European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2888

24.4.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11491 - MT AEROSPACE / EGI / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/2888)

1.   

Fis-16 ta’ April 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

E.ON Group Innovation GmbH, ikkontrollata esklużivament minn E.ON SE (“E.ON”, il-Ġermanja),

—

MT Aerospace AG, ikkontrollata esklużivament minn OHB SE (“OHB”, il-Ġermanja).

E.ON u OHB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ E.ON 57. Verwaltungs GmbH.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

E.ON hija kumpanija tal-enerġija attiva prinċipalment tul il-katina tal-provvista, inkluż fil-ġenerazzjoni, fil-provvista bl-ingrossa, fit-trażmissjoni, fid-distribuzzjoni, fil-provvista lill-konsumaturi u f’attivitajiet relatati mal-enerġija fiż-ŻEE,

—

OHB hija prinċipalment attiva fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ komponenti tal-avjazzjoni u ajruspazjali fiż-ŻEE.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża E.ON 57. Verwaltungs GmbH se jkunu dawn li ġejjin:

—

ir-riċerka, il-kunċettwalizzazzjoni, l-iżvilupp, il-manifattura, il-bejgħ, u ż-żamma ta’ sistemi ta’ propulsjoni elettrika li jaħdmu bl-idroġenu likwidu li għandhom jinbiegħu madwar id-dinja.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11491 - MT AEROSPACE / EGI / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘“Regolament dwar l-Għaqdiet’”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2888/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)