<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑396/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011TJ0396</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:284">EU:T:2013:284</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130530">30.5.2013</DATE> — KAWŻA T-396/11</P><P>ULTRA AIR vs UASI — DONALDSON FILTRATION DEUTSCHLAND (ULTRAFILTER INTERNATIONAL)</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Trade mark Komunitarja</KEYWORD><KEYWORD>Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark Komunitarja verbali ultrafilter international</KEYWORD><KEYWORD>Raġuni assoluta għal rifjut</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD><KEYWORD>Abbuż ta’ dritt</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-396/11,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">ultra air GmbH</HT>, stabbilita f’Hilden (il-Ġermanja), irrappreżentata minn C. König, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)</HT>, irrappreżentat minn G. Schneider, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali, hija</P><P><HT TYPE="BOLD">Donaldson Filtration Deutschland GmbH</HT>, stabbilita f’Haan (il-Ġermanja), irrappreżentata minn N. Siebertz u M. Teworte-Vey, avukati,</P></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-<DATE ISO="20110518">18 ta’ Mejju 2011</DATE> (Każ R 374/2010-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ultra air GmbH u Donaldson Filtration Deutschland GmbH,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn N. J. Forwood (Relatur), President tal-Awla, F. Dehousse u J. Schwarcz, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: C. Heeren, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20110722">22 ta’ Lulju 2011</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta tal-UASI ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20111128">28 ta’ Novembru 2011</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta tal-intervenjenti ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20111212">12 ta’ Diċembru 2011</DATE>,</VISA><VISA>wara s-seduta tad-<DATE ISO="20130129">29 ta’ Jannar 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="19990329">29 ta’ Marzu 1999</DATE>, l-intervenjenti, ultrafilter GmbH, li saret Donaldson Filtration Deutschland GmbH, ippreżentat applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja quddiem l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-<DATE ISO="19931220">20 ta’ Diċembru 1993</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), kif emendat [issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, dwar it-trade mark Komunitarja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>)].</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija s-sinjal verbali ultrafilter international.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-prodotti u s-servizzi li għalihom saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni jaqgħu taħt il-klassijiet 7, 11, 37, 41 u 42 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif irrivedut u emendat, u jikkorrispondu, għal kull waħda minn dawn il-klassijiet, għad-deskrizzjoni li ġejja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Klassi 7: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Filtri li jnixxfu, li jippurifikaw u li jkessħu l-arja, l-gassijiet u l-likwidi; qoxra tal-filters, materjali tal-filters; separaturi tal-kondensita mekkaniċi jew elettriċi; separaturi taż-żejt; separaturi tal-ilma<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>;</P></ITEM><ITEM><P>Klassi 11: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Apparat u installazzjonijiet li jnixxfu, li jippurifikaw u li jkessħu l-arja, l-gassijiet u l-likwidi; partijiet u aċċessorji ta’ dawn l-apparati u installazjonijiet, b’mod partikolari membrani għall-pompi, swiċis li jillivellaw, valvoli, b’mod partikolari valvoli eletromagnetiċi, kontrolluri għal valvoli, kontrolluri bil-ħin, strumenti ta’ kejl, b’mod partikolari, strumenti ta’ kejl ta’ pressjoni, pressometri, b’mod partikolari, pressometri li jindikaw it-temperatura, pressometri li jindikaw il-livell, qafliet għal sistemi ta’ filtrazzjoni, inklużi qafliet strutturali ta’ konnessjoni u ta’ ffissar, apparat għal ventilazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>;</P></ITEM><ITEM><P>Klassi 37: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Ikkummissjonar, tiswija u manutenzjoni tal-apparati u tal-installazjonijiet imsemmija iktar ’il fuq<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>;</P></ITEM><ITEM><P>Klassi 41: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Taħriġ tekniku; taħriġ għall-bejgħ u dwar il-prodotti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>;</P></ITEM><ITEM><P>Klassi 42: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Servizzi ta’ inġenjerija; Pariri dwar il-pjanifikazzjoni, l-installazzjoni u l-użu tal-installazjonijiet u tal-apparat imsemmi iktar ’il