31994R2883



Official Journal L 304 , 29/11/1994 P. 0018 - 0025
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 63 P. 0046
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 63 P. 0046


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2883/94

tat-28 ta' Novembru 1994

li jistabbixxi bilanċ imbassar għall-provvista lill-Gżejjer Kanari ta' prodotti agrikoli koperti minn miżuri speċifiċi li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 tal-15 Ġunju 1992 li jikkonċerna miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Kanari [1], fir-rigward ta' ċerti prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/94 [2], u partikolarment l-Artikoli 2, 3 (4), 4 (4), u 5 (2) tiegħu,

Billi l-miżuri, introdotti bir-Regolament (KEE) Nru 1601/92, intiż sabiex jikkumpensa fir-rigward tal-provvista ta' ċerti prodotti agrikoli, is-sitwazzjoni ġeografika tal-Gżejjer Kanari, jikkonsistu f'eżenzjoni minn dazji fuq l-importazzjoni (dazji doganali u taxxi agrikoli), u l-għoti ta' l-għajnuna sabiex tħeġġeg il-kunsinna ta' prodotti agrikoli mill-Komunità; billi l-arranġamenti jinkludu wkoll għajnuna għall-provvista ta' annimali ta' razza pura għat-tgħammir sabiex jiġi żviluppat il-potenzjal għall-produzzjoni tal-Gżejjer;

Billi skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1601/92 dawn l-arranġamenti jinkludu ħtiġiet għall-konsum uman dirett, u għall-ipproċessar u l-ippakkjar fil-Gżejjer ta' prodotti elenkati fl-Anness għall-imsemmi Regolament; billi l-assessjar ta' dawn il-ħtiġiet isir kull sena fil-kuntest ta' bilanċ imbassar ta' provvista li jista' jiġi rivedut matul is-sena fid-dawl ta' żviluppi fil-ħtiġiet tal-Gżejjer; billi l-assesjar tal-ħtiġiet tal-industriji tal-ipproċessar u l-ippakkjar, fir-rigward ta' prodotti intiżi għas-suq lokali jew tradizzjonalment mibghuta lill-bqija tal-Komunità, jistgħu jirriżultaw fl-istabbeliment ta' bilanċ imbassar ta' provvista separata;

Billi fl-interess ta' kjarezza u trasparenza, kif ukoll tal-istandardizzar tal-metodu ta' l-assesjar, il-bilanċ imbassar tal-provvista għall-prodotti agrikoli koperti bis-setturi differenti tas-suq għandhom jiġu nklużi f'dokument wieħed; barra minn hekk wara li kkunsidrat il-ħtiġiet speċifiċi tal-industriji tal-ipproċessar u tal-ippakkjar, bilanċ tal-provvista separat għal dak l-użu għandu jkun stabbilit meta jkun meħtieġ;

Billi, sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tal-bilanċ tal-provvista, ċerti marġini ta' flessibilità fl-allokazzjoni tal-kwantitajiet iffissati fil-bilanċ tal-provvista għandhom ikunu permissibbli, bejn ċerti intestaturi, u bejn il-parti fissa għall-konsum dirett, u dik għall-ipproċessar jew l-ippakkjar;

Billi sakemm joħroġ ir-riżultat ta' l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' l-arranġamenti tal-provvista speċifika għall-Gżejjer Kanari, il-bilanċi mbassra ta' provvista f'diversi okkażjonijiet mill-1 Lulju 1994 ġew stabbiliti għal perjodi limitati fil-każ tal-biċċa l-kbira tal-prodotti;

Billi fl-interess taċ-ċarezza, fl-istess ħin tad-dħul fis-seħħ mill-1 Diċembru 1994 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/94 tas-16 Novembru 1994, li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti speċifiċi għall-provvista ta' ċerti prodotti agrikoli lill-Gżejjer Kanari [3], li jikkostitwixxi reviżjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1695/92 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2596/93 [5], bilanċ imbassar ta' provvista għall-prodotti nvoluti għandu jiġi stabbilit biex ikopri l-perjodu sħiħ ta' 12 il-xahar mill-1 ta' Lulju 1994 sat-30 ta' Ġunju 1995, u jinkorpora meta jkun meħtieġ il-bilanċi mbassra ta' provvista parzjali adottati s'issa; billi għandu jiġi mfakkar li mill-1 ta' Diċembru 1994 il-benefiċċji tal-miżuri, sew jekk permezz ta' l-eżenzjoni minn ħlasijiet fuq l-importazzjoni jew l-għoti ta' għajnuniet, iseħħu skond ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 1695/92;

