SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)
11 ta’ Ġunju 2009 ( *1 )
“Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Apparat bi kristalli likwidi b’matriċi attiva”
Fil-Kawża C-16/08,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Diċembru 2007, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-, fil-proċedura
Schenker SIA
vs
Valsts ieņēmumu dienests,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),
komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, K. Schiemann (Relatur) u C. Toader, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Kokott,
Reġistratur: R. Grass,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għal Schenker SIA, minn E. Āboliņa, mandatarja, |
|
— |
għall-Valsts ieņēmumu dienests, minn D. Jakāns, bħala aġent, |
|
— |
għall-Gvern Ungeriż, minn R. Somssich, J. Fazekas u K. Borvölgyi, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn G. Wilms u E. Kalnins, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal- (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 14, p. 3, iktar ’il quddiem in-“NM”). |
|
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Schenker SIA (iktar ’il quddiem “Schenker”) u l-Valsts ieņēmumu dienests (amministrazzjoni fiskali Latvjana, iktar ’il quddiem il-“VID”) fir-rigward tal-klassifikazzjoni tariffarja ta’ ċertu apparat bi kristalli likwidi b’matriċi attiva (LCD). |
Il-kuntest ġuridiku
|
3 |
In-Nomenklatura Magħquda, imwaqqfa bir-Regolament Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u l-kodifikazzjoni ta’ oġġetti (iktar ’il quddiem is-“SA”), magħmula mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana, u mwaqqfa bil-Konvenzjoni Internazzjonali konkluża fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983 u l-Protokoll li emendaha tal-, approvati f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas- (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288). |
|
4 |
L-ewwwl parti tan-NM tinkludi ġabra ta’ dispożizzjonijiet preliminari. F’din il-parti, taħt it-Taqsima I, iddedikata għar-regoli ġenerali, it-Taqsima A, intitolata “Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda” (iktar ’il quddiem ir-“regoli ġenerali”), tipprovdi: “Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għand[h]a tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin.
[…]” |
|
5 |
It-tieni parti tan-NM, li fiha l-iskeda tad-dazji tad-dwana, tinkludi t-Taqsima XVI bl-isem “Makkinarju u għodod mekkaniċi; apparat elettriku; bċejjeċ tagħhom; strumenti li jirrekordjaw u strumenti li jirriproduċu l-ħoss; strumenti li jirrekordjaw u strumenti li jirriproduċu stampa u ħoss televiżivi u bċejjeċ u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti”. |
|
6 |
L-intestatura 8528 tan-NM tistipula kif ġej: “8528Apparat għar-riċeviment ta’ televiżjoni, li fih jew le riċevituri għax-xandir tar-radjo jew apparat għar-reġistrazzjoni jew riproduzzjoni ta’ ħoss jew vidjo; monitur tal-vidjo u projetturi tal-vidjo: […]
[…] 85282190
[…]” |
|
7 |
L-intestatura 8529 tan-NM tistipula kif ġej: “8529Bċejjeċ tajbin għal użu biss jew prinċipalment ma’ l-apparat ta’ l-intestaturi 8525 sa 8528: […] 852990
[…] 85299081
[…]” |
|
8 |
L-intestatura 9013 tan-NM tistipula kif ġej: “9013Mezzi ta’ kristall likwidu [Apparat bi kristalli likwidi] li ma humiex oġġetti stipulati iktar speċifikament f’intestaturi oħrajn; lejżers, ħlief diodes tal-lejżer; tagħmir u strumenti oħrajn ottiċi, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra f’dan il-Kapitolu: […] 901380
[…]” |
|
9 |
In-noti ta’ spjega tan-Nomenklatura Magħquda tal-Komunitajiet Ewropej ippubblikati mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fit-23 ta’ Ottubru 2002 (ĠU C 256, p. 1), jirreferu, għal dak li jirrigwarda s-subintestaturi 85282114 sa 85282190, għall-punt 6(2) tan-noti ta’ spjega tal-intestatura 8528 tas-SA, li jinsab fil-Ġabra tal-opinjonijiet dwar il-klassifika tas-SA, ippubblikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana. |
|
10 |
