|
10.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 605/2010
tat-2 ta' Lulju 2010
li jistipula l-kundizzjonijiet ta' saħħa tal-annimali u ta' saħħa pubblika kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni veterinarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi tal-introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) u l-punt (4) tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (2), u partikolarment l-Artikolu 12 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4), b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) u 14(4) and l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ħalib mhux ipproċessat, ħalib trattat bis-sħana u prodotti bbażati fuq il-ħalib (6) ipprevediet lista li għandha titfassal ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom, li minnhom l-Istati Membri kellhom jawtorizzaw l-introduzzjoni ta' ħalib jew ta' prodotti b'bażi tal-ħalib u biex prodotti bħal dawn ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa u jikkonformaw ma' ċerti rekwiżiti, inklużi rekwiżiti ta' trattamenti tat-tisħin, u garanziji. |
|
(2) |
Konsegwentement, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/438/KE tad-29 ta' April 2004 li tippreskrivi kondizzjonijiet ta' ċertifikazzjonijiet ta' saħħa tal-annimali u saħħa pubblika u veterinarji għad-dħul fil-Komunità ta' ħalib trattat bis-sħana, prodotti bbażati fuq il-ħalib u ħalib mhux maħdum maħsuba għall-konsum mill-bniedem (7). |
|
(3) |
Mid-data tal-adozzjoni ta' dik id-Deċiżjoni 'l hawn, ġie stipulat għadd ta' rekwiżiti ġodda tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika, li jikkostitwixxi qafas regolatorju f'dan il-qasam, u li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, id-Direttiva 92/46/KEE ġiet revokata permezz tad-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tirrevoka ċerti direttivi rigward iġjene tal-ikel u kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikun mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali intżi li għall-konsum mill-bniedem (8). |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (9), jistipula l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-ikel u l-għalf b'mod ġenerali, u s-sikurezza tal-ikel u l-għalf b'mod partikolari, fil-livell tal-Unjoni Ewropea u f'dak nazzjonali. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi r-regoli li jiddeterminaw l-introduzzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li huma maħsuba għall-konsum uman. Din tipprevedi li prodotti bħal dawn iridu jiġu introdotti biss fl-Unjoni Ewropea jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli għall-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni ta’ dawk il-prodotti fl-Unjoni Ewropea jew jekk joffru garanziji ekwivalenti tas-saħħa tal-annimali. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jistipula r-regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozju tal-ikel dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel fl-istadji kollha tal-katina alimentari, inkluż fil-livell primarju tal-produzzjoni. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula regoli speċifiċi għall-operaturi tan-negozju tal-ikel fuq l-iġjene tal-ikel li joriġina mill-annimali. Dak ir-Regolament jipprevedi li l-operaturi tan-negozju tal-ikel li jipproduċu l-ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum mill-bniedem għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Anness III tiegħu. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti li joriġinaw mill-annimali. |
|
(9) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (10) jistipula l-kriterji mikrobijoloġiċi għal ċerti mikroorganiżmi u r-regoli ta' implimentazzjoni li jridu jikkonformaw magħhom l-operaturi fin-negozju tal-ikel fl-implimentazzjoni tal-miżuri ġenerali u speċifiċi ta' iġjene msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004. Ir-Regolament (KE) Nru 2073/2005 jipprevedi li l-operaturi tan-negozju tal-ikel għandhom jiżguraw li l-oġġetti tal-ikel jikkonformaw mal-kriterji mikrobijoloġiċi rilevanti stipulati f'dak ir-Regolament. |
|
(10) |
Fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE, il-ħalib mhux ipproċessat u l-prodotti tiegħu setgħu jinkisbu biss mill-baqar, in-ngħaġ, il-mogħoż jew il-bufli. Minkejja dan, id-definizzjonijiet ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib stipulati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jwessgħu l-ambitu tar-regoli tal-iġjene tal-ħalib għall-ispeċi kollha tal-mammali u jiddefinixxu l-ħalib mhux ipproċessat bħala ħalib maħlub mill-glandoli mammarji ta' annimali mrobbija, li ma ġiex imsaħħan sa iktar minn 40 °C jew li għadda minn xi trattament b'effett ekwivalenti. Barra minn hekk, ir-Regolament jiddefinixxi prodotti tal-ħalib bħala prodotti proċessati li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' ħalib mhux ipproċessat jew mill-ipproċessar ulterjuri ta' prodotti pproċessati bħal dawn. |
|
(11) |
Fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti (KE) Nri 852/2004, 853/2004 u 854/2004 u l-atti li jimplimentaw dawk ir-Regolamenti, jeħtieġ li jiġu emendati u aġġornati l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-Unjoni Ewropea ta' ċertifikazzjoni tas-saħħa pubblika u dik tal-annimali għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea tal-ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman. |
|
(12) |
Fl-interessi ta' konsistenza tal-liġi tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jieħu inkunsiderazzjoni r-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u r-regoli tiegħu ta' implimentazzjoni stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta’ residwu fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (12) u d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li jirrevoka d-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (13). |
|
(13) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (14) tistipula r-regoli li għandhom jiġu osservati fil-ħruġ ta' ċertifikati obbligati mil-leġiżlazzjoni veterinarja biex tiġi evitata ċertifikazzjoni qarrieqa jew falza. Huwa xieraq li jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni mill-inqas ekwivalenti għal dawk stipulati f'dik id-Direttiva jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi li qed jesportaw. |
|
(14) |
Barra minn dan, id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (15), tipprevedi sistema kompjuterizzata li tqabbad flimkien awtoritajiet veterinarji li ġiet żviluppata fl-Unjoni Ewropea. Il-format tal-mudelli kollha taċ-ċertifikati tas-saħħa jeħtieġ li jiġi emendat biex jieħu inkunsiderazzjoni l-kompatibilità tagħhom maċ-ċertifikazzjoni elettronika possibbli fi TRACES (Trade Control and Expert System) prevista fid-Direttiva 90/425/KEE. Għalhekk, ir-regoli stipulati f'dan ir-Regolament għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni TRACES. |
|
(15) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (16) tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw il-verifiki veterinarji fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali introdotti fl-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi għall-importazzjoni jew it-tranżitu tagħhom, inklużi ċerti rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni. Dawk ir-regoli huma applikabbli għall-prodotti kollha koperti minn dan ir-Regolament. |
|
(16) |
Għandhom jiġu previsti kundizzjonijiet speċifiċi għat-tranżitu li jgħaddi minn ġo l-Unjoni Ewropea ta' kunsinni lejn ir-Russja u minnha, minħabba l-qagħda ġeografika ta' Kaliningrad, li tikkonċerna biss il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja. |
|
(17) |
Fl-interessi taċ-ċarezza tal-liġi Ewropea, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/438/KE għandha tiġi revokata u mibdula b'dan ir-Regolament. |
|
(18) |
Biex jiġi evitat kull tip ta' tħarbit fil-kummerċ, l-użu ta' ċertifikati tas-saħħa maħruġa skont id-Deċiżjoni 2004/438/KE għandu jkun awtorizzat matul perjodu ta' tranżizzjoni. |
|
(19) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suġġett u l-ambitu
Dan ir-Regolament jistipula li:
|
(a) |
il-kundizzjonijiet ta' saħħa pubblika u ta' saħħa tal-annimali u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib; |
|
(b) |
il-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni bħal dawn. |
Artikolu 2
L-importazzjonijiet ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna A tal-Anness I
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna A tal-Anness I
Artikolu 3
L-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħalib minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna B tal-Anness I
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-ħalib imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqar, in-ngħaġ, il-mogħoż jew il-bufli minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li ma għandhomx riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkati fil-kolonna B tal-Anness I, sakemm dawn il-prodotti tal-ħalib ikunu għaddew minn, jew ikunu ġew prodotti minn ħalib mhux ipproċessat li għadda minn, trattament ta' pasturizzazzjoni li tinvolvi trattament wieħed ta' tisħin:
|
(a) |
b'effett ta' tisħin mill-inqas ekwivalenti għal dak miksub minn proċess ta' pasturizzazzjoni ta' mill-inqas 72 C għal 15-il sekonda; |
|
(b) |
fejn applikabbli, biżżejjed li tiġi żgurata reazzjoni negattiva għat-test ta' alkaline phosphatase li jiġi applikat immedjatament wara t-trattament ta' tisħin. |
Artikolu 4
L-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħalib minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom elenkati fil-kolonna C tal-Anness I
1. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-ħalib imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqar, in-ngħaġ, il-mogħoż u l-bufli minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li ma għandhomx riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkati fil-kolonna C tal-Anness I, sakemm dawn il-prodotti tal-ħalib ikunu għaddew minn, jew ikunu ġew prodotti minn ħalib mhux ipproċessat li għadda minn, trattament ta' tisħin li jinvolvi:
