|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2507 |
11.11.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2507
tad-9 ta’ Novembru 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2840 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Flotta Navali tar-Repubblika tal-Kongo fil-qafas tal-Arkitettura ta’ Yaoundé
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta’ Novembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2840 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Flotta Navali tar-Repubblika tal-Kongo fil-qafas tal-Arkitettura ta’ Yaoundé (1). |
|
(2) |
Fit-28 ta’ Mejju 2026, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà appoġġa r-riallokazzjoni maħsuba tal-fondi disponibbli fi ħdan il-pilastru tal-miżuri ta’ assistenza tal-EPF fl-2026, inkluż iż-żieda ta’ EUR 5 000 000 fl-ammont ta’ referenza finanzjarja li jitħallas lill-Flotta Navali tar-Repubblika tal-Kongo. |
|
(3) |
L-għoti ta’ parti mill-appoġġ addizzjonali lill-Flotta Navali tar-Repubblika tal-Kongo ser isir wara d-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/2840, li teħtieġ estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-miżura ta’ assistenza rilevanti bi 12-il xahar, mill-5 ta’ Novembru 2027 sal-4 ta’ Novembru 2028. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2840 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2840 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Id-durata tal-miżura ta’ assistenza għandha tkun ta’ 48 xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-miżura ta’ assistenza għandu jkun ta’ EUR 10 000 000.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
S. HARRIS
(1) ĠU L, 2024/2840, 6.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2840/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2507/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)