IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 19.2.2020
COM(2020) 48 final
ANNESSI
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ armi (kodifikazzjoni)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 19.2.2020
COM(2020) 48 final
ANNESSI
Proposta għal
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ armi (kodifikazzjoni)
ê 91/477
ANNESS I
I.Għall-fini ta’ din id-Direttiva, "arma" tfisser:
ê 2008/51 art. 1.13(a) (adattat)
–kwalunkwe arma tan-nar kif definita fl-Artikolu 1,
ê 91/477 (adattat)
è1 2017/853 art. 1.19(1)(a)
–armi barra minn armi tan-nar kif definiti fil-liġi nazzjonali.
II.è1 Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-armi tan-nar huma kklasifikati fil-kategoriji li ġejjin: ç
Kategorija A - Armi tan-nar ipprojbiti
1.Missili splossivi militari u launchers.
2.Armi tan-nar awtomatiċi.
3.Armi tan-nar Ö travestiti Õ bħala oġġetti oħra.
4.Munizzjon bi projettili li jippenetraw, jisplodu jew iqabbdu, u l-projettili għal dan il‑munizzjon.
5.Munizzjon għall-pistoli u revolvers bi projettili li jespandu u l-projettili għal dan il‑munizzjon, ħlief f’każ ta’ armi għall-kaċċa jew għall-isparar fuq bersalji, għall‑persuni li għandhom id-dritt jużawhom.
ê 2017/853 art. 1.19(1)(b)(ii)
6.Armi tan-nar awtomatiċi li ġew ikkonvertiti f'armi tan-nar semiawtomatiċi, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(5).
7.Kwalunkwe arma tan-nar semiawtomatika centre-fire fost dawn li ġejjin:
(a)armi tan-nar qosra li jippermettu l-isparar ta' aktar minn 21 rawnd mingħajr ikkargar mill-ġdid, jekk:
(i)apparat tal-ikkargar b'kapaċità li taqbeż 20 rawnd jkun parti minn dik l‑arma tan-nar; jew
(ii)apparat tal-ikkargar li jiżżarma b'kapaċità li taqbeż 20 rawnd jiddaħħal fiha;
(b)armi tan-nar twal li jippermettu l-isparar ta' aktar minn 11-il rawnd mingħajr ikkargar mill-ġdid, jekk:
(i)apparat tal-ikkargar b'kapaċità li taqbeż 10 dawriet ikun parti minn dik l‑arma tan-nar; jew
(ii)apparat tal-ikkargar li jiżżarma b'kapaċità li taqbeż 10 rawnds tiddaħħal fiha.
8.Armi tan-nar twal semiawtomatiċi (jiġifieri armi tan-nar li huma oriġinarjament maħsuba biex jiġu sparati minn fuq l-ispalla) li jistgħu jitqassru għal tul ta' inqas minn 60 cm mingħajr ma jitilfu l-funzjonalità permezz ta' ċipp li tintlewa jew li tingħalaq jew permezz ta' ċipp li tista' titneħħa mingħajr l-użu ta' għodda.
9.Kwalunkwe arma tan-nar f'din il-kategorija li tkun ġiet konvertita f'arma li tispara in bjank, sustanzi irritanti, sustanzi attivi oħra jew rawnds pirotekniċi jew f'arma tas‑salut jew akustika.
ê 2017/853 art. 1.19(1)(b)(iii)
Kategorija B - Armi tan-nar soġġetti għall-awtorizzazzjoni
1.Armi tan-nar qosra li jirrepetu.
2.Armi tan-nar qosra b'rawnd wieħed b'centre-fire percussion.
3.Armi tan-nar qosra b'rawnd wieħed b'rimfire percussion li t-tul kollu tagħhom huwa ta' inqas minn 28 cm.
4.Armi tan-nar twal semiawtomatiċi li l-apparat tal-ikkargar u ċ-chamber tagħhom għandhom kapaċità ta' aktar minn tliet rawnds fil-każ ta' armi tan-nar b'rimfire u aktar minn tlieta iżda inqas minn tnax-il rawnd fil-każ ta' armi tan-nar centrefire.