|
(a) |
proċess ta' sterilizzazzjoni, biex jinkiseb valur ta' F0 ta' tlieta jew aktar; |
|
(b) |
trattament ta' temperatura partikolarment għolja (ultra high temperature - UHT) ta' mhux inqas minn 135 °C flimkien ma' ħin adattat ta' ħażna; |
|
(c) |
|
|
(d) |
trattament HTST tal-ħalib b'pH taħt is-7.0; jew |
|
(e) |
trattament HTST ikkombinat ma' trattament fiżiku ieħor billi jew:
|
2. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-ħalib imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat tal-baqar, in-ngħaġ, il-mogħoż u l-bufli minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1, minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li għandhom riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkati fil-kolonna C tal-Anness I, sakemm dawn il-prodotti tal-ħalib ikunu għaddew minn, jew ikunu ġew prodotti minn ħalib mhux ipproċessat li għadda minn, trattament li jinvolvi:
|
(a) |
proċess ta' sterilizzazzjoni, biex jinkiseb valur ta' F0 ta' tlieta jew aktar; jew |
|
(b) |
trattament ta' temperatura partikolarment għolja (UHT) ta' mhux inqas minn 135 °C flimkien ma' ħin adattat ta' ħażna; |
Artikolu 5
Iċ-ċertifikati
Il-kunsinni awtorizzati għall-importazzjoni skont l-Artikoli 2, 3 u 4 għandhom jiġu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell xieraq stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II għall-prodott ikkonċernat u mimli skont in-noti ta' spjegazzjoni stipulati fil-Parti 1 ta' dak l-Anness.
Madankollu, ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu ma għandhomx jeskludu l-użu taċ-ċertifikazzjoni elettronika jew ta' sistemi miftiehma oħra, armonizzati fil-livell tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Il-kundizzjonijiet ta’ tranżitu u ħażna
L-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti tal-ħalib li mhumiex maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea iżda intenzjonati għal pajjiż terz kemm jew permezz ta' tranżitu immedjat inkella wara ħażna fl-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 11, 12 jew 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE, għandha tkun awtorizzata biss jekk il-kunsinni jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew parti minnu awtorizzata għall-introduzzjoni fil-Komunità ta' kunsinni tal-ħalib mhux ipproċessat jew prodotti tal-ħalib u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet adattati ta' trattament ta' tisħin għal kunsinni bħal dawn, kif previst fl-Artikoli 2, 3 u 4; |
|
(b) |
ikunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa tal-annimali għal importazzjoni ġewwa l-Unjoni Ewropea tal-ħalib mhux ipproċessat jew il-prodott mill-ħalib ikkonċernat, kif stipulat fl-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali fil-Parti II.1 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa mfassal fil-Parti 2 tal-Anness II; |
|
(c) |
ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell xieraq stipulat fil-Parti 3 tal-Anness II għall-kunsinna kkonċernata u mimli skont in-noti ta' spjegazzjoni stipulati fil-Parti 1 ta' dak l-Anness. |
|
(d) |
ikunu ċċertifikati bħala aċċettabbli għat-tranżitu, inkluż għall-ħażna kif xieraq, fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 (17), iffirmat mill-veterinarju uffiċjali tal-istazzjon ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' introduzzjoni ġewwa l-Unjoni Ewropea. |
Artikolu 7
Id-derogi fir-rigward ta' kundizzjonijiet ta' tranżitu u ħażna
1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 6, għandu jiġi awtorizzat it-tranżitu fuq it-triq jew bil-ferrovija bejn l-istazzjonijiet ta’ spezzjoni magħżula fuq il-fruntieri madwar l-Unjoni Ewropea għal-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (18), ta’ kunsinni li ġejjin mir-Russja jew fi triqthom lejha, direttament jew minn pajjiż terz ieħor, bil-kundizzjoni li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-kunsinna tkun issiġillata b'siġill enumerat f'serje fl-istazzjon ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' dħul fl-Unjoni Ewropea mis-servizzi veterinarji tal-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna u msemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 97/78/KE għandhom ikunu ttimbrati “GĦAT-TRANŻITU LEJN IR-RUSSJA BISS B'PASSAĠĠ MINN ĠEWWA L-UE” fuq kull paġna mill-veterinarju uffiċjali tal-awtorità kompetenti responsabbli mill-istazzjon tal-ispezzjoni konfinali; |
|
(c) |
ikun hemm konformità mar-rekwiżiti dwar il-proċedura stipulati fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 97/78/KE; |
|
(d) |
il-kunsinna tkun iċċertifikata bħala aċċettabbli għat-tranżitu fuq id-dokument komuni veterinarju tad-dħul mill-veterinarju uffiċjali tal-istazzjon tal-ispezzjoni konfinali ta' introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea. |
2. M'għandhomx ikunu permessi l-ħatt jew il-ħażna kif imfissra fl-Artikolu 12(4) jew fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 97/78/KE ta' kunsinni bħal dawn fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.
