoka fuq kapital ta’ tkabbir u investimenti tal-intrapriżi tal-istat.

—   Gategroup: jipprovdi catering għal matul it-titjira, servizzi abbord u servizzi oħrajn relatati f’madwar 60 pajjiż, inkluż fiż-ŻEE.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9418 — Temasek/RRJ Masterfund III/Gategroup

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).