European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6189

15.10.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11654 – CINVEN / IDEALISTA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/6189)

1.   

Fil-25 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Eighth Cinven Fund (“Cinven VIII”, ir-Renju Unit) ikkontrollat minn Cinven Limited (“Cinven”, ir-Renju Unit),

—

Idealista Global, S.A. (“Idealista”, Spanja), ikkontrollata minn EQT Fund Management S.à r.l. (“EFMS”, il-Lussemburgu), li, min-naħa tagħha, hija kompletament proprjetà ta’ EQT AB (“EQT”, l-Iżvezja) u indirettament ikkontrollata minnha.

Cinven se jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Idealista.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Cinven huwa negozju ta’ ekwità privata involut fil-forniment ta’ servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ portafolji lil għadd ta’ fondi ta’ investiment. Il-kumpaniji fil-portafoll ta’ investimenti ta’ Cinven huma attivi f’firxa wiesgħa ta’ sottosetturi, prinċipalment is-servizzi kummerċjali, il-konsumaturi, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, l-industrija u t-teknoloġija, il-media u t-telekomunikazzjoni.

—

Idealista taqdi lill-aġenti tal-proprjetà immobbli, lill-utenti, u lil operaturi oħra tas-suq tal-proprjetà immobbli fin-Nofsinhar tal-Ewropa (l-Italja, il-Portugall u Spanja) permezz tal-pjattaforma tagħha ta’ reklamar ikklassifikat online għall-bejjiegħa li joffru proprjetà immobbli għall-bejgħ jew għall-kiri, u x-xerrejja li jfittxu li jixtru jew jikru. Idealista tipprovdi wkoll servizzi anċillari oħra għas-settur tal-proprjetà immobbli.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11654 – CINVEN / IDEALISTA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6189/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)