|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1261 |
26.6.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1261
tal-20 ta’ Ġunju 2025
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija
(notifikata bid-dokument C(2025) 4073)
(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, billi tikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż f’annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żona ristretta ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1160 (4) ġie adottat fil-5 ta’ Ġunju 2025 fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429. Din tispeċifika ċerti miżuri ta’ emerġenza b’rabta mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija. |
|
(5) |
B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza li jridu jiġu stabbiliti minn dak l-Istat Membru, wara tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa addizzjonali tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbiliment fejn jinżammu l-annimali ovini, li jinsab fir-reġjun ta’ Burgas, madwar disgħin kilometru ‘l bogħod mit-tifqigħat f’Haskovo, barra miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(7) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika li tikkonċerna l-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija, u b’mod partikolari meta titqies din it-tifqigħa ġdida, il-miżuri ta’ emerġenza previsti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 jenħtieġ li jiġu aġġustati, kemm fl-ispazju kif ukoll fiż-żmien, sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-marda fil-Bulgarija jew lejn il-bqija tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista aġġornata taż-żoni fejn trid tiġi stabbilita żona ristretta fil-Bulgarija fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll id-durata prevista ta’ dawn iż-żoni, jiġu stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(8) |
Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni, ta’ sorveljanza, u taż-żoni ristretti ulterjuri, kif ukoll tad-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, jinkludu kunsiderazzjoni mhux biss tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fiż-żoni affettwati minn dik il-marda, iżda wkoll tas-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fit-territorju kollu tal-Bulgarija, kif ukoll tal-livell ta’ riskju ulterjuri ta’ tixrid tal-marda. Id-durata tal-miżuri tqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (5). Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, meta jiġu applikati għas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali dwar il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija, jeħtieġ li jiżdiedu d-daqs u d-durata taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar it-tifqigħa fir-reġjun ta’ Burgas, biex jiġi evitat aktar tixrid tal-marda. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160, li jelenka ż-żoni fejn iridu jiġu stabbiliti ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1160 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1160 tal-5 ta’ Ġunju 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/948 (ĠU L, 2025/1160, 10.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1160/oj).
(5) https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/ .
ANNESS
Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati
|
Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Ir-reġjun ta’ Haskovo BG-CAPRIPOX-2025-00004 BG-CAPRIPOX-2025-00005 |
Żona ta’ protezzjoni: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Haskovo, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.7231, Lonġ. 26.3188 (2025/4), Lat. 41.7171, Lonġ. 26.316 (2025/5). |
18.6.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Haskovo, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.7231, Lonġ. 26.3188 (2025/4), Lat. 41.7171, Lonġ. 26.316 (2025/5), eskluża ż-żona li tinsab fiż-żona ta’ protezzjoni. |
27.6.2025 |
|
|
Żona ta’ sorveljanza: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Haskovo, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.7231, Lonġ. 26.3188 (2025/4), Lat. 41.7171, Lonġ. 26.316 (2025/5). |
19.6.2025–27.6.2025 |
|
|
Ir-reġjun ta’ Haskovo BG-CAPRIPOX-2025-00006 |
Żona ta’ protezzjoni: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Haskovo, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 42.1161, Lonġ. 26.182 (2025/6). |
18.6.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Haskovo, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 42.1161, Lonġ. 26.182 (2025/6), eskluża ż-żona li tinsab fiż-żona ta’ protezzjoni. |
27.6.2025 |
|
|
Żona ta’ sorveljanza: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Haskovo, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 42.1161, Lonġ. 26.182 (2025/6). |
19.6.2025–27.6.2025 |
|
|
Ir-Reġjun ta’ Burgas BG-CAPRIPOX-2025-00007 |
Żona ta’ protezzjoni: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Burgas li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 5 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 42.3872, Lonġ. 27.2608 (2025/7). |
14.7.2025 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Burgas li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 15 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 42.3872, Lonġ. 27.2608 (2025/7), eskluża ż-żona li tinsab fiż-żona ta’ protezzjoni. |
29.7.2025 |
|
|
Żona ta’ sorveljanza: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Burgas li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 5 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 42.3872, Lonġ. 27.2608 (2025/7). |
15.7.2025–29.7.2025 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1261/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)