|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5915 |
30.9.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11622 – GP VERKEHRSWEGEBAU / EUROVIA / HANSE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5915)
1.
Fit-23 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
GP Verkehrswegebau GmbH (“GP Verkehrswegebau”, il-Ġermanja), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Günter Papenburg AG, |
|
— |
EUROVIA Industrie GmbH (“Eurovia”, il-Ġermanja), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Vinci S.A., |
|
— |
HANSE Asphaltmischwerke GmbH (“HANSE”, il-Ġermanja), li bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn GP Verkehrswegebau, Eurovia u AS Bau GmbH. |
GP Verkehrswegebau u Eurovia jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ HANSE.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
GP Verkehrswegebau hija attiva fl-oqsma kollha tal-bini, tal-kostruzzjoni ċivili u tat-toroq, inklużi s-servizzi ta’ servizzjar, ta’ ppjanar u ta’ inġinerija fil-qasam tal-kostruzzjoni fil-Ġermanja. |
|
— |
Eurovia hija attiva fl-industrija tal-kostruzzjoni u tal-materjal tal-bini fil-Ġermanja, |
|
— |
HANSE topera sitt impjanti għat-taħlit tal-asfalt fil-Grigal tal-Ġermanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11622 – GP VERKEHRSWEGEBAU / EUROVIA / HANSE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5915/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)