fuq<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20010119">19 ta’ Jannar 2001</DATE>, l-eżaminatur ċaħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja abbażi tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 2007/2009) minħabba li t-trade mark kontenzjuża kienet deskrittiva u ma kinitx ta’ karattru distintiv. Fuq appell ippreżentat mill-intervenjenti, it-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI annulla din id-deċiżjoni b’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20031216">16 ta’ Diċembru 2003</DATE> (Każ R 375/2001-2), u ddikjara li t-trade mark ikkontestata kienet kisbet karattru distintiv fis-sens tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94, (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009), fl-Istati Membri Ġermanofoni u Anglofoni.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>It-trade mark ikkontestata ġiet irreġistrata bħala trade mark Komunitarja, bin-numru 1121839, fis-<DATE ISO="20050927">27 ta’ Settembru 2005</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20080505">5 ta’ Mejju 2008</DATE>, ir-rikorrenti, ultra air GmbH, ressqet quddiem l-UASI, abbażi tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009) talba intiża sabiex it-trade mark ikkontestata tiġi ddikjarata invalida minħabba li kienet ġiet irreġistrata bi ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tad-<DATE ISO="20100129">29 ta’ Jannar 2010</DATE>, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI laqgħet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u ddikjarat l-invalidità tat-trade mark ikkontestata għall-prodotti u s-servizzi kollha, abbażi tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20100316">16 ta’ Marzu 2010</DATE>, ir-rikorrenti appellat quddiem l-UASI, skont l-Artikoli 58 sa 64 tar-Regolament Nru 207/2009, mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110518">18 ta’ Mejju 2011</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI laqa’ l-appell, annulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u ċaħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mir-rikorrenti. Skont il-Bord tal-Appell, it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kienet ivvizzjata minn abbuż ta’ dritt u kellha tiġi miċħuda bħala inammissibbli. F’dan ir-rigward il-Bord tal-Appell essenzjalment qies li permezz tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tagħha, ir-rikorrenti fil-verità kellha l-intenzjoni li tuża hija stess bħala trade mark il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ultrafilter<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (waħedha jew flimkien ma kliem oħra). Għaldaqstant hija kellha għanijiet oħra għajr dawk tal-interess pubbliku previsti fl-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009. L-intenzjonijiet moħbija li jikkostitwixxu abbuż ta’ dritt huma evidenzjati wkoll mill-fatt li l-ex amministratur tal-proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża u amministratur attwali tal-persuna li ressqet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, kien huwa nnifsu li ddefenda, fl-2003, il-karattru deskrittiv miksub bl-użu ta’ din it-trade mark. Peress li l-abbuż ta’ dritt huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>ostakolu ġenerali għall-proċedimenti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, hemm lok li l-applikazzjonijiet u l-azzjonijiet abbużivi li jikkostitwixxu proċedimenti li jservu sabiex jintlaħqu għanijiet differenti minn dawk koperti mis-sistema ġuridika, jiġu esklużi mingħajr ma jkun meħtieġ li jsir riferiment għad-dritt proċedurali tal-Istati Membri skont l-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad l-appell ippreżentat mill-intervenjenti quddiem il-Bord tal-Appell;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-UASI u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-UASI u l-intervenjenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti essenzjalment tqajjem żewġ motivi bbażati rispettivament fuq ksur tal-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 u fuq ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tal-istess regolament.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni li, kif ġie kkonfermat fil-ġurisprudenza, l-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 jagħti lil kull persuna fiżika jew ġuridika d-dritt li jressqu talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq l-Artikolu 52 tal-istess regolament, mingħajr ma jissuġġetta dan id-dritt għall-ibbilanċjar ta’ eventwali interessi personali tal-persuna li tressaq it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u l-interess ġenerali mħares minn din l-aħħar dispożizzjoni. F’dan il-kuntest, l-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, li jirregola b’mod eżawrjenti l-kwistjoni, ma jħalli ebda marġni għat-teħid inkunsiderazzjoni tal-eventwali <HT TYPE="ITALIC">mala fede</HT> tal-persuna li ressqet talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, b’tali