5.Armi tan-nar qosra semiawtomatiċi minbarra dawk elenkati taħt il-punt 7(a) tal‑kategorija A.
6.Armi tan-nar twal semiawtomatiċi elenkati taħt il-punt 7(b) tal-kategorija A li l‑apparat tal-ikkargar u ċ-chamber tagħhom flimkien ma għandhomx kapaċità ta' aktar minn tliet rawnds, fejn l-apparat tal-ikkargar jista' jitneħħa jew fejn ma jkunx żgur li l-arma ma tistax tiġi kkonvertita, b'għodda ordinarja, f'arma li l-apparat tal‑ikkargar u ċ-chamber tagħha flimkien jistgħu jieħdu aktar minn tliet rawndst.
7.Armi tan-nar twal li jirrepetu r-rawnds u li huma semiawtomatiċi b'kanen lixxi li ma jaqbżux is-60 cm tul.
8.Kwalunkwe arma tan-nar ikklassifikata f'din il-kategorija li tkun ġiet konvertita f'arma li tispara in bjank, sustanzi irritanti, sustanzi attivi oħra jew rawnds pirotekniċi jew f'arma tas-salut jew akustika.
9.Armi tan-nar semiawtomatiċi għall-użu ċivili li jixbħu lill-armi b'mekkaniżmi awtomatiċi barra dawk elenkati taħt il-punt 6, 7 jew 8 tal-kategorija A.
ê 2017/853 art. 1.19(1)(b)(iv)
è1 91/477
Kategorija C - Armi tan-nar u armi soġġetti għal dikjarazzjoni
1.Armi tan-nar twal li jirrepetu, barra dawk elenkati fil-punt 7 tal-kategorija B.
2.Armi tan-nar twal b'kanen li jisparaw rawnd wieħed.
3.Armi tan-nar twal semiawtomatiċi barra dawk elenkati fil-kategorija A jew B.
4.Armi tan-nar è1 qosra ç b'rawnd wieħed b'rimfire percussion li t-tul kollu tagħhom ma jkunx inqas minn 28 cm.
5.Kwalunkwe arma tan-nar f'din il-kategorija li tkun ġiet konvertita f'arma li tispara in bjank, sustanzi irritanti, sustanzi attivi oħra jew rawnds pirotekniċi jew f'arma tas‑salut jew akustika.
6.Armi tan-nar ikklassifikati fil-kategorija A jew B jew din il-kategorija li ġew diżattivati f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403.
7.Armi tan-nar twal b'rawnd wieħed u kanen lixxi introdotti fis-suq fi jew wara l‑14 ta' Settembru 2018.
ê 2017/853 art. 1.19(2)
III.Għall-finijiet ta' dan l-Anness, oġġetti li jikkorrispondu għad-definizzjoni ta' “arma tan-nar” m'għandhomx jiġu inklużi f'dik id-definizzjoni jekk:
(a)huma ddisinjati għall-allarm, biex jagħtu sinjali, għas-salvataġġ, għall-qtil tal‑annimali jew is-sajd bil-ħarpun jew għal finijiet industrijali jew tekniċi sakemm jistgħu jintużaw biss għall-fini ddikjarata;
(b)huma meqjusa bħala armi antiki meta dawn ma jaqgħux taħt il-kategoriji stabbiliti fil-Parti II u huma soġġetti għal-liġijiet nazzjonali.