Billi għandu jiġi mfakkar ukoll li fis-setturi taz-zokkor, l-inbid u l-ħops, il-bilanċi kurrenti ta' provvista mbassra ġew stabbiliti għall-perjodu sħiħ ta' 12 il-xahar mir-Regolamenti (KE) Nru 1443/94 [6], (KE) Nru 1742/94 [7] u (KE) Nru 1818/94 [8] rispettivament; billi m'huwiex meħtieġ li dawn jiġu nklużi f'dan ir-Regolament fir-rigward tal-perjodu mill-1 Lulju 1994 sat-30 Ġunju 1995;

Billi bil-għan li tissaħħaħ l-għodda disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġi assigurat it-tħaddim tajjeb ta' l-arranġamenti ta' provvista, kwantita massima għal kull ċertifikat li jiġi mitlub għandha tiġi stabbilita meta jkun meħtieġ sabiex jiġu evitati riskji serji ta' disturbi fis-suq tal-Gżejjer Kanari jew biex jiġi evitat l-iżvilupp ta' l-azzjonijiet spekulattivi ta' preġudizzju għall-funzjonament mingħajr diffikultajiet ta' l-arranġamenti tal-provvista; billi huwa meħtieġ għalhekk li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 2790/94;

Billi d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jidħlu fis-seħħ sa mill-pubblikazzjoni tagħhom, fl-istess jum li jidħol fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 2790/94;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitati ta' Ġestjoni kkonċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-iskopijiet ta' l-Artikoli 2, 3, 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 il-kwantitajiet fil-bilanċ ta' provvista mbassar li għandhom igawdu, kif ikun xieraq, minn eżenzjoni minn ħlasijiet fuq l-importazzjoni fil-każ ta' prodotti li jiġu minn pajjiżi terzi, jew mill-ħlas ta' l-għajnuna tal-Komunità fil-każ ta' prodotti li ġejjin mis-suq tal-Komunità, huma kif indikati fl-Annessi. Meta, fir-rigward ta' prodotti partikolari ammonti separati jiġu fissati fil-bilanċ ta' provvista mbassra għall-konsum dirett, u għall-ipproċessar u/jew ippakkjar rispettivament, aġġustament fl-analiżi bejn l-użu stipulat huwa permissibbli, sa limitu ta' 20 % tal-kwantità totali stabbilita għal dak il-prodott.

Artikolu 2

L-Artikolu 8(a) huwa miżjud fir-Regolament (KE) Nru 2790/94:

"L-Artikolu 8(a)

Sakemm ikun strettament meħtieġ li jiġu evitati disturbi fis-suq tal-Gżejjer Kanari, jew l-insegwiment ta' azzjonijiet spekulattivi ta' preġudizzju għall-funzjonament mingħajr diffikultajiet ta' l-arranġamenti tal-provvista, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffissaw il-kwantita massima għal kull ċertifikat li jintalab.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni bl-okkażjonijiet li fihom dan l-Artikolu jiġi applikat."

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Novembru 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13.

[2] ĠU L 180, tat-23.7.1994, p. 26.

[3] ĠU L 296, tas-17.11.1994, p. 23.

[4] ĠU L 179, ta' l-1.7.1992, p. 1.

[5] ĠU L 238, tat-23.9.1993, p. 24.

[6] ĠU L 157, ta' l-24.6.1994, p. 4.

[7] ĠU L 182, tas-16.7.1994, p. 19.

[8] ĠU L 190, tas-26.7.1994, p. 3.

