<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.0300183901.case.xml"><NO.CASE>C-578/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008J0578</NO.CELEX><NO.SEQ>0010.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-1860</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-1884</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>25</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20100304">4.3.2010</DATE> — KAWŻA C-578/08</LEFT><RIGHT>CHAKROUN</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-578/08,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikoli 68 u 234 KE, imressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20081223">23 ta’ Diċembru 2008</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20081229">29 ta’ Diċembru 2008</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Rhimou Chakroun</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Minister van Buitenlandse Zaken,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn J. N. Cunha Rodrigues, President tal-Awla, A. Rosas (Relatur), U. Lõhmus, A. Ó Caoimh u A. Arabadjiev, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-1861"?><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal R. Chakroun, minn R. Veerkamp, bħala avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. M. Wissels u Y. De Vries, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn T. Papadopoulou, G. Kanellopoulos u Z. Chatzipavlou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn M. Condou-Durande u R. Troosters, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20091210">10 ta’ Diċembru 2009</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-1862"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(d), kif ukoll tal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE>, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224-230, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn R. Chakroun u l-minister van Buitenlandse Zaken (Ministru tal-Affarijiet Barranin, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ministru<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar ir-rifjut, kontra r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li jingħata permess provviżorju ta’ residenza.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva tiddetermina l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fit-territorju tal-Istati Membri.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1863"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 4 u 6 tad-Direttiva huma fformulati b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(2)</NO.P><TXT>Miżuri dwar riunifikazzjoni tal-familja għandhom ikunu adottati b’konformità ma’ l-obbligu tal-protezzjoni tal-familja u ir-rispett għall-ħajja tal-familja minquxa f’ħafna strumenti tal-liġi internazzjonali. Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rrikonoxxuti b’mod partikulari fl-Artikolu 8 tal-[Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>ECHR<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/>)] u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata f’Nizza fis-<DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE> [<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="364" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2000">ĠU C 364, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Ir-riunifikazzjoni tal-familja hija mezz neċessarju biex il-ħajja tal-familja ssir. Hija tgħin biex toħloq stabbilita soċjokulturali li tiffaċilita l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-Istati Membri, li sservi wkoll biex tippromwovi koeżjoni ekonomika u soċjali, għan fundamentali tal-Komunita ddikjarat fit-Trattat.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Biex tkun protetta l-familja u tkun stabbilita u ppreżervata l-ħajja tal-familja, il-kondizzjonijiet materjali biex ikun eżerċitat id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta’ kriterji komuni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-1864"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(a) sa (d), tad-Direttiva jipprovdu d-definizzjonijiet segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>ċittadin ta’ pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>: tfisser kull persuna li mhux ċittadin ta’ l-Unjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 17(1) tat-Trattat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>refuġjat<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>: tfisser kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna bla stat li jgawdi status ta’ refuġjat fit-tifsira tal-Konvenzjoni ta’ Ginevra dwar l-istatus ta’ refuġjati tat-<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE>, kif emendata mill-Protokoll iffirmat fi New York fil-<DATE ISO="19670131">31 ta’ Jannar 1967</DATE>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>sponsor<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>: tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz li joqgħod legalment fi Stat Membru u li japplika jew il-membri tal-familja tiegħu japplikaw għal riunifikazzjoni tal-familja biex jingħaqdu miegħu/magħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>riunifikazzjoni tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>: tfisser id-dħul ġewwa u residenza fi Stat Membru minn membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li joqogħdu legalment f’dak l-Istat Membru biex tkun ippreżervata l-għaqda tal-familja, kemm jekk ir-relazzjoni mal-familja kien ikkawżat qabel kemm wara d-dħul tar-resident.