Sakemm issir il-koordinazzjoni tul l-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-liġijiet nazzjonali tagħhom għall-armi tan-nar mniżżla f'din il-Parti;
ê 91/477 (adattat)
IV.Għall-fini ta’ dan l-Anness:
(a)‘arma tan-nar qasira’ tfisser arma tan-nar b’kanna li ma taqbiżx it-30 cm jew li t-tul kollu tagħha ma jaqbiżx is-60 cm;
(b)‘arma tan-nar twila’ tfisser kull arma tan-nar barra minn arma tan-nar qasira;
(ċ)‘arma tan-nar awtomatika’ tfisser arma tan-nar li terġa’ tikkarga b’mod awtomatiku kull darba li jiġi sparat rawnd u li tista’ tispara aktar minn rawnd wieħed b’għafsa waħda tal-grillu;
(d)‘arma tan-nar semi-awtomatika’ tfisser arma tan-nar li terġa’ tikkarga b’mod awtomatiku kull darba li jiġi sparat rawnd u li tista’ tispara rawnd wieħed biss b’għafsa waħda tal-grillu;
(e)‘arma tan-nar li tirrepeti’ tfisser arma tan-nar li wara li jiġi sparat rawnd hija ddisinjata sabiex terġa’ tiġi kkargata minn magazin jew ċilindru permezz ta’ azzjoni li ssir manwalment;
(f)‘arma tan-nar b’rawnd wieħed’ tfisser arma tan-nar mingħajr magazin li tikkarga qabel kull rawnd billi Ö jiddaħħal manwalment Õ rawnd fic-chamber jew rokna għall-ikkargar fil-breech tal-kanna;
(g)‘munizzjon bi projettili li jippenetraw’ tfisser munizzjon għall-użu militari meta l‑projettili għandu qoxra u għandu ċentru iebes li jippenetra;
(h)‘munizzjon bi projettili splussivi’ tfisser munizzjon għall-użu militari meta l-projettili fih kariga li tisplodi mal-kuntatt;
(i)‘munizzjon bi projettili li jieħdu n-nar’ tfisser munizzjon għall-użu militari meta l‑projettili jkun fih taħlita kimika li tisplodi fi fjamma mal-kuntatt ma’ l-arja jew ma’ l-impatt.
________________
ê 91/477 (adattat)
ANNESS II
PASS EWROPEW TA’ L-ARMI TAN-NAR
Il-pass għandu jkun fih is-Sezzjonijiet li ġejjin:
(a)l-identità tad-detentur;
(b)l-identifikazzjoni ta’ l-arma jew l-arma tan-nar, inkluża referenza għall-kategorija skond it-tifsira Ö ta' dinÕ id-Direttiva;
(ċ)il-perjodu ta’ validità tal-pass;
(d)is-Sezzjoni għall-użu mill-Istat Membru li joħroġ il-pass (tip u referenzi għall‑awtorizzazzjonijiet, eċċ.);
(e)is-Sezzjoni għal daħliet minn Stati Membri oħra (awtorizzazzjonijiet sabiex tidħol fit‑territorju tagħhom, eċċ.);
ê 2017/853 art. 1.20
è1 91/477
(f)id-dikjarazzjonijiet:
“Id-dritt li wieħed jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor b'arma tan-nar waħda jew aktar ikklassifikati fil-kategorija A, B jew C msemmija f'dan il-pass għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni/jiet korrispondenti minn qabel mill-Istat Membru taż‑żjara. Tali awtorizzazzjonijiet jistgħu jitniżżlu fuq il-pass.
Fil-prinċipju m'hemmx bżonn tal-awtorizzazzjoni minn qabel fuq imsemmija sabiex wieħed jivvjaġġa b'arma tan-nar ikklassifikata fil-kategorija C bi ħsieb ta' parteċipazzjoni f'kaċċa jew attivitajiet ta' rappreżentazzjoni teatrali ta' avvenimenti storiċi jew b'arma tan-nar ikklassifikata fil-kategorija A, B jew C sabiex wieħed jieħu sehem fi sparar fuq bersalji, sakemm il-vjaġġatur ikollu fil-pussess tiegħu pass għall‑arma tan-nar u jkun jista' jagħti r-raġuni għall-vjaġġ.”