In-noti ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 8528 jistipulaw: “[…] Din l-intestatura tinkludi tagħmir riċeventi għat-televiżjoni (inkluż il-monitors tal-vidjo u l-proġetturi tal-vidjo (video projectors), li fih riċevituri għax-xandir tar-radju jew apparat għar-reġistrazzjoni jew trażmissjoni ta’ ħoss jew vidjo. Fost l-apparat ta’ din l-intestatura, jista’ jiġi inkluż: […]
[…] Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ġenerali relattivi għall-klassifikazzjoni tal-partijiet (ara n-Nota ta’ Spjega Ġenerali tat-Taqsima), il-partijiet tal-apparat ta’ din l-intestatura jaqgħu taħt in-Nru 85.29.” |
|
11 |
In-nota ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 9013 tistipula kif ġej: “[…] din l-intestatura tinkludi b’mod partikolari:
[…]” |
Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
|
12 |
Fid-29 ta’ Diċembru 2004, Schenker għamlet dikjarazzjoni doganali għal ċerta merkanzija, jiġifieri l-apparat TFT LCD bi kristalli likwidi b’matriċi attiva LTA320W2-L01, LTA260W1-L02 u LTM170W1-L01, għal valur globali ta’ USD 108720, billi kklassifikatha fis-subintestatura 90138020tan-NM u billi, konsegwentement, applikat fil-konfront tagħha r-rata tad-dazju fuq l-importazzjoni ta’ 0%. |
|
13 |
Mill-atti ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-imsemmi apparat huwa kkostitwit minn żewġ folji tal-ħġieġ, saff ta’ kristalli likwidi mdaħħal bejn dawn il-folji, signal drivers vertikali u orizzontali, unità ta’ dawl minn wara l-iskrin, power supply li jiġġenera vultaġġ għoli għall-unità ta’ dawl minn wara l-iskrin, u, fl-aħħar nett, ċentru ta’ kontroll — interface ta’ trażmissjoni ta’ data (kontroll PCB jew PWB) li jassigura t-trażmissjoni sekwenzjali ta’ data lil kull pixel (punt) tal-modulu LCD, permezz ta’ teknoloġija specifica — LVDS (sinjal differenzjali b’vultaġġ baxx). |
|
14 |
Meta vverifika d-dikjarazzjoni ta’ Schenker relattiva għal din il-merkanzija, ir-Rīgas Muitas reģionālā iestāde (iċ-ċentru reġjonali tad-dwana ta’ Riga) tal-VID kellu xi dubji dwar l-eżattezza tas-subintestatura tan-NM li kienet indikata fid-dikjarazzjoni. Għaldaqstant, ittieħdu xi kampjuni li ntbagħtu lid-dipartiment tad-dwana kompetenti sabiex dan jiddetermina l-kodiċi tan-NM applikabbli. L-aġenti doganali kkunsidraw li l-klassifikazzjoni tariffarja korretta kienet is-subintestatura 85282190 u mhux il-klassifikazzjoni użata minn Schenker, jiġifieri s-subintestatura 90138020. Ir-rata tad-dazju fuq l-importazzjoni li tikkorrispondi għall-klassifikazzjoni użata mill-VID u li kien imissha, skont din l-awtorità amministrativa, ġiet applikata għall-merkanzija hija ta’ 14%. |
|
15 |
Konsegwentement, fl-24 ta’ Frar 2005, il-VID adottat deċiżjoni li permezz tagħha kkunsidrat li Schenker kienet wettqet vjolazzjoni amministrattiva abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-kodiċi tal-vjolazzjonijiet amministrattivi Latvjan u imponiet fuqha multa ta’ LVL 300, deċiżjoni li ġiet ikkonfermata mid-direttur ġenerali tal-VID fis-. |
|
16 |
Fil-11 ta’ Lulju 2005, Schenker ressqet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tad-direttur ġenerali tal-VID quddiem l-Administratīvā rajona tiesa (il-qorti amministrativa tad-distrett), billi sostniet, essenzjalment, li l-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jmisshiex ġiet ikklassifikata fis-subintestatura 85282190 tan-NM, jiġifieri bħala prodotti kompluti fis-sens tan-NM, peress li hija ma hija mgħammra b’ebda interface għat-trażmissjoni ta’ sinjali vidjo u lanqas ma tista’ tirċievi tali sinjali. |
|
17 |
Fit-12 ta’ Mejju 2006, l-Administratīvā rajona tiesa ċaħdet ir-rikors ta’ Schenker. Għalkemm qablet mal-pożizzjoni ta’ Schenker fir-rigward tal-fatt li l-prodotti inkwistjoni ma għandhomx jiġu ddikjarati bħala prodotti kompluti jew mitmumin, din il-qorti rrilevat li d-dokumentazzjoni teknika li tinsab fil-proċess turi li dawn fihom il-komponenti prinċipali li jiggarantixxu li tiġi eżegwita l-funzjoni essenziali tal-merkanzija, jiġifieri t-trażmissjoni ta’ data. Il-klassifikazzjoni li għamlet il-VID hija għalhekk iġġustifikata, inkwantu dan huwa prodott mhux komplut jew mhux mitmum, li għandu l-karatteristiċi ta’ prodott komplut. |