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-1865"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul u r-residenza, skond din id-Direttiva u suġġetti għal konformita mal-kondizzjonijiet preskritti fil-Kapitolu IV, kif ukoll l-Artikolu 16, tal-membri tal-familja li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-konjugi ta’ l-isponsor<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Meta l-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja tkun issottomessa, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jirrikjedi l-persuna li tkun issottomettiet l-applikazzjoni biex tipprovdi xiehda li l-isponsor għandu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>akkomodazzjoni meqjusa bħala normali għal familja komparabbli fl-istess reġjun u li tissodisfa l-istandards ġenerali ta’ saħħa u sigurta fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>assigurazzjoni kontra l-mard fir-rigward tar-riskji kollha normalment koperti għaċ-ċittadini tiegħu stess fl-Istat Membru kkonċernat għalih innifsu/għaliha nnifisha u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-1866"?><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex iżomm lilu nnifsu/lilha nnifisha u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha, mingħajr ma jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru kkonċernat. Stati Membri għandhom jistmaw dawn ir-riżorsi b’referenza għan-natura u r-regolarita tagħhom u jistgħu jqisu il-livell ta’ pagi minimi nazzjonali u penjonijiet kif ukoll in-numru ta’ membri tal-familja.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan il-Kapitolu għandu japplika għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ refuġjati rrikonoxxuti mill-Istati Membri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Stati Membri jistgħu jirrestrinġu l-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu għal refuġjati li r-relazzjonijiet familjali tagħhom jkunu bdew qabel id-dħul tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tad-Direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura u s-solidità tar-relazzjonijiet familjali tal-persuna u t-tul tar-residenza tiegħu (tagħha) fl-Istat Membru u ta’ l-eżistenza ta’ rbit familjali, kulturali u soċjali ma’ pajjiżu/a ta’ oriġini fil-każ li huma jiċħdu applikazzjoni, jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu permess ta’ residenza jew jiddeċiedu li jordnaw it-tneħħija ta’ l-isponsor jew membri tal-familja tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-1867"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva, din id-direttiva kellha tiġi trasposta mill-Istati Membri fid-dritt nazzjonali tagħhom mhux iktar tard mit-<DATE ISO="20051003">3 ta’ Ottubru 2005</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(1)(c) tal-Liġi 2000 Liġi dwar il-Barranin (Vreemdelingenwet 2000) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>applikazzjoni għal permess ta’ residenza għal perijodu fiss […] tista’ tiġi miċħuda jekk:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c.</NO.P><TXT>il-persuna barranija ma jkollhiex, mezzi suffiċjenti ta’ għajxien indipendenti, li jservu u li jkunu suffiċjenti jew jekk il-persuna li magħha hija tkun tixtieq tgħix ma jkollhiex mezzi suffiċjenti ta’ għajxien indipendenti, li jservu u li jkunu suffiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-parti l-kbira tad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-kuntest tal-kawża prinċipali jidhru fid-Digriet 2000 dwar il-Barranin (Vreemdelingenbesluit 2000, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Vb 2000<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>). Dan kien ġie emendat permezz tad-Digriet Irjali tad-<DATE ISO="20040929">29 ta’ Settembru 2004</DATE> (Staatsblad 2004, Nru 496), bil-għan tat-traspożizzjoni tad-Direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1868"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 1.1(r) tal-Vb 2000 jiddefinixxi l-formazzjoni ta’ familja bħala riunifikazzjoni tal-konjuġi […] sa fejn ir-relazzjoni konjugali tkun inħolqot fi żmien meta l-post ta’ residenza prinċipali tal-persuna prinċipali kien il-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 3.13(1) tal-Vb 2000 jipprovdi, għal dak li jirrigwarda l-kawża prinċipali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Permess ta’ residenza għal perijodu fiss, għall-iskop ta’ formazzjoni jew riunifikazzjoni tal-familja, jista’ jingħata lill-membru tal-familja […] tal-persuna prinċipali […], jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3.16 sa 3.22 ikunu sodisfatti.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 3.22 tal-Vb 2000 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.P><TXT>Il-permess ta’ residenza msemmi fl-Artikolu 3.13 (1) jingħata biss jekk il-persuna prinċipali:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a.</NO.P><TXT>jkollha dħul nett permanenti u awtonomu kif iddefinit fl-Artikolu 3.74(a) [...]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><P>[…]</P><?PAGE NO="I-1869"?><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ formazzjoni ta’ familja, il-permess ta’ residenza jingħata b’deroga mill-paragrafu 1, jekk il-persuna prinċipali jkollha, dħul nett permanenti u awtonomu, ta’ mhux inqas minn 120 % tal-paga minima statutorja, kif previst mill-Artikolu 8(1)(a), u fl-Artikolu 14 tal-Liġi fuq il-paġa minima u allowances għall-vaganzi minimi [Wet minimumloon en minimum vakantiebijslag], inkluża l-allowance għall-vaganzi, prevista fl-Artikolu 15 ta’ din il-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 3.74, fil-bidu u fil-paragrafi (a) u (d) tal-Vb 2000 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Il-mezzi ta’ għajxien […] ikunu suffiċjenti jekk id-dħul nett ikun ugwali għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a.</NO.P><TXT>il-kriterji statutorji ta’ għajnuna, previsti fl-Artikolu 21 tal-Liġi tax-xogħol u għajnuna [Wet werk en bijstand, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Wwb<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>] għall-kategorija li tirrigwarda persuni mhux miżżewġin, ġenituri weħidhom jew koppji miżżewġin u familji, inkluż fosthom il-paga matul il-vaganzi […]</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d.