3. Għandhom isiru verifiki regolari mill-awtorità kompetenti biex ikun żgurat li l-għadd ta' kunsinni u l-kwantitajiet ta' prodotti li jħallu t-territorju tal-Unjoni Ewropea jaqbel mal-għadd u l-kwantitajiet li qed jidħlu fl-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
It-trattament speċifiku
Il-kunsinni ta' prodotti tal-ħalib awtorizzati għall-introduzzjoni ġewwa l-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 2, 3, 4, 6 jew 7 minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom fejn seħħet tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-perjodu ta' 12-il xahar qabel id-data taċ-ċertifikat tas-saħħa, jew li wettqu tilqim kontra dik il-marda matul dak il-perjodu, għandhom jiġu awtorizzati biss għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea jekk prodotti bħal dawn għaddew minn wieħed mit-trattamenti elenkat fl-Artikolu 4.
Artikolu 9
Ir-revoka
Id-Deċiżjoni 2004/438/KE hija revokata.
Ir-referenzi għad-Direttiva 2004/438/KE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Għal perjodu tranżizzjonali sal-30 ta' Novembru 2010, il-kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat u prodotti b'bażi tal-ħalib kif definiti fid-Deċiżjoni 2004/438/KE li fir-rigward tagħha nħarġu ċ-ċertifikati tas-saħħa rilevanti skont id-Deċiżjoni 2004/438/KE jistgħu jkomplu jiġu introdotti fl-Unjoni Ewropea.
Artikolu 11
Id-dħul fis-seħħ u l-applikabilità.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Għandu japplika mill-1 ta' Awissu 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(5) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 206.
(7) ĠU L 154, 30.4.2004, p. 72.
(8) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33.
(10) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.
(11) ĠU L 152, 16.06.2009, p. 11.
(12) ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1.
(13) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.
(14) ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.
(15) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(16) ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.
ANNESS I
Il-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' kunsinni ta' ħalib mhux ipproċessat jew prodotti tal-ħalib u li tindika t-tip ta' trattament ta' tisħin obbligat għal dawn il-prodotti
|
“+” |
: |
il-pajjiż terz huwa awtorizzat |