|
18 |
Fit-2 ta’ Ġunju 2006, Schenker appellat minn din is-sentenza quddiem l-Administratīvā apgabaltiesa. Fid-dawl tad-dubji li hija għandha fir-rigward tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja: “L-intestatura 85282190 tan-[NM] għandha tiġi interpretata fis-sens li fid-29 ta’ Diċembru 2004, l-imsemmija intestatura kienet tapplika wkoll għal apparat bi kristalli likwidi b’matriċi attiva (TFT LCD — LTA320W2-L01, LTA260W1-L02, LTM170W1-L01), li huwa kompost prinċipalment mill-elementi li ġejjin:
|
Fuq id-domanda preliminari
L-argumenti tal-partijiet
|
19 |
Schenker issostni, essenzjalment, li l-apparat inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma huwiex intiż għal użu speċifiku wieħed biss u jista’ jintuża għall-manifattura ta’ diversi prodotti, bħall-kompjuters, monitors tal-vidjo, televiżjonijiet, sinjali elettroniċi, installazzjonijiet mediċi, installazzjonijiet għal sorveljanza awtomatika jew magni tal-logħob. Għal din ir-raġuni, l-imsemmi apparat ma jaqax taħt is-subintestatura 85282190 tan-NM li tikkonċerna l-monitors tal-vidjo u, b’mod aktar ġenerali, prodotti kompluti. |
|
20 |
Il-VID u l-Kummissjoni, min-naħa l-oħra, isostnu li l-apparat inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li jinkludi elementi addizzjonali li ma humiex imsemmijin fis-subintestatura 90138020 tan-NM, bħal unità ta’ dawl minn wara l-iskrin, power supply għall-unità ta’ dawl minn wara l-iskrin u ċentru ta’ kontroll li jassigura t-trażmissjoni sekwenzjali tad-data lil kull pixel, ma jistax jiġi kklassifikat f’din is-subintestatura. |
|
21 |
Barra minn hekk, il-VID issostni li l-apparat inkwistjoni jista’ jirċievi u juri immaġnijiet vidjo, u b’hekk iwettaq teknikament il-funazjoni prinċipali ta’ monitor tal-vidjo. Għaldaqstant, jista’ jiġi kkunsidrat, skont ir-regola ġenerali li tinsab fil-paragrafu 2(a) tal-Parti I, Titolu I A tan-NM, bħala oġġett mhux komplut jew mhux mitmum li jista’ jitqies bħala oġġett komplut jew mitmum, u b’hekk jaqa’ taħt is-subintestatura 85282190 tan-NM li tkopri l-monitors tal-vidjo. |
|
22 |
Il-Kummissjoni ssostni, min-naħa tagħha, li, skont in-nota ta’ spjega tas-SA rilevanti, peress li l-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tiġi kkunsidrata bħala partijiet intiżi għal magni li jaqgħu taħt l-intestatura 8528 tan-NM, hija għandha tiġi kklassifikata fl-intestatura 8529 tan-NM, b’mod iktar partikolari fis-subintestatura 85299081 tagħha. |
|
23 |
Skont il-Gvern Ungeriż, l-apparat inkwistjoni ma għandux il-karatteristiċi essenzjali tal-prodott komplut jew mitmum, peress li, f’dan l-istadju, għadu ma huwiex possibbli li jiġi ddeterminat f’liema tip ta’ prodotti mitmumim se jintuża dan l-apparat. L-intestatura tan-NM l-iktar korretta hija, konsegwentement, l-intestatura 9013. |
Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
|
24 |
B’mod preliminari, għandu jiġi mfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-kontrolli, il-kriterju deċisiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu jitfittex, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u proprjetajiet oġġettivi tal-merkanzija, kif iddefiniti mill-kliem tal-intestatura tan-NM kif ukoll tan-noti tat-taqsima jew tal-kapitolu (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-18 ta’ Lulju 2007, Olicom, C-142/06, Ġabra p. I-6675, punt 16 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
25 |
Barra minn hekk, l-użu intiż tal-prodott jista’ jikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni sakemm ikun inerenti għall-imsemmi prodott, u din in-natura inerenti għandha tkun tista’ tiġi evalwata abbażi tal-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tiegħu (sentenza tas-27 ta’ Novembru 2008, Metherma, C-403/07, Ġabra p. I-8921, punt 47). |
|
26 |