Fejn Stat Membru jkun informa lill-Istati Membri l-oħra skont l-Artikolu 11(3), li l‑pussess ta' ċerti armi tan-nar ikklassifikati fil-kategorija B jew C huwa pprojbit jew soġġett għall-awtorizzazzjoni, għandu jagħmel ukoll waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:
“Vjaġġ lejn … (Stat(i) ikkonċernat(i)) bl-arma tan-nar … (l-identifikazzjoni) è1 huwa ç pprojbit.”
“Vjaġġ lejn … (Stat(i) ikkonċernat/ii) bl-arma tan-nar … (l-identifikazzjoni) è1 huwa soġġett ç għall-awtorizzazzjoni.”
_________________
é
ANNESS III
Parti A
Direttivi mħassra flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi tagħhom
(imsemmija fl-Artikolu 26)
|
Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE |
(ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51) |
||
|
Direttiva 2008/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
(ĠU L 179, 8.7.2008, p. 5) |
||
|
Direttiva (UE) 2017/853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
(ĠU L 137, 24.5.2017, p. 22) |
||
Parti B
Skadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali (msemmija fl-Artikolu 26)
|
Direttiva |
Skadenzi għat-traspożizzjoni |
|
91/477/KEE |
31 ta' Diċembru 1992 |
|
2008/51/KE |
28 ta' Lulju 2010 |
|
(UE) 2017/853 |
14 ta' Settembru 2018 1 |
_____________
ANNESS IV
Tabella ta’ korrelazzjoni
|
Direttiva 91/477/KEE |
Din id-Direttiva |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 4(1) u (2) |
Artikolu 4(1) u (2) |
|
Artikolu 4(2a) |
Artikolu 4(3) |
|
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(4) |
|
Artikolu 4(4) |
Artikolu 4(5) |
|
Artikolu 4(5) |
Artikolu 4(6) |
|
Artikolu 4a |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 5a |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 5b |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 7(1) sa (4) |
Artikolu 10(1) sa (4) |
|
Artikolu 7(4a) |
Artikolu 10(5) |
|
Artikolu 7(5) |
Artikolu 10(6) |
|
Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu |
– |
|
– |
Artikolu 11(1), it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 8(2) u (3) |
Artikolu 11(2) u (3) |
|
Artikolu 9(1), kliem ta' introduzzjoni |
Artikolu 12(1), kliem ta' introduzzjoni |
|
Artikolu 9(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 12(1)(a) |
|
Artikolu 9(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 12(1)(b) |
|
Artikolu 9(2) |
Artikolu 12(2) |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 10a |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 10b |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 11(1) |
Artikolu 16(1) |
|
Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu, kliem ta' introduzzjoni |
Artikolu 16(2), l-ewwel subparagrafu, kliem ta' introduzzjoni |
|
Artikolu 11(2), l-ewwel subparagarfu, l‑ewwel inċiż |
Artikolu 16(2)(a) |
|
Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu, it‑tieni inċiż |
Artikolu 16(2)(b) |
|
Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu, it‑tielet inċiż |
Artikolu 16(2)(c) |
|
Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu, ir‑raba' inċiż |
Artikolu 16(2)(d) |
|
Artikolu 11(2), l-ewwel subparagarfu, il‑ħames inċiż |
Artikolu 16(2)(e) |
|
Artikolu 11(2), l-ewwel subparagrafu, is‑sitt inċiż |
Artikolu 16(2)(f) |
|
Artikolu 11(2), it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafu |
Artikolu 16(2), it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafu |
|
Artikolu 11(3) u (4) |
Artikolu 16(3) u (4) |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 13a |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 13b |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 14, kliem ta' introduzzjoni |
Artikolu 21, kliem ta' introduzzjoni |
|
Artikolu 14, l-ewwel inċiż |
Artikolu 21(a) |
|
Artikolu 14, it-tieni inċiż |
Artikolu 21(b) |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 18 |
– |
|
– |
Artikolu 25, 26 u 27 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 28 |
|
Anness I |
Anness I |
|
Anness II |
Anness II |
|
– |
Anness III |
|
– |
Anness IV |
_____________