Official Journal L 116 , 08/05/1990 P. 0018 - 0018
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' April 1990 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq is-simplifikazzjoni ta' spezzjonijiet u formalitajiiet dwar it-trasport ta' merkanzija (90/216/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tieghu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq is-simplifikazzjoni ta' spezzjonijiet u formalitajiet dwar it-trasport ta' merkanzija għandha tagħmilha possibbli biex titjieb iċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku mill-fruntieri bejn il-partijiet kontraenti; billi huwa għalhekk opportun li dak il-Ftehim jiġi approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fuq is-simplifikazzjoni ta' spezzjonijiet u formalitajiet dwar it-trasport tal-merkanzija huwa hawnhekk approvat għan-nom tal-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-Komunità għandha tiġi rappreżentata fil-kumitat konġunt provdut fl-Artikolu 15 tal-Ftehim mill-Kummissjoni, megħjuna mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill għandu jwettaq l-avviż provdut fl-Artikolu 22 tal-Ftehim. Magħmula fil-Lussemburgu, fit-23 ta' April 1990. F'isem il-Kunsill Il-President A. Reynolds --------------------------------------------------