--------------------------------------------------

L-ANNESSI

TBASIR TAL-BILANĊI TAL-FORNIMENTI

BILANĊI TAL-FORNIMENTI GĦALL-GŻEJJER KANARJ GĦALL-PERIJODU 1 ta' LULJU 1994 [1] SAT-30 TA' ĠUNJU 1995

L-ANNESS I

Annimali ħajjin tal-ispeċi tal-bovini u l-laħam taċ-ċanga

Kodiċi NM | Desinjazzjoni ta' l-oġġetti | Numru jew kwantit (f'tunnellat) |

01021000 | Annimali bovini tar-razza pura għat-tnissil | 4300 |

ex010290 | Annimali bovini għas-simna | 8000 |

0201 | Laħam ta' l-annimali bovini, frisk jew imkessaħ | 11000 |

0202 | Laħam t' l-annimali bovini, iffriżat | 29000 |

160250 | Laħam ieħor, ippreparat jew ippreservat, raċanċ tal-laħam jew demm ta' l-annimali bovini | 2500 |

Kodiċi NM | Desinjazzjoni ta' l-oġġetti | Numru jew kwantit (f'tunnellat) |

01031000 | Majjali tar-razza pura għat-tnissil | |

| —annimali maskili | 160 |

| —.annimali femminili | 2500 |

ex0203 | Laħam ta' majjali domestċi, frisk jew imkessaħ | — |

ex0203 | Laħam ta' majjali domestiċi, iffriżat | 19000 |

160100 | Zalzett u prodotti simili tal-laħam, raċanċ tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet ibbażati fuq dawn il-prodotti | 12000 |

16022090 | Laħam ieħor ippreparat jew ippreservat mill-fwied ta' kwalunkwe animal apparti mill-fwied tal-wiżż jew tal-papra | 600 |

| Laħam ieħor ippreparat jew ippreservat jew raċanċ tal-laħam jew demm ta' majjali domestiċI | |

16024110 | Prieżet u qagħtat tagħhom | 4000 |

16024210 | Spallel u qagħtat tagħhom | 3000 |

160249 | Oħrajn, inklużi taħlitiet | 4000 |

Kodiċi NM | Desinjazzjoni ta' l-oġġetti | Numru jew kwantit (f'tunnellat) |

01051100 | Tiġieġ għat-tnissil | 525000 |

04070019 | Bajd għat-tfaqis | 500000 |

ex01060010 | Fniek għat-tnissil | |

| —ta' razza pura u nanniet tan-nisel | 600 |

| —ġenituri tan-nisel | 1000 |

ex0207 | Laħam u raċanċ tajjeb għall-ikel, iffriżat, tat-tjur tat-tariffa intestatura 01.05, esklużi prodotti li jidħlu taħt il-kodiċi NM 020723 | 37000 |

ex0408 | Bajd ta' l-għasafar mhux fil-qoxra, isfra tal-bajd imqadded, seww jekk u anki jekk le, li jkun fih zokkor mizjud jew materja oħra tal-ħlewwa, tajjeb għal konsum uman | 400 |

160231 | Laħam jew raċanċ ieħor, ippreparat jew ippreservat, tad-dundjani | — |

| | (f'tunnellat) |

Kodiċi NM | Desinjazzjoni ta' l-oġġetti | Kwantità |

0401 | Ħalib u krema mhux ikkonċentrali u l-anqas ma fihom zokkor miżjud jew xi materja oħra tal-ħlewwa | 90000 |

0402 | Ħalib u krema mhux ikkonċentrali u li fihom zokkor miżjud jew xi materja oħra tal-ħlewwa | 25000 |

040500 | Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn derivati mil-ħalib | 3500 |

