|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1972 |
11.4.2025 |
P10_TA(2024)0056
L-elezzjoni tal-Ombudsman
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2024 li teleġi l-Ombudsman Ewropew (2024/2062(INS))
(C/2025/1972)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2021/1163 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 237 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sejħa għan-nominazzjonijiet (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-vot tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2024, |
|
1. |
Jeleġi lil Teresa ANJINHO biex isservi bħala Ombudsman Ewropew sat-tmiem tal-leġislatura; |
|
2. |
Jitlob lil Teresa ANJINHO biex tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex id-deċiżjoni annessa tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-Deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Ġustizzja. |
(1) ĠU L 253, 16.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1163/oj.
(2) ĠU C, C/2024/4914, 30.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4914/oj.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ Diċembru 2024
li taħtar l-Ombudsman Ewropew
IL-PARLAMENT EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 24 u l-Artikolu 228 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2021/1163 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom (1),
Wara li kkunsidra l-Artikolu 237 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
Wara li kkunsidra s-sejħa għan-nominazzjonijiet (2),
Wara li kkunsidra l-vot tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2024,
IDDEĊIEDA:
li jeleġi lil Teresa ANJINHO biex isservi bħala Ombudsman Ewropew sat-tmiem tal-leġislatura.
Magħmula fi Strasburgu, fis-17 ta' Diċembru 2024
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
(1) ĠU L 253, 16.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1163/oj.
(2) ĠU C, C/2024/4914, 30.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4914/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1972/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)