mod li abbuż ta’ dritt ma jistax jikkostitwixxi ostakolu li jipprekludi l-eżami ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma kienet ħatja ta’ ebda abbuż ta’ dritt peress li, l-ewwel nett, id-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali prodotti mill-intervenjenti quddiem il-Bord tal-Appell jikkonċernaw każijiet ta’ kompetizzjoni żleali li ma għandhom ebda rabta mal-użu tat-trade mark ikkontestata. It-tieni nett, peress li l-għan imħares bl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 207/2009 huwa preċiżament dak li tiġi prekluża l-monopolizzazzjoni tas-sinjali vvizzjati minn raġunijiet assoluti għal rifjut, l-użu liberu ta’ sinjal bħal dan huwa effettivament konformi ma din id-dispożizzjoni u għalhekk ma jistax jikkostitwixxi abbuż ta’ dritt. It-tielet nett, il-fatt li l-persuna li tressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kienet preċedentement talbet, mingħajr suċċess, ir-reġistrazzjoni ta’ sinjal bħala trade mark, ma jistax jipprekludiha milli titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ trade mark li tixxiebah ivvizzjata minn raġuni assoluta għal rifjut. Fl-aħħar u r-raba’ nett, anki ċ-ċirkustanza li l-amministratur tar-rikorrenti kien amministratur tal-intervenjenti meta din tal-aħħar irreġistrat it-trade mark ikkontestata huwa irrilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-UASI u l-intervenjenti jsostnu l-fondatezza tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi osservat li t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità skont l-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 ma taqax taħt proċedura ġudizzjarja iżda taħt waħda amministrattiva (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE>, Lancôme vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-408/08 P" PAGE.ECR="I-1347" YEAR="2010">C-408/08 P, Ġabra p. I-1347</REF.DOC.ECR>, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 jipprovdi li talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq raġuni assoluta għal invalidità tista’ titressaq minn kull persuna fiżika jew ġuridika jew minn kull grupp imwaqqaf bil-għan li jirrappreżenta l-interessi ta’ manifatturi, ta’ produtturi, ta’ fornituri ta’ servizzi, ta’ negozjanti jew ta’ konsumaturi u li għandhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT>. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 56(1)(b) u (ċ) tal-istess regolament, li jirrigwarda t-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażati fuq raġuni relattiva għal invalidità, jirriżerva d-dritt għat-tressiq ta’ tali talba għal ċerti persuni partikolari li għandhom interess ġuridiku. Għalhekk, mill-istruttura ta’ dan l-artikolu jirriżulta li l-leġiżlatur kellu l-intenzjoni li jirrestrinġi ċ-ċirku ta’ persuni li jistgħu jressqu talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fit-tieni każ, iżda mhux fl-ewwel wieħed (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Lancôme vs UASI, punt 16 iktar ’il fuq, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Filwaqt li r-raġunijiet relattivi għal rifjut ta’ reġistrazzjoni jipproteġu l-interessi tal-proprjetarji ta’ ċerti drittijiet preċedenti, l-għan tar-raġunijiet assoluti għal rifjut ta’ reġistrazzjoni huwa l-protezzjoni tal-interess ġenerali li huwa l-bażi tagħhom, u dan jispjega għaliex l-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jeħtieġx li l-applikant ikollu interess ġuridiku (sentenza Lancôme vs UASI, punt 16 iktar ’il fuq, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-raġuni assoluta għal rifjut stabbilita fl-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 hija intiża sabiex tiġi prekluża r-reġistrazzjoni ta’ trademarks li ma għandhomx karattru distintiv, li huwa l-uniku li jirrendihom kapaċi jissodisfaw il-funzjoni essenzjali tat-trade mark, li hija li tiggarantixxi lill-konsumatur jew lill-utent finali l-identità ta’ oriġini tal-prodott jew tas-servizz kopert mit-trade mark, billi tippermettilu jiddistingwi mingħajr possibbiltà ta’ konfużjoni dan il-prodott jew dan is-servizz minn dawk li għandhom oriġini oħra. Għaldaqstant, l-interess ġenerali li fuqu huwa msejjes l-Artikolu 7(1)(b) ta’ dan ir-regolament isir evidentement ħaġa waħda mal-imsemmija funzjoni<?PAGE NO="5"?