</NO.P><TXT>fil-każ ta’ formazzjoni ta’ familja, 120 % tal-paga minima, prevista fl-Artikolu 8(1)(a) u fl-Artikolu 14 tal-Liġi fuq il-paġa minima u allowances għall-vaganzi minimi, inkluża l-allowance għall-vaganzi, previsti fl-Artikolu 15 ta’ din il-liġi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Mill-elementi pprovduti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li, fil-mument ikkunsidrat għall-finijiet tal-kawża prinċipali, l-istandard ta’ għajnuna stabbilita skont l-Artikolu 21(c) tal-Wwb għall-persuni kkonċernati ta’ età ta’ iktar minn 21 sena u ta’ inqas minn 65 sena, meta l-konjuġi t-tnejn ikollhom inqas minn 65 sena, huwa ta<?PAGE NO="I-1870"?> mhux inqas minn EUR 1 207.91 fix-xahar, filwaqt li, fil-każ ta’ formazzjoni ta’ familja, il-mezzi ta’ għajxien huma kkunsidrati suffiċjenti jekk id-dħul nett huwa ta’ mhux inqas minn EUR 1 441.44 fix-xahar, inkluża l-paga matul il-vaganzi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Is-Sur Chakroun, ta’ ċittadinanza Marokkina, twieled fl-<DATE ISO="19440701">1 ta’ Lulju 1944</DATE>. Huwa residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi mill-<DATE ISO="19701221">21 ta’ Diċembru 1970</DATE> u huwa għandu permess ta’ residenza ordinarju għal żmien indefinit. Sa mit-<DATE ISO="20050712">12 ta’ Lulju 2005</DATE> huwa rċieva benefiċċju tal-qgħad skont il-liġi tas-<DATE ISO="19861106">6 ta’ Novembru 1986</DATE> fuq l-Assigurazzjoni tal-ħaddiema kontra l-konsegwenzi finanzjarji tal-qgħad (Wet tot verzekering van werknemers tegen geldelijke gevolgen van werkloosheid) li, jekk iċ-ċirkustanzi jibqgħu l-istess, ikompli sat-<DATE ISO="20100712">12 ta’ Lulju 2010</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>R. Chakroun, ukoll ta’ ċittadinanza Marokkina, twieldet fit-<DATE ISO="19480718">18 ta’ Lulju 1948</DATE> u hija miżżewġa mas-Sur Chakroun sa mill-<DATE ISO="19720731">31 ta’ Lulju 1972</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20060310">10 ta’ Marzu 2006</DATE>, R. Chakroun ippreżentat talba, fl-ambaxxata tal-Pajjiżi l-Baxxi f’Rabat (il-Marokk), għal permess provviżorju ta’ residenza sabiex tkun tista’ tgħix ma’ żewġha.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20060717">17 ta’ Lulju 2006</DATE>, il-Ministru rrifjuta din it-talba peress li s-Sur Chakroun ma kellux dħul suffiċjenti kif meħtieġ mill-Vb 2000. Fil-fatt, il-benefiċċji tal-qgħad li rċieva s-Sur Chakroun kienu jammontaw għal EUR 1 322.73 fix-xahar, inkluża l-paga matul il-vaganzi, jiġifieri ammont iktar baxx mid-dħul standard applikabbli fil-kas ta’ formazzjoni ta’ familja, jiġifieri EUR 1 441.44.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1871"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20070221">21 ta’ Frar 2007</DATE>, il-Ministru ddikjara infondat ir-rikors ippreżentat minn R. Chakroun kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>B’sentenza tal-<DATE ISO="20071015">15 ta’ Ottubru 2007</DATE>, ir-Rechtbank ’s-Gravenhage ddikjarat infondat ir-rikors li R. Chakroun kienet ippreżentat kontra din id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20070221">21 ta’ Frar 2007</DATE>. Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali mbagħad ippreżentat appell minn din is-sentenza quddiem ir-Raad van State.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>R. Chakroun qajmet fl-ewwel lok quddiem din il-qorti l-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva ġiex implementat b’mod korrett fl-Artikoli 3.74(d) u fl-Artikolu 3.22(2) tal-Vb 2000, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jeżiġu, minn naħa ta’ sponsor, fil-każ ta’ formazzjoni ta’ familja, li jkollu riżorsi ta mhux inqas minn 120 % tas-salarju minimu.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li l-paga minima hija riferiment essenzjali fil-Wwb, li l-għan tiegħu huwa li jiggarantixxi standard minimu lil kull ċittadin Olandiż residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi, kif ukoll lil kull barrani li jirrisjedi fil-Pajjiżi l-Baxxi, li jinstab jew għandu mnejn jinstab f’sitwazzjoni fejn ma jkollux il-mezzi neċessarji sabiex jgħix (Artikolu 11 tal-Wwb). L-applikazzjoni ta’ din il-liġi taqa’ fil-kompetenza tal-muniċipalitajiet.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Wwb tipprovdi żewġ kategoriji ta’ għajnuna. L-ewwel nett teżisti l-għajnuna ġenerali, li permezz tagħha hija mifhuma għajnuna bil-għan li tkopri l-ispejjeż ġenerali neċessarji għall-għajxien (Artikolu 5(b) tal-Wwb). Il-liġi tipprovdi, it-tieni nett, għajnuna speċjali li tagħti dritt lill-parti kkonċernata sa fejn din ma għandhiex mezzi li jippermettulha tlaħħaq mal-ispejjeż neċessarji għal għajxien li jirriżultaw minn ċirkustanzi speċjali, u sa fejn, fl-opinjoni tal-awtorità lokali, dawn l-ispejjeż ma jistgħux ikunu koperti minn mezzi oħra disponibbli (Artikolu 35(1) tal-Wwb).</TXT></NP><?PAGE NO="I-1872"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-paga minima ta’ persuna ta’ 23 sena hija użata mill-Wwb bħala punt ta’ riferiment sabiex jiġi stabbilit il-bżonn u l-ammont li għalih persuna għandha dritt fil-kuntest ta’ għajnuna ġenerali. L-ammont li jikkorrispondi għal 120 % tal-paga minima jkun, hekk kif sostna l-Gvern Olandiż fl-osservazzjonijiet tiegħu, l-ammont li bih, meta jinqabeż, resident ma jibbenefikax iktar mill-għajnuna ġenerali jew mill-għajnuna speċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-Raad van State tistaqsi jekk, fl-implementazzjoni tal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva, l-Istati Membri jistgħux jew għandhomx jikkunsidraw, u dan eventwalment b’rata fissa, is-servizzi soċjali fil-forma ta’ għajnuna speċjali. L-għajnuna speċjali tista’ tieħu forom differenti, fosthom ħlas lura tat-taxxa jekk ikun deċiż b’dan il-mod mill-awtorità lokali wara eżami tas-sitwazzjoni tal-applikant.