|
“0” |
: |
il-pajjiż terz mhuwiex awtorizzat |
|
Il-Kodiċi ISO tal-pajjiż terz |
Il-pajjiż terz jew parti minnu |
Il-kolonna A |
Il-kolonna B |
Il-kolonna C |
|
AD |
L-Andorra |
+ |
+ |
+ |
|
AL |
L-Albanija |
0 |
0 |
+ |
|
AN |
L-Antilli Olandiżi |
0 |
0 |
+ |
|
AR |
L-Arġentina |
0 |
0 |
+ |
|
AU |
L-Awstralja |
+ |
+ |
+ |
|
BR |
Il-Brażil |
0 |
0 |
+ |
|
BW |
Il-Botswana |
0 |
0 |
+ |
|
BY |
Il-Belarus |
0 |
0 |
+ |
|
BZ |
Il-Beliże |
0 |
0 |
+ |
|
BA |
Il-Bożnja u Ħerżegovina |
0 |
0 |
+ |
|
CA |
Il-Kanada |
+ |
+ |
+ |
|
CH |
L-Iżvizzera (*1) |
+ |
+ |
+ |
|
CL |
Iċ-Ċili |
0 |
+ |
+ |
|
CN |
Iċ-Ċina |
0 |
0 |
+ |
|
CO |
Il-Kolombja |
0 |
0 |
+ |
|
CR |
Il-Kosta Rika |
0 |
0 |
+ |
|
CU |
Kuba |
0 |
0 |
+ |
|
DZ |
L-Alġerija |
0 |
0 |
+ |
|
ET |
L-Etjopja |
0 |
0 |
+ |
|
GL |
Greenland |
0 |
+ |
+ |
|
GT |
Il-Gwatemala |
0 |
0 |
+ |
|
HK |
Ħong Kong |
0 |
0 |
+ |
|
HN |
Il-Ħonduras |
0 |
0 |
+ |
|
HR |
Il-Kroazja |
0 |
+ |
+ |
|
IL |
L-Iżrael |
0 |
0 |
+ |
|
IN |
L-Indja |
0 |
0 |
+ |
|
IS |
L-Iżlanda |
+ |
+ |
+ |
|
KE |
Il-Kenja |
0 |
0 |
+ |
|
MA |
Il-Marokk |
0 |
0 |
+ |
|
MG |
Madagaskar |
0 |
0 |
+ |
|
MK (*2) |
L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja |
0 |
+ |
+ |
|
MR |
Il-Mawritanja |
0 |
0 |
+ |
|
MU |
Il-Mawrizju |
0 |
0 |
+ |
|
MX |
Il-Messiku |
0 |
0 |
+ |
|
NA |
In-Namibja |
0 |
0 |
+ |
|
NI |
In-Nikaragwa |
0 |
0 |
+ |
|
NZ |
New Zealand |
+ |
+ |
+ |
|
PA |
Il-Panama |
0 |
0 |
+ |
|
PY |
Il-Paragwaj |
0 |
0 |
+ |
|
RS (*3) |
Is-Serbja |
0 |
+ |
+ |
|
RU |
Ir-Russja |
0 |
0 |
+ |
|
SG |
Singapor |
0 |
0 |
+ |
|
SV |
El Salvador |
0 |
0 |
+ |
|
SZ |
Is-Sważiland |
0 |
0 |
+ |
|
TH |
It-Tajlandja |
0 |
0 |
+ |
|
TN |
It-Tuneżija |
0 |
0 |
+ |
|
TR |
It-Turkija |
0 |
0 |
+ |
|
UA |
L-Ukraina |
0 |
0 |
+ |
|
US |
L-Istati Uniti |
+ |
+ |
+ |
|
UY |
L-Urugwaj |
0 |
0 |
+ |
|
ZA |
L-Afrika t’Isfel |
0 |
0 |
+ |
|
ZW |
Iż-Żimbabwe |
0 |
0 |
+ |
(*1) Iċ-ċertifikati huma skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.).
(*2) L-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tinftiehem wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar dan is-suġġett fil-livell ta' NU.
(*3) Ma jinkludix il-Kosovo li bħalissa jinsab taħt amministrazzjoni internazzjonali skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 tal-10 ta' Ġunju 1999.