0406 | Ġobnijiet | 11500 |

040630 | |

04069023 | |

04069025 | |

04069027 | |

04069076 | |

04069078 | |

04069079 | |

04069081 | |

04069086 | | 2000 |

04069087 | |

04069088 | |

19019090 | Preparazzjonijiet ibbażati fuq il-ħalib, mingħajr xaħmijiet | 7000 |

21069091 | żpreparazzjonijiet ibażati fuq il-ħalib, għat-tfal, li ma jkunx fihom xaħmijiet tal-ħalib | 200 |

| | (f'tunnellati) |

Kodiċi NM | Desinjazzjoni ta' l-oġġetti | Kwantità |

17011000 | Patat taż-żriegħ | 12000 |

L-ANNESS VI

Ċereali

| | (f'tunnellati) |

Kodiċi NM | Desinjazzjoni ta' l-oġġetti | Kwantità |

1001 | Qamħ artab | 155000 |

100110 | Qamħ durum | — |

1003 | Xgħir | 20000 |

1004 | Ħafur | 1200 |

1005 | Qamħ-ir-rum | 180000 |

11031150 | Qamħ durum — dħin oħxon u smida | 4300 |

110313 | Tqiq tal-qamħ-ir-rum — dħin oħxon u smida | 5000 |

110319 | Oħrajn — dħin oħxon u smida | — |

110321 sa110329 | Pritkuni | — |

1107 | Maltu (xgħir) | 16500 |

| | (f'tunnellati) |

Kodiċi NM | Desinjazzjoni ta' l-oġġetti | Kwantità |

100630 | Ross mitħun | 12000 |

100640 | Ross imfarrak | 2000 |

L-ANNESS VIII

Żjut veġitali (apparti milli ż-żejt taż-żebbuġa)

| | (f'tunnellati) |

KodiċI NM | Desinjazzjoni ta' l-oġġetti | Kwantità |

35 sa 1516 (esklużi1509 sa 1510) | Żjut veġitali (apparti milli ż-żejt taż-żebbuġa) | 35000 |

| | (f'tunnellati) |

Kodiċi NM | Desinjazzjoni ta' l-oġġetti | Kwantità |

Ex 01031000 | Żejt verġni taż-żebbuġa f'ippakkjar intermedju b'kontenut nett ta' 5 litri jew anqas | 400 |

| Żejt verġni taż-żebbuġa f'ippakkjar intermedju b'kontenut nett ta' aktar minn 5 litri | 400 |

| Żejt taż-żebbuġa (Riviera) f'ippakkjar intermedju b'kontenut nett ta' 5 litri jew anqas | 7467 |

| Żejt taż-żebbuġa (Riviera) f'ippakkjar intermedju b'kontenut nett ta' aktar minn5 litri | 1000 |

| Żejt tal-pomaċi f'ippakkjar intermedju b'kontenut nett ta' 5 litri jew anqas | 233 |

| Żejt tal-pomaċi f'ippakkjar intermedju b'kontenut nett ta' aktar minn 5 litri | 100 |

| | (f'tunnellati) |

Kodiċi NM | Desinjazzjoni ta' l-oġġetti | Kwantità |

Ex 1700 apparti milli prodotti li jidħlu taħt il-kodiċi 17023010, 1 1702401017026010 u 17029030 | Glukosju | 1800 |

L-ANNESS XI

Frott u ħxejjex ipproċessati

| | (f'tunnellati) |

Kodiċi NM | Desinjazzjoni ta' l-oġġetti | Kwantità |

Ex 01031000 | Preparazzjonijiet apparti milli preparazzjonijiet omoġenizzati u li jinkludu frott apparti milli frott taċ-ċitru | 3000 |

| Frott, ġews u partijiet oħrjan tal-pjanti tajbin għall-ikel, b'mod ieħor ippreparati u ppreservati, seww jekk, u anki jel le, ikun fihom zokkor miżjud jew xi materja oħra tal-ħlewwa jew spirtu, li ma humiex x'imkien ieħor speċifikati jew inklużi | |

| —Ananas | 2400 |

| —Frott taċ-ċitru | 500 |

| —Lanġas | 1600 |

| —Berquq | 220 |

| —Ħawħ | 7600 |

| —Frawli | 120 |

| —Oħrajn, inklużi taħlitiet bl-eċċezzjoni ta' dawk fin-numru 200819 | |

| —Taħlitiet | 1650 |

| —Oħrajn, apparti mill-qlub tal-palmi u taħlitiet | 650 |

[1] Mill-1 ta' Novembru 1994 fil-każ ta' prodotti li jidħlu taħt l-intestatura 1509.

--------------------------------------------------