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>R. Chakroun fit-tieni lok tikkontesta d-distinzjoni li saret mil-leġiżlazzjoni Olandiża bejn ir-riunifikazzjoni tal-familja u l-formazzjoni ta’ familja, skont jekk ir-rabta familjari seħħetx qabel jew wara d-dħul fis-seħħ tal-isponsor fit-territorju Olandiż, peress li distinzjoni bħal din ma tirriżultax mill-Artikolu 7(1) tad-Direttiva. Fil-fatt, jekk it-talba inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienet ġiet ikkunsidrata bħala talba ta’ riunifikazzjoni tal-familja fis-sens tal-leġiżlazzjoni Olandiża, huwa l-istandard ta’ għajnuna previst fl-Artikolu 21(c) tal-Wwb li kien ġie kkunsidrat, skont l-Artikolu 3.74(a) tal-Vb 2000, anki jekk ir-riżorsi tas-Sur Chakroun kienu ikbar mill-ammont meħtieġ.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-Raad van State għandha dubji fuq il-possibbiltà, għall-Istati Membri, li jagħmlu distinzjoni bħal din bejn formazzjoni ta’ familja u riunifikazzjoni tal-familja, iżda tippreċiża li mhux eskluż li d-Direttiva ma tipprekludix leġiżlazzjoni li tagħmel distinzjoni fuq il-bażi ta’ jekk relazzjoni mal-familja kinitx teżisti qabel jew kinitx teżisti wara d-data tad-dħul tal-isponsor fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti. Din il-qorti ssostni li din l-aħħar distinzjoni hija prevista fl-Artikolu 9 tad-Direttiva, applikabbli għar-refuġjati, kif ukoll fl-Artikolu 16(1) u (5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="016" PAGE.FIRST="44" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, L 16, p. 44</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-1873"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, ir-Raad van State ddeċidiet li tissospendi l-proċedimenti quddiemha u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1)</NO.P><TXT>Il-frażi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> li tinsab fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li tippermetti li Stat Membru jadotta leġiżlazzjoni fir-rigward tar-riunifikazzjoni tal-familja li tirrifjuta r-riunifikazzjoni lil sponsor li jkun ipprova li għandu riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex jipprovdi għall-bżonnijiet tiegħu stess u dawk tal-membri tal-familja tiegħu, iżda li, minħabba l-livell tad-dħul tiegħu, jista’ xorta jitlob assistenza speċjali fil-każ ta’ spejjeż partikolari u stabbiliti b’mod individwali bħala neċessarji għall-għajxien tiegħu, tnaqqis mit-taxxa mogħtija minn awtoritajiet lokali skont id-dħul, jew miżuri ta’ appoġġ għad-dħul fil-kuntest tal-politika minima komunali (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>minimabeleid<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-Direttiva [...], partikolarment l-Artikolu 2(d) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-dħul tal-ewwel sentenza tal-[Artikolu 7(1) u l-]Artikolu 7(1)(ċ), tagħmel distinzjoni skont jekk ir-rabtiet familjari kinux jeżistu qabel jew wara d-dħul fit-territorju tal-persuna li tirrisjedi fl-Istat Membru?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li tidher fl-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva għandhiex tiġi interpretata fis-sens li hija tippermetti lil Stat Membru jadotta<?PAGE NO="I-1874"?> leġiżlazzjoni dwar riunifikazzjoni tal-familja li tirrifjuta riunifikazzjoni tal-familja lil sponsor li għandu provi li jiddisponi minn riżorsi stabbli, regolari u suffiċjenti li jippermettulu jissodisfa l-bżonnijiet tiegħu u tal-membri tal-familja tiegħu, iżda li, fir-rigward tal-livell tad-dħul tiegħu, madankollu jkun jista’ jitlob għajnuna speċjali fil-każ ta’ spejjeż partikolari u stabbiliti individwalment bħala neċessarji għall-għajxien tiegħu, għal remissjoni tat-taxxa mogħtija minn awtoritajiet lokali skont id-dħul jew il-miżuri ta’ sostenn tad-dħul fil-kuntest tal-politika minima (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>minimabeleid<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>) lokali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Osservazzjonijiet ippreżentati mill-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ssostni li s-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>sistema ta’ għajnuna soċjali tal-Istat Membru kkonċernat<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, prevista fl-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva tista’ tirreferi biss għal regoli fil-livell nazzjonali, filwaqt li ċerti regoli msemmija mir-Raad van State huma stabbiliti fil-livell lokali. Hija ssostni wkoll li r-riferiment, mill-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva, għal-livell ta’ remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet minimi nazzjonali jfisser li dan il-livell jammonta għal limitu ogħla.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, bħal fil-każ tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, issostni li l-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lill-Istati Membri fl-implementazzjoni tad-Direttiva ma għandux jippreġudika l-għanijiet u l-effettività ta’ din id-direttiva. Hija tispjega b’mod partikolari li l-kriterju ta’ 120 % tal-paga minima, hekk kif ġie stabbilit, għandu bħala għan li applikanti żgħar fil-prattika qatt ma jkunu jistgħu jissodisfaw il-kriterju tal-mezzi ta’ għajxien fuq il-bażi ta’ xogħol full-time. Fil-fatt, il-liġi tieħu bħala riferiment il-paga minima ta’ persuna ta’ età ta’ 23 sena. Issa, il-paga minima tal-persuni ta’ inqas minn 23 sena hija biss frazzjoni ta’ dik ta’ persuna ta’ 23 sena, jiġifieri, pereżempju, 72 % għal persuna ta’ 21 sena, anki jekk persuna ta’ 21 sena jkollha taqla 160 % tal-paga minima tal-kategorija ta’ età tagħha sabiex tissodisfa