ANNESS II
PARTI 1
Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa
|
“Milk-RM” |
: |
Ċertifikat tas-saħħa għall-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I maħsub għal proċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea qabel ma jintuża għall-konsum uman. |
|
“Milk-RMP” |
: |
Ċertifikat tas-saħħa għall-prodotti tal-ħalib imnissla minn ħalib mhux ipproċessat għall-konsum uman, minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea. |
|
“Milk-HTB” |
: |
Ċertifikat tas-saħħa għall-prodotti tal-ħalib imnissla mill-ħalib tal-baqar, in-ngħaġ, il-mogħoż u l-bufli għall-konsum uman minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna B tal-Anness I maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea. |
|
“Milk-HTC” |
: |
Ċertifikat tas-saħħa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum uman minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna C tal-Anness I maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea. |
|
“Milk-T/S” |
: |
Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-ħalib mhux ipproċessat jew il-prodotti tal-ħalib għall-konsum uman, għat-trażitu/il-ħażna fl-Unjoni Ewropea. |
In-noti ta' spjegazzjoni
|
(a) |
Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz tal-oriġini, skont il-mudell xieraq stipulat fil-Parti 2 ta' dan l-Anness, skont il-format tal-mudell li jikkorrispondi għall-ħalib mhux ipproċessat jew il-prodotti tal-ħalib ikkonċernati. Għandu jkun fihom, fl-ordni enumerata li tidher fil-mudell, l-attestati mitluba għal kull pajjiż terz u, skont kif ikun il-każ, dawk il-garanziji supplimentari mitluba għall-pajjiż terz esportatur ikkonċernat. |
|
(b) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jikkonsisti minn paġna waħda stampata fuq iż-żewġ naħat jew, fejn ikun meħtieġ aktar test, b’mod li l-paġni kollha jiffurmaw entità sħiħa u li ma tistax tinfired. |
|
(c) |
Irid jiġi ppreżentat ċertifikat separat, uniku għal kull kunsinna tal-prodott ikkonċernat, esportat lejn l-istess destinazzjoni minn pajjiż terz elenkat fil-kolonna 2 tat-tabella fl-Anness I u ttrasportat fl-istess vagun tal-ferrovija, vettura tat-triq, ajruplan jew bastiment. |
|
(d) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa u t-tikketti msemmija fiċ-ċertifikat mudell għandhom jitfasslu mill-inqas f’ilsien uffiċjali wieħed tal-Istat Membru fejn issir l-ispezzjoni konfinali u tal-Istat Membru destinatarju. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jippermettulu li jitfassal f'ilsien uffiċjali ieħor tal-Unjoni Ewropea minflok tagħhom, akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn traduzzjoni uffiċjali. |
|
(e) |
Fejn ikun hemm paġni addizzjonali mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa għall-iskop li jiġu identifikati l-oġġetti li jiffurmaw il-kunsinna, dawk il-paġni addizzjonali għandhom jitqiesu li jiffurmaw parti miċ-ċertifikat oriġinali, dejjem jekk il-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika jidhru fuq kull paġna. |
|
(f) |
Fejn iċ-ċertifikat tas-saħħa jinkludi iktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun enumerata “–x(numru tal-paġna) minn y(numru totali ta’ paġni)–” fil-parti t'isfel tal-paġna u għandu jkollha fuqha n-numru ta' referenza taċ-ċertifikat allokat mill-awtorità kompetenti fil-parti ta' fuq tal-paġna. |
|
(g) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa jrid jimtela u jiġi ffirmat minn rappreżentant tal-awtorità kompetenti responsabbli li tivverifika u tiċċertifika li l-ħalib mhux ipproċessat jew il-prodotti tal-ħalib jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima IX, il-Kapitolu I tal-Anness III għar-Regolament (KE) nru 853/2004 u fid-Direttiva 2002/99/KE’. |
|
(h) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 96/93/KE (1) jitħarsu. |
|
(i) |
Il-lewn tal-firma tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak tal-istampar fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa. Dan ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għal timbri apparti t-timbri intaljati jew dawk tal-marka tal-ilma. |
|
(j) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa jrid jakkumpanja l-kunsinna sakemm tasal l-istazzjon ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea. |
|
(k) |
Meta ċ-ċertifikat mudell jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif xieraq, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti, jistgħu jinqatgħu u jitniżżlu l-inizjali u t-timbru mill-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni, jew jitħassru kompletament miċ-ċertifikat. |
PARTI 2
Mudell Milk-RM
Ċertifikat tas-Saħħa għall-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsub għal proċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea qabel ma jintuża għall-konsum uman.
Mudell Milk-RMP
Ċertifikat tas-Saħħaa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum uman imnissla mill-ħalib mhux ipproċessat minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna A tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea
Mudell Milk-HTB
Ċertifikat tas-Saħħa għall-prodotti tal-ħalib imnissla minn ħalib tal-baqar, ngħaġ, mogħoż u bufli għall-konsum uman minn pajjiżi terzi jew partijiet minnhom awtorizzati fil-kolonna B tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea
Mudell Milk-HTC
Ċertifikat tas-Saħħa għall-prodotti tal-ħalib għall-konsum uman minn pajjiżi terzi jew awtorizzati fil-kolonna C tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 605/2010 maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea
PARTI 3
Mudell Milk-T/S
Ċertifikat tas-Saħħa tal-Annimali għall-ħalib mhux ipproċessat jew il-prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum uman, għal [tranżitu]/[ħażna] (1) (2) fl-Unjoni Ewropea