|
27.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/44 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2009/164/PESK
tas-26 ta’ Frar 2009
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill li ġġedded miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali ghal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-30 ta’ Marzu 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK li ġġedded il-miżuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY) (1). Dawn il-miżuri reġgħu ġew imġedda bil-Pożizzjoni Komuni 2008/223/PESK (2) sas-16 ta' Marzu 2009. |
|
(2) |
Il-miżuri imposti bil-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK għandhom jiġġeddu għal perijodu ieħor ta’ 12-il xahar, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-Pożizzjoni Komuni 2004/293/PESK għandha tiġi estiża sas-16 ta' Marzu 2010.
Artikolu 2
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tieħu effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
I. LANGER