l-kriterju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1875"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fis-seduta, R. Chakroun iċċitat ir-rapport stabbilit mill-Wetenschappelijk Onderzoek- en Documentatiecentrum (Ċentru xjentifiku ta’ riċerka u ta’ dokumentazzjoni), tal-Ministeru tal-Ġustizzja Olandiż, li jevalwa l-effett, fuq il-migrazzjoni tal-konjuġi barranin fil-Pajjiżi l-Baxxi, taż-żieda tad-dħul meħtieġ għar-riunifikazzjoni tal-familja. Skont R. Chakroun, l-aspetti negattivi deskritti minn dan ir-rapport juru li l-leġiżlazzjoni Olandiża tmur kontra l-għan tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tesponi li l-element determinanti, skont id-Direttiva, huwa li jsir magħruf jekk il-parti kkonċernata stess tiddisponi minn riżorsi suffiċjenti sabiex tissodisfa l-bżonnijiet bażiċi tagħha, u dan mingħajr ma tirrikorri għal għajnuna soċjali. Is-sistema prevista mid-Direttiva ma għandhiex tiġi interpretata li tippermetti lill-Istat Membru li jagħmel il-kont tal-benefiċċji soċjali kollha li l-parti kkonċernata tkun tista’ eventwalment titlob, sabiex konsegwentement jistabbilixxi l-limitu ta’ dħul meħtieġ.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni f’dan ir-rigward li, hekk kif indikat fil-punt 4.3.3 tar-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-<DATE ISO="20081008">8 ta’ Ottubru 2008</DATE> fuq l-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/86 [COM(2008) 610], l-ammont meħtieġ mill-awtoritajiet Olandiżi, skont l-evalwazzjoni tas-suffiċjenza tar-riżorsi, huwa l-iktar għoli mill-Istati Membri kollha tal-Komunità. Barra minn hekk hija ssostni li jekk, fil-kawża prinċipali, ir-relazzjoni mal-familja bejn il-konjuġi Chakroun kienet eżistiet minn qabel id-dħul tas-Sur Chakroun fit-territorju tal-Komunità, l-ammont tad-dħul ikkunsidrat, skont l-evalwazzjoni tas-suffiċjenza tar-riżorsi, kien iktar baxx minn dik applikat fl-imsemmija kawża skont l-Artikolu 3.74(d) tal-Vb 2000. Konsegwentement jista’ jiġi kkunsidrat li l-ammont meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fejn ir-relazzjoni mal-familja kienet teżisti qabel id-dħul tal-isponsor fit-territorju tal-Komunità jikkorrispondi mal-ammont li normalment ikun suffiċjenti sabiex jissodisfa l-bżonnijiet l-iktar bażiċi fis-soċjetà Olandiża.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kemm R. Chakroun kif ukoll il-Kummissjoni jikkunsidraw li l-awtoritajiet Olandiżi kellhom, fil-kawża prinċipali, jikkunsidraw iż-żmien twil ta’ residenza u taż-żwieġ u li, meta naqsu milli jagħmlu dan, ġiet ippreġudikata l-ħtieġa tal-eżami individwali tat-talba prevista fl-Artikolu 17 tad-Direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1876"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Gvern Olandiż jispjega li l-livell tad-dħul eżistenti, stabbilit għal 120 % tal-paga minima statutorja, huwa l-ammont tad-dħul ġeneralment ikkunsidrat mill-muniċipalitajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi bħala wieħed mill-kriterji li jippermettu li jiġu stabbiliti l-benefiċċji potenzjali ta’ miżura ġenerali jew speċjali ta’ għajnuna soċjali. Ċerti muniċipalitajiet madankollu jagħżlu livelli ta’ dħul differenti, minn 110 % sa 130 % tal-paga minima statutorja. Peress li l-għajnuna soċjali hija mogħtija skont il-bżonnijiet, huwa biss <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> li jkun possibbli li ssir statistika li tippermetti li jiġi stabbilit il-limitu medju tad-dħul li għalih din l-għajnuna hija mogħtija.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>L-imsemmi gvern b’hekk isostni li l-livell tad-dħul li jikkorrispondi ma’ 120 % tal-paga minima statutorja huwa konformi mal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ), tad-Direttiva, peress li huwa livell ta’ dħul li minnu mhux possibbli, bħala prinċipju, tintalab miżura ġenerali jew speċjali ta’ għajnuna soċjali. Fil-fatt, skont dan l-istess gvern, il-livell tal-paga minima fil-Pajjiżi l-Baxxi jippermetti biss li jkunu sodisfatti l-bżonnijiet vitali u jista’ jirriżulta insuffiċjenti sabiex jissodisfa l-ispejjeż partikolari individwali. Dawn l-elementi jiġġustifikaw li jiġi kkunsidrat livell ta’ dħul ekwivalenti għal 120 % tal-paga minima statutorja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Huwa importanti jitfakkar li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva jimponi fuq l-Istati Membri obbligi pożittivi preċiżi, flimkien ma’ drittijiet individwali korrispettivi definiti b’mod ċar, għaliex jobbligahom, fil-każijiet stabbiliti mid-Direttiva, li jawtorizzaw ir-riunifikazzjoni tal-familja ta’ ċerti membri tal-familja tal-isponsor mingħajr ma jistgħu jeżerċitaw il-marġni ta’ diskrezzjoni tagħhom (sentenza tas-<DATE ISO="20060627">27 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Il-Parlament vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-540/03" PAGE.ECR="I-5769" YEAR="2006">C-540/03, Ġabra p. I-5769</REF.DOC.ECR>, punt 60).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni madankollu hija applikabbli bla ħsara għall-osservanza tal-kundizzjonijiet previsti, b’mod partikolari fil-Kapitolu IV tad-Direttiva. L-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ), ta’ din id-direttiva jifforma parti minn dawn il-kundizzjonijiet u jippermetti lill-Istati Membri jitolbu prova li l-isponsor għandu<?PAGE NO="I-1877"?> riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex imantni lilu nnifsu u lill-membri tal-familja tiegħu, mingħajr ma jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali tal-Istat Membru kkonċernat. L-istess dispożizzjoni tippreċiża li l-Istati Membri jevalwaw dawn ir-riżorsi skont in-natura tagħhom u r-regolarità tagħhom u jistgħu jikkunsidraw il-livell tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet minimi nazzjonali kif ukoll tan-numru ta’ membri li għandha l-familja.