31974R3137



Official Journal L 333 , 13/12/1974 P. 0027 - 0027
Greek special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0072
Spanish special edition: Chapter 12 Volume 2 P. 0028
Portuguese special edition Chapter 12 Volume 2 P. 0028
Finnish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0064
Swedish special edition: Chapter 12 Volume 1 P. 0064


Ir-regolament (EURATOM) Nru 3137/74 tal-kummissjoni

tat-12 ta' Diċembru 1974

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 17/66/Euratom tad-29 ta' Novembru 1966 li jeżenta t-trasferiment ta' kwantitajiet żgħar ta' minerali, materji prima u materji fissili speċjali mir-regoli tal-kapitolu dwar il-fornimenti

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 74 tiegħu,

Billi l-volum tar-riċerka li tinvolvi kwantitajiet żgħar ta' materji fissili speċjali żdied kemm fi ħdan il-Komunità u f'pajjiżi barra l-Komunità minn meta r-Regolament Nru 17/66/Euratom daħal fis-seħħ fid-29 ta' Novembru 1966;

Billi l-Komunità tista', mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni ta' forniment ta' konsumaturi fi ħdan il-Komunità, tikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-riċerka f'ħafna oqsma differenti permezz tal-forniment ta' materji fissili speċjali prodotti fl-Istati Membri tagħha;

Billi, għalhekk, il-pożizzjoni tal-forniment tippermetti l-estensjoni tar-regola dwar l-eżenzjoni fl-Artikolu 74 biex tkopri materji fissili speċjali prodotti fil-Komunità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 17/66/Euratom tad-29 ta' Novembru 1966 dwar l-eżenzjoni ta' kwantitajiet żgħar ta' minerali, materji primi u materji fissili speċjali mir-regoli tal-kapitolu dwar il-fornimenti, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fit-28 ta' Diċembru 1966, paġna 4057/66, huwa b'dan emendat biex jaqra kif ġej:

"Fir-rigward ta' materji fissili speċjali, trasferimenti fi ħdan l-importazzjonijiet għal ġo u l-esportazzjonijiet mill-Komunità għandhom ikunu eżenti mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VI tat-Trattat, kemm-il darba l-kwantitajiet involuti, riferiti għall-forma elementari, ma jeċċedux il-200 gramma ta' uranju-235, uranju-233 jew plutonju f'kull transazzjoni sa limitu annwali ta' 1000 gramma ta' kull sustanza għal kull utent. Fil-każ ta' importazzjonijiet u esportazzjonijiet dan għandu japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' kull ftehim ta' koperazzjoni konkluż mill-Komunità ma' pajjiżi terzi."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fit-12 ta' Diċembru 1974.

Għall-Kummissjoni

François-Xavier Ortoli

Il-President

--------------------------------------------------