In-noti tal-kapitolu tat-Tariffa Doganali Komuni, bħan-noti ta’ spjega tas-SA, jikkostitiwixxu fil-fatt mezzi importanti sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi ta’ din it-tariffa u jipprovdu, bħala tali, għajnuna valida għall-interpretazzjoni tagħha (sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2008, Kip Europe et, C-362/07 u C-363/07, Ġabra p. I-9489, punt 27). |
|
27 |
F’dan il-każ, fid-dawl tad-deskrizzjoni tal-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali mogħtija mill-qorti tar-rinviju, il-karatteristiċi tagħha ma jikkorrispondux għas-subintestatura 90138020 tan-NM li tkopri l-“[m]ezzi ta’ matriċi attiva ta’ kristall likwidu [apparat bi kristalli likwidi b’matriċi attiva]”. L-apparat inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa fil-fatt mgħammar ukoll b’elementi li ma jissemmewx f’din is-subintestatura, b’mod partikolari unità ta’ dawl minn wara l-iskrin, power supply għall-unità ta’ dawl minn wara l-iskrin u ċentru ta’ kontroll li jassigura t-trażmissjoni sekwenzjali tad-data lil kull pixel. Dan l-apparat jista’ jintuża għal diversi finijiet, iżda komponenti essenzjali differenti għandhom jiġu miżjuda miegħu sabiex din il-merkanzija tikseb il-karatteristiċi essenzjali ta’ prodott komplut. B’hekk, is-subintestatura 85282190 tan-NM, li tkopri l-“monitur vidjo”, jiġifieri l-prodotti kompluti, lanqas ma tikkostitwixxi s-subintestatura korretta għall-klassifikazzjoni tal-apparat bi kristalli likwidi inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
|
28 |
Ċertament, skont ir-regola stipulata fil-paragrafu 2(a) tal-parti I tat-Titolu I A tan-NM, intestatura partikolari tkopri anki prodott mhux komplut jew mhux mitmum sakemm, kif preżentat, ikollu l-karatteristiċi essenzjali tal-prodott komplut jew mitmum. Dan ma jidhirx li huwa l-każ tal-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali inwkantu l-użu finali tagħha tiddependi minn elementi addizzjonali li jiġu miżjuda magħhom fl-istadju segwenti tal-manifattura. |
|
29 |
Konsegwentement, l-apparat bi kristalli likwidi inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jistax jiġi kklassifikat fis-subintestaturi 90138020 jew 85282190 tan-NM. |
|
30 |
Min-naħa l-oħra, l-imsemmi apparat jista’, inkwantu jikkostitwixxi merkanzija li tista’ tintuża f’apparat li jaqa’ taħt l-intestatura 8528 tan-NM (“Apparat għar-riċeviment ta’ televiżjoni, li fih jew le riċevituri għax-xandir tar-radjo jew apparat għar-reġistrazzjoni jew riproduzzjoni ta’ ħoss jew vidjo; monitur tal-vidjo u projetturi tal-vidjo”), jiġi kklassifikat, skont in-nota ta’ spjega tas-SA relattiva għall-intestatura 8528, fl-intestatura 8529 tan-NM (“Bċejjeċ tajbin għal użu biss jew prinċipalment ma’ l-apparat ta’ l-intestaturi 8525 sa 8528”), b’mod aktar speċifiku fis-subintestatura 85299081 tagħha (“[g]ħal telekameras tas-subintestatura 852530 u apparat ta’ l-intestaturi 8527 u 8528”). |
|
31 |
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-apparat bi kristalli likwidi inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandux il-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi neċessarji sabiex jiġi kkunsidrat bħala merkanzija li hija esklużivament jew prinċipalment intiża biex tintuża ma’ apparat li jaqa’ taħt l-intestaturi 8525 sa 8528 tan-NM. |
|
32 |
Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li s-subintestatura 85282190 tan-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li, fid-29 ta’ Diċembru 2004, l-imsemmija subintestatura ma kinitx tapplika għall-apparat bi kristalli likwidi b’matriċi attiva (LCD) li huwa kompost prinċipalment mill-elementi li ġejjin:
|
Fuq l-ispejjeż
|
33 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
Is-subintestatura 85282190 tan-Nomenklatura Magħquda li tikkostitwixxi l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fid-, l-imsemmija subintestatura ma kinitx tapplika għall-apparat bi kristalli likwidi b’matriċi attiva (LCD) li huwa kompost prinċipalment mill-elementi li ġejjin: |
|
|
|
|
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.