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-awtorizzazzjoni tar-riunifikazzjoni tal-familja hija r-regola ġenerali, il- possibbiltà prevista fl-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva għandha tiġi interpretata b’mod strett. Barra minn hekk, il-marġni ta’ mmanuvrar mogħti lill-Istati Membri ma għandux jintuża minnhom b’mod li jippreġudika l-għan tad-Direttiva, li huwa li tiġi promossa r-riunifikazzjoni tal-familja, u sabiex din tintlaħaq b’mod effettiv.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-premessa 2 tad-Direttiva jirriżulta li l-miżuri li jirrigwardaw ir-riunifikazzjoni tal-familja għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-obbligu tal-protezzjoni tal-familja u tar-rispett tal-ħajja tal-familja li hija protetta f’numru ta’ strumenti tad-dritt internazzjonali. Fil-fatt, id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji li huma rrikonoxxuti b’mod partikolari mill-Artikolu 8 tal-ECHR u mill-Karta. B’hekk jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ) tagħha, għandhom jiġu interpretati fid-dawl tad-drittijiet fundamentali u, b’mod iktar partikolari, tad-dritt għar-rispett tal-ħajja tal-familja, protett kemm mill-ECHR kif ukoll mill-Karta. Għandu jingħad ukoll li, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE, l-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji msemmija fil-Karta, kif adottati fi Strasbourg fit-<DATE ISO="20071212">12 ta’ Diċembru 2007</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU C 303, p. 1</REF.DOC.OJ>), li għandha l-istess valur legali bħat-trattati.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Hekk kif sostniet ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali fis-seduta, il-kunċett tas-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>sistema ta’ għajnuna soċjali tal-Istat Membru kkonċernat<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li ma jistax jiġi ddefinit b’riferiment għal kunċetti tad-dritt nazzjonali. Fir-rigward, b’mod partikolari, tad-differenzi li jeżistu bejn l-Istati Membri għal dak li jirrigwarda l-ġestjoni tal-għajnuna soċjali, dan il-kunċett għandu jiġi interpetat bħala li jirreferi għal għajnuna soċjali mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi, kemm jekk huma f’livell nazzjonali, reġjonali jew lokali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1878"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva topponi, minn naħa, il-kunċett tar-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex iżomm lilu nnifsu<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u, min-naħa l-oħra, dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Minn din l-oppożizzjoni jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, li jidher fid-Direttiva, għandu bħala għan l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi, kemm jekk tkun fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, li jirrikorri għaliha l-individwu, fil-każ preżenti l-isponsor, li ma għandux riżorsi stabbli, regolari u suffiċjenti sabiex jissodisfa l-bżonnijiet tiegħu kif ukoll dawk tal-familja tiegħu u li, minħabba dan il-fatt, hemm periklu li jsir, waqt li jkun qed jirrisjedi fil-pajjiż, piż fuq l-għajnuna soċjali tal-Istat Membru li jospitah (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Eind, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-291/05" PAGE.ECR="I-10719" YEAR="2007">C-291/05, Ġabra p. I-10719</REF.DOC.ECR>, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) u t-tieni sentenza tal-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jikkunsidraw, fl-evalwazzjoni tagħhom tar-riżorsi tal-isponsor, il-livell tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet minimi nazzjonali. Hekk kif ġie espost fil-punt 43 tas-sentenza preżenti, din il-possibbiltà għandha tiġi eżerċitata billi jiġi evitat li jiġi ppreġudikat l-għan tad-Direttiva, li huwa li jiffavorixxi r-riunifikazzjoni tal-familja, u l-effettività li dan l-għan jinkiseb.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-portata tal-bżonnijiet tista’ tvarja ħafna skont l-individwi, din l-awtorizzazzjoni għandha, barra minn hekk, tiġi interpretata fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jindikaw ċerta somma bħala l-ammont ta’ riferiment, iżda mhux fis-sens li huma jistgħu jimponu ammont ta’ dħul minimu,fejn ammont li jkun inqas minnu jwassal sabiex kull riunifikazzjoni tal-familja tiġi rrifjutata, u dan indipendentement minn eżami konkret tas-sitwazzjoni ta’ kull applikant. Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-Artikolu 17 tad-Direttiva, li timponi eżami individwali tat-talbiet għal riunifikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Li jintuża bħala ammont ta’ riferiment, livell ta’ dħul ekwivalenti għal 120 % tad-dħul minimu ta’ ħaddiem ta’ età ta’ 23 sena, ammont li minnu kull talba għal għajnuna speċjali tkun bħala prinċipju eskluża, ma jidhirx li jwieġeb għall-għan li jikkonsisti f’li jiddetermina jekk individwu jiddisponix minn riżorsi regolari sabiex jissodisfa l-bżonnijiet tiegħu. Fil-fatt, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, li jidher fl-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva, għandu jiġi interpretat li għandu l-għan li jagħmel tajjeb għal nuqqas ta’ riżorsi stabbli, regolari u suffiċjenti u mhux bħala għajnuna li tippermetti li tissodisfa l-bżonnijiet straordinarji jew imprevisti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1879"?