> essenzjali tat-trade mark (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20060112">12 ta’ Jannar 2006</DATE>, Deutsche SiSi-Werke vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-173/04 P" PAGE.ECR="I-551" YEAR="2006">C-173/04 P, Ġabra p. I-551</REF.DOC.ECR>, punti 60 u 61). Barra minn hekk, l-interess ġenerali li fuqu huwa msejjes l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 jikkonsisti f’li jiġi żgurat li s-sinjali deskrittivi ta’ karatteristika waħda jew iktar tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom issir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark ikunu jistgħu jintużaw liberament mill-operaturi ekonomiċi kollha li joffru tali prodotti jew servizzi (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE>, Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-51/10 P" PAGE.ECR="I-1541" YEAR="2011">C-51/10 P, Ġabra p. I-1541</REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-proċedura amministrattiva prevista fl-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, flimkien mal-Artikolu 52(1)(a) tal-istess regolament, għandha b’mod partikolari l-għan li tippermetti li l-UASI jerġa’ jeżamina l-validità tar-reġistrazzjoni ta’ trade mark u, jekk ikun meħtieġ, jadotta l-pożizzjoni li huwa messu adotta <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-UASI għandu jevalwa jekk it-trade mark inkwistjoni hijiex deskrittiva u/jew jekk hijiex ta’ karattru distintiv, mingħajr ma r-raġunijiet u l-aġir preċedenti tal-persuna li tressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ma jkunu jistgħu jaffettwaw il-portata tal-kompitu fdat f’idejn l-UASI fir-rigward tal-interessi ġenerali li fuqhom huma msejsa l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u l-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009. Fil-fatt, peress li, meta japplika d-dispożizzjonijiet inkwistjoni fil-kuntest ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, l-UASI ma jiddeċidix dwar il-kwistjoni ta’ jekk id-dritt tal-proprjetarju tat-trade mark jiħux il-preċedenza fuq xi dritt tal-persuna li tressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, iżda jivverifika li d-dritt tal-proprjetarju tat-trade mark ġie stabbilit b’mod validu fid-dawl tar-regoli li jirregolaw in-natura reġistrabbli tagħha, ma tistax tqum il-kwistjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>abbuż ta’ dritt<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> min-naħa tal-persuna li tressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għalhekk, bil-kontra ta’ dak li jsostni l-UASI, il-fatt li l-persuna li tressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tista’ tressaq din it-talba bil-għan li iktar ’il quddiem tqiegħed is-sinjal inkwistjoni fuq il-prodotti tagħha jikkorrispondi preċiżament għall-interess ġenerali ta’ disponibbiltà u ta’ użu liberu mħares mill-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009. Għaldaqstant, bil-kontra ta’ dak li ġie deċiż mill-Bord tal-Appell, tali ċirkustanza fl-ebda każ ma tista’ tikkostitwixxi abbuż ta’ dritt. Din l-evalwazzjoni hija kkonfermata bl-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 207/2009, li jgħid li t-trade mark Komunitarja tista’ tiġi ddikjarata invalidà fuq il-bażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni, u dan jippreżupponi li l-konvenut f’din l-azzjoni jista’ jikseb id-dikjarazzjoni ta’ invalidità anki jekk huwa uża t-trade mark u għandu l-intenzjoni li jkompli jużaha.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hija ċ-ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità minħabba <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>abbuż ta’ dritt<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> li ġġib fix-xejn l-għanijiet imfittxija mill-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li tali ċaħda tipprekludi l-eżami tal-mertu deskritt fil-punt 21 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-fatt li l-amministratur tal-persuna li tressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kien l-amministratur tal-proprjetarju tat-trade mark meta ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark, bl-ebda mod ma jaffettwa d-dritt tal-persuna li tressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità li tadixxi lill-UASI b’talba fis-sens tal-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009. Fil-fatt, fid-dawl tan-natura u tal-għan tal-proċedimenti inkwistjoni, li huwa l-ħarsien tal-interessi ġenerali li fuqhom huwa msejjes l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009, għandu bilfors jiġi kkonstatat li l-proprjetarju ta’ trade mark deskrittiva jew li ma hijiex ta’ karattru distintiv ma jikseb ebda dritt għaż-żamma tar-reġistrazzjoni tat-trade mark tiegħu biss minħabba l-fatt li l-persuna li tressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija amministrata minn persuna fiżika li fl-imgħoddi kienet aġixxiet sabiex is-sinjal inkwistjoni jiġi rreġistrat.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>L-istess konklużjoni tgħodd ukoll fir-rigward tal-argumenti tal-intervenjenti bbażati fuq atti ta’ kompetizzjoni żleali li r-rikorrenti wettqet fil-konfront tagħha. F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li l-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jissuġġettax l-ammissibbiltà u l-fondatezza ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għal <HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> tal-persuna li tressaq talba għal dikjarazzjoni ta’<?PAGE NO="6"?