[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 16.4.2010 KUMM(2010)162 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Adattament tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji u tal-limitu għall-approprjazzjonijiet għall-impenji wara d-deċiżjoni biex tiġi applikata l-FISIM għall-iskopijiet tar-riżorsi proprji KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Adattament tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji u tal-limitu għall-approprjazzjonijiet għall-impenji wara d-deċiżjoni biex tiġi applikata l-FISIM għall-iskopijiet tar-riżorsi proprji 1. L-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2007/436/EC, Euratom[1] jistipula li "f’każ li l- modifiki fl-ESA 95 li jirriżultaw f’bidliet sinifikanti fil-livell ta’ DGN li japplika għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-limiti tal-pagamenti u l-impenji kif determinati fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu kkalkulati mill-ġdid mill-Kummissjoni skont il-formula li ġejja: 1.24 % (1.31%)* [pic] fejn t hija l-aħħar sena sħiħa li għaliha d-dejta skont ir-Regolament tad-DGN[2] huma disponibbli. 2. Tibdil sinjifikanti bħal dan fid-DGN seħħ meta l-Kunsill iddeċieda li jalloka servizzi ta' intermedjar finanzjarju mkejla indirettament (FISIM) fi ħdan is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali (ESA 95) għall-iskopijiet tal-baġit tal-Unjoni u r-riżorsi proprji tagħhom mill-1 ta' Jannar 2010[3]. 3. Fuq il-bażi tal-aħħar informazzjoni pprovduta mill-Eurostat (ara wkoll it-tabelli fl-anness) bl-2008 tkun l-aħħar sena sħiħa disponibbli, il-limiti l-ġodda perċentwali jammontaw għal: Riżorsi proprji massimi (f'perċenwwali tad-DGN totali tal-Istati Membri) = 1.24 %*[pic] = = 1.24 % * [pic] = 1,22539776 % ( 1.23 % Approprjazzjonijiet għall-impenji massimi (f'perċenwwali tad-DGN totali tal-Istati Membri) = 1.31 % * [pic] = = 1.31 % * [pic] = 1,29457344 % ( 1.29 % 4. Il-limiti massimi l-ġodda għandhom ikunu validi mill-1 ta' Jannar 2010 'il quddiem. ANNESS Dħul Gross Nazzjonali (DGN) fi prezzijiet kurrenti tas-suq jinkludu l-FISIM skont l-ESA 95 fit- 28 ta' Ottubru 2009 (f'miljuni tal-munita nazzjonali) [pic] Dħul Gross Nazzjonali (DGN) fi prezzijiet kurrenti tas-suq jinkludu l-FISIM skont l-ESA 95 fil- 28 ta' Ottubru 2009 (f'miljuni ta' euros) [pic] Rati medji ta' konverġenza annwali wżati [pic] [1] ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17. [2] Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta' Lulju 2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali fil-prezzijiet tas-suq, ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1. [3] Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/196/EU, Euratom tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-allokazzjoni tas-servizzi finanzjarji intermedjarji mkejla b'mod indirett (FISIM) għat-twaqqif tad-Dħul Gross Nazzjonali (DGN) użat minħabba l-baġit tal-Unjoni Ewropea u r-riżorsi proprji tagħha, ĠU L 87, 7.4.2010, p. 31.