><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, iċ-ċifra ta’ 120 %, użata sabiex tistabbilixxi l-ammont impost mill-Vb 2000, hija biss ċifra medja, stabbilita meta tiġi stabbilita l-istatistika dwar l-għajnuna speċjali mogħtija mill-muniċipalitajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi u għall-kriterji tad-dħul ikkunsidrati minn dawn il-muniċipalitajiet. Hekk kif ġie espost fis-seduta, ċerti muniċipalitajiet jużaw bħala ammont ta’ riferiment dħul ta’ ammont iktar baxx minn dak korrispondenti għal 120 % tad-dħul minimu, li jikkontradixxi t-teżi li dħul korrispondenti għal 120 % tad-dħul minimu jkun indispensabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni tiġġudika jekk id-dħul minimu previst mil-liġi Olandiża huwiex suffiċjenti sabiex jippermetti lill-ħaddiema ta’ dan l-Istat ikopru l-bżonnijiet ordinarji tagħhom. Madankollu huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat, hekk kif ġustament issostni l-Kummissjoni, li jekk, fil-kawża prinċipali, ir-relazzjoni mal-familja bejn il-konjuġi Chakroun kienet eżistiet qabel id-dħul tas-Sur Chakroun fit-territorju tal-Komunità, l-ammont tad-dħul ikkunsidrat fl-eżami tat-talba ta’ R. Chakroun kien id-dħul minimu u mhux 120 % tad-dħul minimu. Għandu jiġi konkluż li d-dħul minimu huwa kkunsidrat mill-awtoritajiet Olandiżi stess bħala li jikkorrispondi mar-riżorsi suffiċjenti fis-sens tal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn l-elementi, għadha tingħata risposta għall-ewwel domanda li l-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> li tidher fl-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tippermettix li Stat Membru jadotta leġiżlazzjoni dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja li tirrifjuta din ir-riunifikazzjoni lill-isponsor li jkollu l-prova li jiddisponi minn riżorsi stabbli, regolari u suffiċjenti li jippermettulu jissodisfaw il-bżonnijiet tiegħu u tal-membri tal-familja tiegħu, iżda li, minħabba l-livell tad-dħul tiegħu, madankollu jista’ jitlob għajnuna speċjali fil-każ ta’ spejjeż partikolari u individwali kkunsidrati neċessarji għall-għajxien tiegħu, għal ħlas lura tat-taxxa mogħtija minn awtoritajtiet lokali skont id-dħul, jew miżuri ta’ sostenn għad-dħul fil-kuntest tal-politika minima komunali (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>minimabeleid<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1880"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-Direttiva, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(d) tagħha, għandhiex tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-dħul tal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva, tagħmel distinzjoni skont jekk ir-relazzjoni mal-familja kienet teżisti qabel jew wara d-dħul tal-isponsor fit-territorju tal-Istat Membru li jospitah.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Osservazzjonijiet ippreżentati mill-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>R. Chakroun tispjega li żewġha , sa mill-wasla tiegħu fil-Pajjiżi l-Baxxi fis-sena 1970, ħadem għal perijodu ta’ sentejn f’dan l-Istat Membru sabiex jaqla l-flus neċessarji għaż-żwieġ tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u l-Kummissjoni, id-Direttiva ma toffri l-ebda bażi għal distinzjoni bejn il-manteniment tal-familja u l-formazzjoni tagħha. Madankollu, jirriżulta minn dokument tal-Presidenza tal-Kunsill (dokument tal-Kunsill 5682/01, tal-<DATE ISO="20010131">31 ta’ Jannar 2001</DATE>, p. 3) li jeżisti ftehim ġenerali fuq il-fatt li r-riunifikazzjoni tal-familja kellha tkopri kemm il-formazzjoni kif ukoll il-preżervazzjoni tal-għaqda tal-familja. Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-premessa 6 tad-Direttiva kif ukoll mill-Artikolu 2(d) tagħha. Fir-rigward tal-eċċezzjoni introdotta mill-Artikolu 9(2) tad-Direttiva, din hija dispożizzjoni speċifika għas-sitwazzjoni tar-refuġjati mġiegħla li jaħarbu minn pajjiżhom. R. Chakroun barra minn hekk tikkwota r-rapport tal-<DATE ISO="20090311">11 ta’ Marzu 2009</DATE>, mill-Kummissarju għad-drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iż-żjara tiegħu li seħħet fil-Pajjiżi l-Baxxi mill-21 sal-<DATE ISO="20080925">25 ta’ Settembru 2008</DATE>, li fiha l-Kummissarju baqa’ sorpriż b’ċerti dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni Olandiża fil-qasam tar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1881"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni barra minn hekk tistaqsi kif distinzjoni abbażi tal-mument meta r-relazzjoni mal-familja ġiet ikkreata jista’ ikollha l-inqas konnessjoni mal-fatt li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet materjali fil-qasam tal-bżonnijiet bażiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-Gvern Olandiż jesponi li d-distinżjoni li saret mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, bejn il-kreazzjoni tal-familja u r-riunifikazzjoni tal-familja mhix ipprojbita mid-Direttiva u huwa mod kif tiġi kkunsidrata n-natura u s-solidità tar-relazzjoni mal-familja, hekk kif impost mill-Artikolu 17 tad-Direttiva. Skont dan il-gvern, fil-fatt wieħed jista’ jimmaġina li l-interessi involuti jkunu iktar importanti meta r-relazzjoni mal-familja kienet teżisti diġà qabel mal-persuna prinċipali stabbilixxiet ruħha fil-Pajjiżi l-Baxxi. Fil-każ tal-formazzjoni ta’ familja, iż-żewġt isħab jieħdu r-riskju li l-ħajja familjari tagħhom ma tistax temporanjament isseħħ fil-Pajjiżi l-Baxxi. Ġeneralment, ir-relazzjoni mal-familja tkun konkretizzata b’inqas intensità f’dawn il-każijiet milli dawk li mbagħad iwasslu għal talbiet għal riunifikazzjoni tal-familja. Huwa preċiżament sabiex tiġi protetta l-familja li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi stabbilixxa, bħala livell ta’ dħul suffiċjenti, ammont iktar baxx mill-kriterju ġenerali ta’ 120 % tal-paga minima, fil-każijiet ta’ talbiet għal riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Sussidjarjament, il-Gvern Olandiż isostni li, anki fil-każ fejn ir-relazzjoni mal-familja kienet teżisti wara l-wasla tal-persuna prinċipali fil-Pajjiżi l-Baxxi u fejn ir-rekwiżit tad-dħul ma jkunx osservat, ir-residenza tal-membri tal-familja tkun awtorizzata jekk meħtieġ mill-Artikolu 8 tal-ECHR.