> invalidità (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20091203">3 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Iranian Tobacco vs UASI – AD Bulgartabac (TIR 20 FILTER CIGARETTES), T-245/08, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 26). Fil-fatt, anki jekk jitqies li t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tifforma parti minn pjan globali ta’ konfrontazzjoni kummerċjali li jinvolvi wkoll metodi ta’ kompetizzjoni żleali, il-kanċellazzjoni ta’ trade mark deskrittiva jew li ma hijiex ta’ karattru distintiv hija konsegwenza legali imposta mill-Artikolu 57(5) u (6) tar-Regolament Nru 207/2009, mingħajr ma l-proprjetarju tagħha jikseb id-dritt li jżommha rreġistrata minħabba l-fatt li l-persuna li tressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità twettaq, f’kuntesti oħra, atti ta’ kompetizzjoni żleali.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-riferiment li l-UASI għamel għall-Artikolu 9 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-<DATE ISO="19881221">21 ta’ Diċembru 1988</DATE>, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92) hija irrilevanti. Din id-dispożizzjoni, l-istess bħall-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 207/2009, ta’ kontenut analogu, tikkonċerna l-każijiet fejn proprjetarju ta’ trade mark jittollera, għal perijodu ta’ ħames snin, l-użu ta’ trade mark sussegwenti, ċirkustanza li tneħħilu d-dritt li jressaq talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark sussegwenti abbażi tat-trade mark preċedenti. Issa, din id-dispożizzjoni tirregola r-relazzjonijiet bejn żewġ trade marks irreġistrati legalment billi tistabbilixxi li, f’ċerti ċirkustanzi, trade mark ma tistax tiġi kkanċellata minħabba l-eżistenza ta’ trade mark oħra identika jew li tixxiebah. Għalhekk il-leġiżlatur sempliċement jirregola r-relazzjoni bejn żewġ interessi ta’ natura privata li jikkuntrastaw lil xulxin fil-kuntest tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 89/104, analogu għall-proċedimenti ta’ oppożizzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009. Min-naħa l-oħra, din ir-regola bl-ebda mod ma tikkonċerna l-possibbiltà li trade mark tiġi kkanċellata, raġuni li ma hijiex ibbażata fuq il-probabbiltà ta’ konfużjoni ma’ trade mark preċedenti iżda fuq il-karattru deskrittiv tagħha jew fuq il-fatt li ma hijiex ta’ karattru distintiv, jiġifieri raġunijiet assoluti għal rifjut stabbiliti favur l-interess ġenerali, li jivvizzjaw ir-reġistrazzjoni sa mill-bidu u li l-applikazzjoni tagħhom għandha titwarrab, skont l-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 207/2009, biss jekk it-trade mark inkwistjoni kisbet karattru distintiv wara r-reġistrazzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, għandu jiġi kkonstatat li l-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi meta annulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u meta ċaħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bħala inammissibbli minħabba allegat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>abbuż ta’ dritt<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li l-ewwel motiv jiġi milqugħ u li d-deċiżjoni kkontestata tiġi annullata.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni motiv tar-rikorrenti, dwar bdil tad-deċiżjoni kkontestata, għandu jiġi osservat li, għalkemm l-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009 jagħti lill-Qorti Ġenerali s-setgħa li tbiddel id-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell, din il-possibbiltà hija, bħala prinċipju, limitata għas-sitwazzjonijiet fejn il-kawża hija fi stat li tiġi deċiża (sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20080610">10 ta’ Ġunju 2008</DATE>, Gabel Industria Tessile vs UASI – Creaciones Garel (GABEL), <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-85/07" PAGE.ECR="II-823" YEAR="2008">T-85/07, Ġabra p. II-823</REF.DOC.ECR>, punt 28). F’dan il-każ, kif isostni l-UASI bil-għan li t-tieni motiv jiġi ddikjarat inammissibbli, il-Bord tal-Appell ma ddeċidiex fuq il-mertu tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, kwistjoni li hija s-suġġett ta’ appell ippreżentat quddiemu mill-intervenjenti. Għalhekk għandu jiġi kkonstatat li l-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża u li dan il-motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-UASI tilef, hemm lok li jiġi kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, kif mitlub minn din tal-aħħar. Peress li l-intervenjenti tilfet, hija għandha tbati l-ispejjeż tagħha, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 87(4) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-<DATE ISO="20110518">18 ta’ Mejju 2011</DATE> (Każ R 374/2010-4) hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ ultra air GmbH.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Donaldson Filtration Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Forwood</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Dehousse</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Schwarcz</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>