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(d) tad-Direttiva jiddefinixxi r-riunifikazzjoni tal-familja mingħajr ma jagħmel distinzjoni skont il-mument taż-żwieġ tal-konjuġi, peress li jippreċiża li din ir-riunifikazzjoni għandha tiġi interpretata bħala l-każ tad-dħul jew tar-residenza fit-territorju tal-Istat Membru li jospita membru tal-familja biex tkun ippreżervata l-għaqda tal-familja, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>kemm jekk ir-relazzjoni mal-familja kien ikkawżat qabel kemm wara d-dħul tar-resident<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1882"?><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(2) biss tad-Direttiva, applikabbli għar-refuġjati, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Stati Membri jistgħu jirrestrinġu l-applikazzjoni [tad-dispożizzjonijiet previsti fil-Kapitolu V tad-Direttiva] għal refuġjati li r-relazzjonijiet familjali tagħhom jkunu bdew qabel id-dħul tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Din id-dispożizzjoni hija spjegata mit-trattament l-iktar favorevoli mogħti lir-refuġjati fil-wasla tagħhom fit-territorju.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>B’hekk jirriżulta li r-regoli tad-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9(2) tagħha, huma applikabbli kemm għal dak li l-leġiżlazzjoni Olandiża tikklassifika bħala riunifikazzjoni tal-familja kif ukoll għal dak li hija tiddefinixxi bħala formazzjoni ta’ familja.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-premessa 6 tad-Direttiva li għandha bħala għan li tiġi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>protetta l-familja u tkun stabbilita u ppreżervata l-ħajja tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Din hija kkonfermata wkoll mix-xogħol preparatorju ċċitat mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li minnu jirriżulta li kien intlaħaq ftehim ġenerali fuq il-fatt li r-riunifikazzjoni tal-familja kellha tkopri kemm il-formazzjoni ta’ familja kif ukoll il-preżervazzjoni tal-għaqda tal-familja.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din l-interpretazzjoni hija konformi mal-Artikolu 8 tal-ECHR u l-Artikolu 7 tal-Karta, li ma jistabbilixxu l-ebda distinzjoni skont iċ-ċirkustanzi u l-mument li fih tiġi kkreata l-familja.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din in-nuqqas ta’ distinzjoni, li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jagħmel, skont il-mument li fih tiġi kkreata l-familja, u hekk kif jirriżulta minn neċessità li ma jiġux interpretati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva b’mod restrittiv kif ukoll li ma titneħħilhomx l-effettività tagħhom, l-Istati Membri ma jiddisponux minn marġni ta’ diskrezzjoni li jippermettilhom jerġħu jintroduċu din id-distinzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<DATE ISO="20080725">25 ta’ Lulju 2008</DATE>, Metock <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/08" PAGE.ECR="I-6241" YEAR="2008">C-127/08, Ġabra p. I-6241</REF.DOC.ECR>, punt 93). B’hekk, il-kapaċità ta’ sponsor li jiddisponi minn riżorsi regolari u suffiċjenti li jippermettulu jissodisfa l-bżonnijiet tiegħu u tal-membri tal-familja tiegħu fis-sens tal-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva bl-ebda mod ma tista’ tiddependi fuq il-mument li fih stabbilixxa l-familja tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1883"?><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument tal-Gvern Olandiż, li jgħid li awtorizzazzjoni għandha tingħata jekk l-Artikolu 8 tal-ECHR jeżiġi dan, huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat li, hekk kif irriżulta mis-seduta, R. Chakroun qatt ma ġiet awtorizzata tingħaqad ma’ żewġha li ilha miżżewġa miegħu 37 sena.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Għalhekk għandha tingħata risposta għat-tieni domanda li saret li d-Direttiva, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(d) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tad-dħul imposti fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva, tagħmel distinzjoni skont jekk ir-relazzjoni mal-familja bdietx qabel jew wara d-dħul tar-resident fit-territorju tal-Istat Membru li jospitah.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja, (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-frażi</HT> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/><HT TYPE="BOLD">jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali</HT><QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> <HT TYPE="BOLD">li tidher fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE>, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tippermettix li Stat Membru jadotta leġiżlazzjoni dwar ir-riunifikazzjoni tal-familja li tirrifjuta din ir-riunifikazzjoni lill-isponsor li jkollu l-prova li jiddisponi minn riżorsi stabbli, regolari u suffiċjenti li jippermettulu jissodisfaw il-bżonnijiet tiegħu u tal-membri tal-familja tiegħu, iżda li, minħabba l-livell tad-dħul tiegħu, madankollu jista’ jitlob għajnuna<?PAGE NO="I-1884"?> speċjali fil-każ ta’ spejjeż partikolari u individwali kkunsidrati neċessarji għall-għajxien tiegħu, għal ħlas lura tat-taxxa mogħtija minn awtoritajtiet lokali skont id-dħul, jew miżuri ta’ sostenn għad-dħul fil-kuntest tal-politika minima komunali (</HT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/><HT TYPE="BOLD">minimabeleid</HT><QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><HT TYPE="BOLD">).</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva 2003/86, u b’mod partikolari l-Artikolu 2(d) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tad-dħul imposti fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva, tagħmel distinzjoni skont jekk ir-relazzjoni mal-familja bdietx qabel jew wara d-dħul tar-resident fit-territorju tal-Istat Membru li jospitah.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>